Illum previous editions

illum 31 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 39

Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 | illum 3 Tħassib għall-oppożizzjoni ta' Marlene Farrugia Ikompli minn paġna 1 "X'HEMM ħażin li nfakkar kulħadd li din għandha propjetajiet u fosthom it-Torri tal-Kaptan li qiegħed ghall-bejgħ għall- prezz ta' €3.6 miljun." Imma apparti l-oppożizzjoni tad-deputata Marlene Farrugia, Muscat qed jinduna li ma jistax ma jagħmel xejn. Min-naħa l-oħra sorsi qrib il-Prim Ministru stqarrew li huma ma kinux qed jistennew rabja daqstant kbira fuq il-proposta għall-Università f 'Wied il-Għajn - fosthom ħafna Laburista edukati u tal-klassi tan-nofs, bħad-Deputat Sindku Desiree Attard li hija Kunsilliera Laburista u li hija kontra l-proġett. Il-kastell Torri tal-Kaptan li Marlene Farrugia rranġat li kien f 'ODZ Il-Front Ħarsien ODZ jitlob il-pożizzjoni tal- Parlamentari fuq l-ODZ ILKOLLETTIVA ambjentali l-ġdida kontra l-bini fuq art barra l-iżvilupp (ODZ) talbet lil kull MP jagħmel dikjarazzjoni ċara fuq il- pożizzjoni tagħhom dwar proġetti proposti fuq art ODZ. Il-Front Ħarsien ODZ ġie mwaqqaf wara li ġiet proposta universita private fiż-Żonqor f 'Wied il-Għajn. "Bħala moviment li għandu mwaqqaf u mmexxi miċ- ċittadini Maltin ġejjin minn kull qasam tas-soċjetà, il-Front Ħarsien ODZ jitlob lil kull MP li jagħti dikjarazzjoni ċara dwar il-pożizzjoni tagħhom f 'dak li għandu x'jaqsam kwisjonijiet ambjentali u proġetti proposti fuq art ODZ, b'mod partikolari fuq il-proġett propost f 'Wied il-Għajn." "Il-Front jemmen bis- sħiħ li ċ-ċittadini Maltin għandhom kull dritt ikunu jafu x'pożizzjoni għandhom dawk li qed jirrappreżentawhom f 'dak li għandu x'jaqsam żvilupp, u liema rappreżentanti huma lesti li jiddefendu l-art pubblika." Saħaq il-Front. Il-Front għandu l-appoġġ tal- MP Laburista Marlene Farrugia u l-whip tal-Gvern Godfrey Farrugia, il-partner tagħha. L-Oppożizzjoni hija kontra s-sit li ntagħżel għall-Universita Amerikana hekk kif ġiet proposta biex tinbena fiż- Żonqor mill-kumpanija mill- Ġordan Sadeen. L-għażla tas-sit saret mid- Dipartiment tal-Propjetà tal-Gvern u l-MEPA, li t-tnejn jaqgħu taħt is-segretarju parlamentari tal-ippjanar fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru. @reportermalta reporterontvm Reporter jixxandar għada t-Tnejn fi d-8.40pm fuq TVM2, b'ripetizzjoni fuq TVM, fl -21.45pm Il-Protezzjoni tal-Whistleblowers diskussa f'Reporter

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 May 2015