Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960
12 illum | Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 Mill-Qorti RAĠEL li, nhar il-Ġimgħa li għadda, qala' diversi daqqiet ta' sikkina minn raġel ieħor meta daħal id- dar għallarrieda u sabu fis- sodda ma' martu, nħariġlu ordni ta' protezzjoni wara appell tal-Avukat Ġenerali. L-uffiċċju tal-AG kienet ordnat lill-Pulizija tappella minn digriet tal-maġistrat Antonio Micallef Trigona, li ma kienx laqa' t-talba għall-ħruġ ta' din l-ordni ta' protezzjoni, għaliex il-Qorti ma ħassitx li kien hemm bżonnha. L-Imħallef David Scicluna ħareġ id-digriet waqt li kien qiegħed jisma' l-każ kontra raġel ta' 38 sena minn Raħal Ġdid, li ismu ma jistax jissemma b'ordni tal-Qorti, li ammetta li kkawża ġrieħi ta' natura gravi lir-raġel li sab f 'soddtu ma' martu. Il-maħbub tal-mara kien attakka lir-raġel b'mug li sab fuq il-komodina, iżda r-raġel mar ġab sikkina mill-kċina u ta diversi daqqiet ta' sikkina lill-maħbub ta' martu, f 'wiċċu u dirgħajh. L-avukat difensur Roberto Montalto saħaq li l-klijent tiegħu ma kkontestax l-akkużi, iżda qal li l-attakk kien skużabbli fl-isfond tan-natura provokanti u xokkanti tal-iskoperta. Infatti d-difiza kienet qiegħda tikkunsidra tipproċedix kontra l-maħbub fir-rigward tal-aggressjoni li wera. L-ispettur Spiridione Zammit mexxa l-prosekuzzjoni filwaqt li l-avukati Kevin Valletta u Vincienne Vella dehru għall- Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. JOSEPH Cauchi, il- kuntrattur Għawdxi li, iktar kmieni din il-ġimgħa, xehed fil-proċeduri ġudizzjarji fuq tixħim, kontra r-raġel tal- eks ministru Nazzjonalista Giovanna Debono rrisponda għal protest ġudizzjarju sottomess mill-Kap tal- Oppozizzjoni Simon Busuttil. Fil-kontroprotest li ddaħħal fir-reġistru tal-qrati Għawdxin nhar il-Ħamis, l-avukat Robert Abela ċaħad l-allegazzjonijiet li għamel Busuttil fil-konfront tal- klijent tiegħu, u ddeskrivihom bħala "propaganda politika." Cauchi akkuża lill-Kap Nazzjonalista li kien qiegħed jipprova jinfluenza xhud, protett mill-liġi (imsejjaħ whistleblower) sabiex jixhed falz – li jikkonstata reat kriminali. Fejn qabel ma xehed Cauchi fis-26 ta' Mejju, skont il- kontroprotest, Busuttil kien stqarr li ltaqa' ma' Cauchi, fil-protest ġudizzjarju tiegħu, qiegħed jallega li Cauchi gideb. Din tammonta għal stralċ tal-proċess ġudizzjarju billi titfa' pressjoni żejda fuq il- maġistrat sedenti, argumenta Abela. Il-kontroprotest tal-Ħamis huwa risposta għall- protest li ssottometta Busuttil wara li xehed Cauchi nhar it-Tlieta, fejn ċaħad bil-qawwa kollha allegazzjoni li għamel Cauchi, fejn skond hui kien qala ċamata mingħand Busuttil talli baqa' jaċċetta xogħolijiet mill-ministeru "għax il-PN kienet ser titlef l-elezzjoni." Busuttil kien qal li bidla fil-gvern mhix skuża biex wieħed ma jonorax obligazzjoni finanzjarja u allega li Cauchi kien qiegħed jipprova jpattiha wara li rrealizza li mhux ser jitħallas għax-xogħlijiet illeċiti. MARA, akkużata li kkorrompiet tfajla ta' sittax–il sena, wara li omm it-tfajla sabithom jitbewsu fil-karozza tagħha, nstabet mhux ħatja mill-Qorti nhar il-Ġimgħa, wara li nstema' kif iż-żagħżugħa kienet innamrat ma' nisa oħrajn fil-passat. Il-pulizija kienet bdiet tinvestiga il-każ wara li omm iż-żagħżugħa li, fuq ordni tal-Qorti, isimha ma jistax jixxandar, skopriet lil bintha titbewwes ma' mara oħra ta' 28 sena u għamlet rapport l-għassa. It-tfajla li, fiż-żmien tal-inċident, kienet għada m'għalqitx sbatax-il sena, spjegat li l-inkontru kien