Illum previous editions

illum 31 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 | illum 31 SPORTSillum SPORTSillum Fabio Spiteri - iktar ma jikber, iktar itejjeb ir-riżultati tiegħu t-Triathlon ITTRIATLETA Fabio Spiteri ma jeħtieġ l-ebda introduzzjoni fid-dinja sportiva. Għal sitt snin konsekuttivi, mill-1998 sal-2003 Spiteri kien rebaħ il-Kampjonati Nazzjonali tat-800m fl-atletika. Wara li ħalla l-atletika u beda jtellaq fit-Triathlon, Spiteri kiseb suċċess f 'dan l-isport billi rebaħ il-kampjonati tad-Duathlon għal ħames darbiet, kif ukoll numru pożizzjonijiet fuq il-podju fi tlielaq nazzjonali oħra. Spiteri wera is-saħħa tiegħu l-iktar f 'distanzi twal fejn sal-lum huwa ħa sehem f 'sitt tiġrijiet Ironman kif ukoll numru ta' tlielaq ta din il- kategorija. Fil-jiem li għaddew, Spiteri ħa sehem f 'żewġ tlielaq importanti, li it-tnejn jkopru 1.9 km għawm, 90 km bir-rota u nofs maratona. L-ewwel waħda, it-Trapani Man Triathlon saret f 'April, f 'San Vito Lo Capo Sqallija u l-iktar waħda riċenti kienet il-Kampjonat Nazzjonali tal- Long Distance Triathlon li sar ftit tal-jiem ilu, f 'Birżebbuġa. Trapani Man Triathlon laqgħet fi ħdanha total ta' 160 atleta f 'kundizzjonijiet li ma kienu xejn perfetti. Spiteri ħareġ mill-għawma fil-15-il post, u għalkemm matul il-korsa ċiklistika kellhom jiggieldu kontra irjieħ qawwija, b'rotta partikolarment bl-għoljiet weqfin, u atleti professjonali, Spiteri temm it-tellieqa f 'ħin ta' 4 sigħat, 25 minuta u 16-il sekonda. Huwa spiċċa fis-sitt post globali u fit-tielet post fil-grupp tiegħu tal-Over 40. Ir-rebbieħ tat-tellieqa kien Massimo Cigana - triatleta professjonali li ġej minn sfond ċiklistiku fejn huwa kien jikkompeti regolarment fil- Giro d'Italia. "Filwaqt li kull tellieqa li nieħu sehem fiha hija importanti, din it-tellieqa kient partikolarment speċjali għalija. Mhuwiex kuljum li wieħed ikollu l-opportunità li jtellaq ma' atletli u titla' fuq il-podju ma atleti bħal Cigana, li kien ukoll fit-tim ċiklistiku tal-kbir, Marco Pantani", qal Spiteri, lil dan il-ġurnal. Lura f 'Malta, l-ewwel impenn ta' Spiteri f 'Mejju kien il-Kampjonat Nazzjonali tad-Duathlon Perskindol Malta, fejn Fabio Spiteri temm fit-tieni post. Dan juri l-konsistenza tiegħu fil-kisba f 'post fuq il-podju f 'kull tellieqa hu jikkompeti fiha. Il-Ħadd 17 Mejju, Spiteri rebaħ il-kampjonat tal-Long Distance Triathlon, Dan kien it-tielet parteċipazzjoni Spiteri, iż-żewġ tlielaq li ha sehem fihom kienu fl-2012 u l-2013 fejn hu ha it-tielet u t-tieni post rispettivament. Fl-edizzjoni tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Long Distance Triathlon ta din is-sena, li għat-tieni sena konsekuttiva saru bl-appoġġ tal-Malta Triathlon Federation, Spiteri temm jgħum fil-ħames post, u kienet it-tielet Malti tal- ilma, madanakollu huwa kkumpensa sew fuq ir-rota meta naqqas id-distakk, mill-ewwel atleta Sloven, sostanzjalment. Spiteri kellu taqtigħa tajba m'atletli bħal David Galea, li rebaħ it-titlu is-sena l-oħra, kif ukoll ir-rebbieħ tal- edizzjoni 2013 Rudolph Agius. Dawn l-atletli kollha jtellqu regolarment f 'dawn it-tip ta' tlielaq barra minn Malta fejn ħadu esperjenza kbira. Filwaqt li Agius kellu għawma u ġirja aħjar, Spiteri wera is-saħħa tiegħu fil-parti tar-rota li għenet sabiex jieħu it-titlu tal- 2015. It-tieni post fuq il-podju ħadu Agius. Interessanti huwa il-fatt li għalkemm David Galea kiseb it-tielet post, il-ħin finali tiegħu kiseb titjib ta' 49 sekonda fuq il-ħin tas-sena l-oħra. "Kont determinat li nkun l-ewwel Malti. Matul it- tellieqa ħassejtni tajjeb ħafna u kuntent ħafna, partikolarment fis-sezzjoni tar-rota fejn il- kundizzjonijiet ma kinux faċli, speċjalment minħabba r-riħ. Il-fatt li tellaqt ma' atletli bħal David Galea, Rudolph Agius u Graham Borg fissret li kollha f 'xi punt jew ieħor matul it-tellieqa kelli sfida iebsa. Id-determinazzjoni tiegħi, iżda wkoll ir-riżultat ukoll fil-ħin li ksibt fuq is-sezzjoni fir-rota li kienet l-aktar waħda mgħaġġla mill-atleti Maltin. Fis-sezzjoni tal-maratona, kelli nkun ċert li inżomm pass kawt u stabbli biex jiġi evitat bugħawwieġ speċjalment minħabba l-umdità u s-sħana ta' waranofsinhar," qal Spiteri. "Ninsab kuntent ħafna li qsamt il-podju globali ma' atleti stabbiliti u rispettati bħas-Sloven Jaroslav Kovacic, li kiser ir-rekord tal-korsa u t-Taljan, Emiliano Cucci, li fl-età ta 21 sena, li huwa wkoll membru tat-Tim Nazzjonali tal-Long Distance Taljan. Nispera li fil-futur ikun hemm opportunitajiet oħra biex atletli bħal dawn jerġgħu jiġu Malta jew għal taħriġ jew tlielaq oħra." L-impenji internazzjonali li jmiss għal Spiteri wara din it-tellieqa huma l-Kampjonati Ewropej tat-Triathlon li se jsiru f 'Ġunju, meta hu jingħaqad mat-Tim Nazzjonali Malti tat-Triathlon f 'Geneva, l-Isvizzera. Fabio Spiteri se jikkompeti wkoll fi tlielaq Long Distance f 'Poznan, il- Polonja f 'Lulju, segwiti minn tlielaq f 'Budapest, l-Ungerija f 'Awwissu u Ċipru f 'Ottubru. Il-parteċipazzjoni ta' Fabio Spiteri f 'dawn it-tlielaq ikun possibli, grazzi għall-appoġġ ta' Garmin, rappreżentati f 'Malta minn Medcomms Ltd, Mochika u Wheel Wizard. Fabio Spiteri fl-azzjoni waqt il-Kampjonat Nazzjonali tal-Long Distance Triathlon, li fiha ħareġ rebbieħ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 May 2015