Illum previous editions

illum 31 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 39

Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 | illum 33 SPORTSillum Balzan jagħlqu l-istaġun fuq nota pożittiva fil-futsal NIŻEL uffiċjalment is-siparju fuq l-istaġun tal-futsal lokali, wara li Balzan ħarġu rebbieħa kontra Luxol, fil-finali tal-Gatorade Knock Out bl-iskor ta' 5-4. Il-ġurnata minn filgħodu turik, għaliex wara biss minuta Balzan fetħu l-iskor permezz tal-plejer internazzjonali Bulgaru Boicho Marev. F'inqas minn tliet minuti, Luxol ġabu d-dro permezz tal-Brażiljan Celino Alves. Luxol skurjaw żewġ gowls oħra f 'din it-taqsima permezz ta' George Frendo fit-tmien minuta u Peter Pullicino madwar tmien minuti mit-tmiem. Fit-tieni taqsima, Balzan dehru aktar organizzati u wara biss 40 sekonda reġa' kien Marev li skurja t-tieni gowl għal Balzan. Luxol baqgħu hemm u reġa' kien Peter Pullicino li skurja fir-raba' minuta tat- tieni taqsima. Ħames minuti wara waslet ir-reazzjoni Balzaniża meta Glenn Bonello ġab id-dro. Fl-aħħar sekondi, Balzan tefgħu kollox fuq l-attakk u Marev sar il-plejer addizzjonali bħala flying keeper. Kien hawn li l-plejer Kroat u kowċ ta' Balzan, Frane Despotovic, skorja l-gowl tar-rebħa, meta kien għad fadal biss disa' sekondi għat-tisfira finali. B'hekk Luxol ma setgħu jagħmlu xejn u l-partitarji Balzaniżi bir-raġun bdew jiċċelebraw flimien mal- plejers u d-diriġenti. Fl-aħħarnett wara li ngħataw il-midalji lir- referis u l-plejers taż-żewġ timijiet, il-President tal- FMA l-Perit Mark Borg ippreżenta t-tazza ta' din il-kompetizzjoni lill-captain ta' Balzan, Carlo Scicluna. AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Plejers u diriġenti tat-tim tal-futsal ta' Balzan jiċċelebraw bil-kbir wara li rebħu n-Knockout, biex għalqu l-istaġun fuq nota pożittiva Ritratt - Joe Borg Taħriġ fit-table tennis minn Topspin Table Tennis Academy matul dan is-sajf HEKK kif l-istaġun sħun tas-sajf reġa' magħna, Topspin Table Tennis Academy, reġgħet ħasbet biex, għat-tielet darba konsekuttiva, tiftaħ il- bibien tagħha għall-iskola sajf li se tibda fl-4 ta' Lulju u tiġi fi tmiemha f 'Settembru. L-iskola sajf preċedenti kienet ta' suċċess kbir hekk kif l-Akkademja rat żieda sostanzjali ta' studenti ta' kull età, subien u bniet, ilkoll entużjasti sabiex jitħarrġu f 'dan l-isport. Għal darb'oħra l-Akkademja reġgħet stiednet lill-kowċ barrani Andrzej Borkowski li s-sena l-oħra kien intlaqa' tajjeb ħafna mill-istudenti. Borkowski se jkun qed iqatta' ħames ġimgħat mal-Akkademja fejn se jkompli jgħaddi l-esperjenza professjonali tiegħu lill-istudenti bl-għan li jiżra' fihom element ta' dixxiplina u kompetizzjoni sana. Apparti mill-fatt li Borkowski se jkun qed jiffoka fuq it-titjib tat- teknika tat-table tennis, se jkun qed inissel ukoll fl-istudenti l-importanza tal-fitness, l-istamina u r-riflessi. Peress li l-logħba tat-table tennis tirrikjedi preparazzjoni mentali, ma jonqosx ukoll li jkun hemm taħditiet dwar dan. Għal darb'oħra, bi pjaċir, l-Akkademja se tkun qed terġa' tistieden lil Adele Muscat - psikologa tal- isport – biex b'hekk tgħin lill-istudenti jkomplu jrabbu iktar kunfidenza fihom infushom u dejjem iħarsu lejn il-kompetizzjoni minn lenti assertiva. L-Akkademja dejjem tħabrek biex tinvesti fl- istudenti u tpoġġi l-interess tagħhom fuq quddiem. Għaldaqstant, dan huwa possibbli kemm bil-ħila u d-dedikazzjoni tal-kowċis, kif ukoll bl-użu tal-apparat teknoloġiku bħar-robot tat-'table tennis'. F'għeluq l-iskola sajf, l-Akkademja torganizza tornew li jkun mistenni ta' kull sena mill- istudenti. Hemmhekk huma jkollhom l-opportunità li jpoġġu dak li jkunu tgħallmu, matul it-tliet xhur tas-sajf, fil-prattika ħalli jkunu ppreparati għal- logħob tal-istaġun li jkun riesaq. Għal iktar tagħrif dwar l-iskola sajf u anki dwar l-attivitajiet li minn żmien għal żmien torganizza l-Akkademja, tistgħu żżuru l-paġna tal-Facebook ta' Topspin Table Tennis Academy u s-sit www. topspintabletennisacademy. com jew inkella tikkuntattjaw lill- Head Coach, Edward Baldacchino, fuq 99470278. L-Akkademja tinsab dejjem lesta biex tilqa' membri ġodda u tkompli ssaħħaħ il-livell fil-logħba tat-table tennis. Fiorentina jridu lil Di Natale JEKK hemm plejer li jimmilita fis-Serie A fl- Italja li donnu bħall-inbid, iktar ma jikber fl-età, iktar jitjieb, m'hemmx dubju li dan mhu ħadd ħlief l-attakkant prolifiku Taljan ta' Udinese, Antonio Di Natale. Bil-gowl li rnexxielu jiskorja ftit tal-ġimgħat ilu, fit-telfa ta' 2-1 kontra Inter, huwa laħaq lil Roberto Baggio fis-sitt post tal- gradwatorja tal-iktar plejers li qatt skorjaw goals fis-Serie A. Wara numru ta' snin ma' Udiness, qed jissemma' li Di Natale jista' jħalli l-Friuli biex imur jilgħab fir-reġjun tat-Toscana, biex jingħaqad ma' Fiorentina. Madanakollu, qed jissemma' li Di Natale jista' jħalli l-Italja biex kif għamlu numru ta' plejers sħabu ta' ċertu età imur jibda avventura ġdida fl-Istati Uniti. Iż-żmien biss għad itina parir! L-attakkant prolifiku ta' Udinese, Antonio Di Natale

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 May 2015