konsenswali u li kienu ilhom jinnamraw xi gimgħatejn, wara li ltaqgħu fuq is-sit soċjali Facebook. Dakinhar tal-inċident il- koppja kienu ħarġu Paceville u l-kbira kienet wasslet ż-żagħżugħa d-dar bil-karozza tagħha. Kienu barra d-dar tal-minorenni, meta omm iż- żagħżugħa sabithom jitbewsu fil-karozza. Maġistrat Audrey Demicoli semgħet liż-żagħżugħa tixhed li kienet omosesswali iżda kienet għada ma nfurmatx lill-omm b'dan. L-imputata ma kinitx l-ewwel għarusa li kellha, tenniet tgħid iż- żagħżugħa, però rriżulta li kienet għada ma' nfurmatx lil ommha bl-orjentazzjoni sesswali tagħha. Fid-deċizjoni tagħha, l-Qorti ma sabitx lill-imputata ħatja ta' korruzzjoni ta' minorenni u spjegat li element important ta' din l-akkuża – atti libidinużi – ma' kinux preżenti. Bews fuq ix-xufftejn, fejn iż-żewġ parteċipanti kienu mlibbsin ma tammontax għal att libidinuż, qalet il-Qorti. Apparti dan, il-Qorti qalet li l-esperjenzi omosesswali preċedenti kienu prova li it-tfajli kienet konxja ta' x'inhi tagħmel. L-ispettur Sylvana Briffa mexxiet il-prosekuzzjoni, filwaqt li l-avukat Andy Elluul deher għall-imputata. Ordni ta' protezzjoni Jixhed il-kuntrattur Għawdxi Mhux ħatja li kkorrompiet tfajla ta' sittax–il sena Matthew Agius Il-kultura tal-inkulturati HEKK kif il-Belt Valletta bdiet tħejji għall-Valletta 18 – is-sena fejn fiha ħa tkun il-Belt Ewropea għall- Kultura, bdejna naraw bħal donnu moviment risorġimentali li fih dik li xi darba kienet meqjusa bħala belt kapitali kważi mejta, qed terġa' tingħta l-ħajja – biex b'hekk tleħħaq mat-titlu tant mistħoqq li ingħatilha. Illum tidħol il-Belt filgħaxija issib ħajja kompletament differenti minn dik li kien hemm saħansitra ħames snin ilu – hekk kif it-toroq, speċjalment fi tmiem il- ġimgħa, ikunu miżgħuda bin-nies, turisti u mhux, jippassiġġaw kif ukoll jieklu jew jixorbu xi tazza nbid, fil-bosta postijiet li faqqsu aktar ma beda jikber is-suq għalihom. Iżda ħaġa li ma tistax ma tinnutax, kif ukoll ma tismax, huma bosta żgħażagħ, li tista' tgħid jiġu minn Malta kollha, li jaraw fil- Belt il-post ideali biex iqattgħu serata mal-ħbieb – hekk kif fil- maġġoranza tagħhom huma taħt is-16-il sena u b'hekk ikunu jistgħu wkoll jaqbdu tal-linja trankwillament lura għad-dar. Iżda xi wħud mill-qarrejja esprimew tħassib għal dak li qiegħed jiġri filgħaxijiet, hekk kif xi wħud minn dawn iż-żgħażagħ, fi gruppi kbar, jistgħu jinstemgħu jagħmlu storbju, b'xi wħud isostnu wkoll li jingħataw fastidju. L-ILLUM tkellem ma' xi wħud mis-sidien u impjegati tal- ħwienet dwar dak li qiegħed jiġri, u dwar jekk dan fuq kollox hux qed ikollu impatt fuq in-negozju tagħhom. Wieħed mill-ewwel postijiet li jilqgħek ic-City Gate, li forsi anke minħabba li joffri kenn għaliex huwa msaqqaf, ikun miżgħud b'bosta żgħażagħ. Meta tkellimna ma' ħaddiema ta' wieħed minn dawn il-ħwienet li jinstabu f 'dan iċ-ċentru qaltilna li dawn "il- gruppi kbar huma storbjużi, u jħallu diżastru warajhom. Fuq kollox iwerżqu ħafna." Sostniet li mhux l-ewwel darba wkoll li rat konsumaturi jitgerxu minħabba li jistkerħu jidħlu minħabba f 'hekk. Manager ta' restaurant/bar fi Triq ir-Repubblika sostna li "dawn iż-żgħażagħ mhux posthom hawn." Qalilna li "mhux l-ewwel darba li turisti jiġu jistaqsuna x'qed jagħmlu hafn, u għaliex ma jinstabux f 'xi park x'imkien. Ikollna turisti li jibqgħu ċċassati għal dak li qed jaraw. Ikunu qed jgħajtu u jagħmlu l-istorbju. Ma nafx hux xi moda ġdida imma ħafna minnhom saru anke jduru b'stereo fuq Triq ir-Reppubblika - it-triq prinċipali tal-Belt