Illum previous editions

illum 31 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 39

Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 | illum 25 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D ak li Malta tgħid iva għalih Għawdex jgħid le, bħad-divorzju; u dak li Malta ma tridx huma jriduh, bħall-kaċċa. Dak li f 'Malta nqata' sew speċjalment fejn jidħol xogħol mal-gvern bis-sistema punch and go, f 'Għawdex donnu li għadu -aqwa tiegħu. Ftit taż-żmien ilu fir-Repubblika ta' Malta konna nisimgħu b'nies li ma jridux jivvutaw jekk ma jagħmlulhomx bozza, bankina jew xi daħla bil-konkos. Fil-preżent din il-kultura sparixxiet, iżda fir-Repubblika Għawdxija jidher li dak għadu l-mod kif issir il-politika. Kulħadd donnu li jaf b'dan kollu iżda kulħadd jitbissem u f 'kull diskors ta' xi politiku Malti f 'Għawdex jlissnu tbissima fuq dawk preżenti meta jsemmu dawn il-każi. Li forsi l-politiċi mhux jindunaw hu li min iħallas it-taxxi għal dawk li jippanċjaw u jitilqu jaħdmu xogħol ieħor ma tantx inisslulhom tbissim, speċjalment meta jaraw kemm tnaqqritilhom il-paga fl-aħħar tax- xahar biex iħallas is-salarji ta' dawn it-talin. Dan l-aħħar l-istatistiċi tal-gvern urew li f 'Għawdex hemm faqar aktar minn Malta, u li jaqilgħu inqas mill-Maltin, statistika li tqarraq. Tqarraq mhux għax min għamel l-istatistika hu żbaljat, iżda għax min jgħix f 'din ir-Repubblika f 'Repubblika, u anke min imexxi lil Malta jaf li hu sigriet magħruf li f 'Għawdex teżisti u tirrenja kważi b'mod organizzat l-ekonomija s-sewda. Għawdex hu post fejn ħafna xogħol, speċjalment ta' kostruzzjoni u ta' servizzi, isir mingħajr irċevuti fiskali u jekk tintalab waħda jogħlilek il-prezz tax-xogħol biex jaqtgħulek qalbek li titlobha. Bħalissa żgur li wieħed ma jistax imerih dan, hekk kif whistleblower Għawdxi ddeċieda li jitkellem dwar xogħol li għamel b'irċevuti foloz. B'hekk qeda diversi nies għall-vot u inqeda hu li suppost tħallas ta' dan ix-xogħol. Kien għax ma tħallasx li tkellem. Li kieku ħa l-flus li kellu jieħu, kien imur isaffar f 'widnejn il- maġistrat? Tgħid kien hemm oħrajn li għamlu bħalu u ma saffrux? L-Oppożizzjoni qed titfa' t-tajn fuq il-Ministru preżenti li qed jagħmel l-istess. Dan ifisser li kulħadd jaf b'din l-ekonomija s-sewda u ħadd ma jitkellem ħlief meta jkun hemm bżonn li jintefa' xi tajn lejn xi ħadd? Fil-kampanja elettorali tal-Kunsilli Lokali, l-istess Prim Ministru b'mod sarkastiku semma l-fatt li mal- grada tal-Isptar ta' Għawdex hemm tmien min-nies jaħdmu, u dan biex jiftħu grada. Kien qalha b'mod sarkastiku, iżda jekk hu vera mhux sta għalih li jirranġa s-sitwazzjoni? Jew li tgħix f 'Repubblika ġewwa Repubblika jagħmlek differenti minn ħaddieħor? L-isptar t'Għawdex fil-fatt hemm jaħdmu 750 impjegat meta sodod fl-isptar hemm 160, jiġifieri kważi ħames persuni għal kull sodda. Jingħad li ħafna mill-ħaddiema tal-gvern jaħdmu aktar fid-djar privati tagħhom milli fuq il-post tax-xogħol. F'Għawdex jingħad li l-proprju full time ta' diversi impjegati mal-gvern hu l-part time li jsir wara li l-impjegat imur jittawwal biex jagħmel present qabel jaqbad il-pick up tiegħu u jerħilha lejn xogħlu. Hekk jingħad fejn iċ-ċajta hi li f 'Għawdex hemm il-moda ta' punch and go. L-ebda partit ma jista' jipponta subgħajh lejn l-ieħor għax din ir-Repubblika f 'Repubblika kienet hemm minn dejjem u għadha hemm. L-ebda partit ma jeħodha kontra l-iżviluppaturi li moħħhom biex jibnu appartamenti lussużi li huma kważi kollha vojta. Lukandi jinbidlu f 'appartamenti għall-iħirsa u fortizzi mibdula f 'ghost towns. U issa cruise liner terminal se jiġi konvertit f 'ġungla oħra tal-konkrit a skapitu ta' €300 miljun. Meta flok il-vapur jidħol Għawdex, jista' Għawdex imur għand il-vapur b'fast ferry li jgawdu minnu sew it-turisti kif ukoll il-ħaddiem Għawdxi. Imma żgur li wara dawn il-proġetti jkun hemm min se jgawdi u jibqa' fqir, għax Għawdex hi Repubblika f 'Repubblika li issa ż-żewġ partiti qed jaħdmu bla heda biex huma jkunu l-imperaturi li jipproteġu din ir-Republique. Għax donnu min jirbaħ ir-Repubblika Għawdxija jirbaħ l-elezzjonijiet u biex tirbaħ lir-Repubblika Għawdxija trid tħalli lil kulħadd jgħix kif tgħallem jgħix f 'din ir-Repubblika - jiġifieri jaħdem, jaqla l-flus u t-taxxi ħallashom int. Repubblika f 'Repubblika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 May 2015