Illum previous editions

illum 31 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 39

4 illum | Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 DIN il-gazzetta qed tippublika għall-ewwel darba llum numru ta' ritratti li jixhdu l-istat ħażin li fih kien qed jitħalla l-isptar taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Dawn ir-ritratti ttieħdu propju mal-bidla li saret fl-elezzjoni tal-2013 fejn l-isptar ma baqax taħt id-dekasteru tal-ministeru għal- Għawdex iżda ġie mgħoddi taħt ir- responsabbilità tal- Ministeru tas-Saħħa. Sal-lum għadu mhux magħruf kemm intefqu flus tal-Gvern fuq xogħliijet għand individwi li allegatament kienu ordnati mir-raġel tal-eks Ministru għal Għawdex Giovanna Debono. Li kieku dawk il-flus intnefqu fejn kellhom bżonn, żgur kienu jagħmlu differenza fil-ħajja tal-Għawdxin speċjalment ta' dawk li jużaw l-isptar. Mitlub jikkummenta dwar is-sitwazzjoni li kien hemm fl- isptar t'Għawdex, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne qal li meta ra r-ritratti msemmija ma setax jemmen kif l-isptar ġenerali ta' Għawdex kien tħalla fl-istat li fih instab. "Meta ħadna f 'idejna t-tmexxija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-2013, immedjatament deher illi kien hemm telqa u nuqqas qawwi ta' investiment. Kienet sitwazzjoni tal-biki. Kien ovvju illi l-Ministeru ta' Għawdex ta' żmien amministrazzjoni Nazzjonalista kien ħa d-deċiżjoni illi ma jagħtix prijorita fil-budget tiegħu għall-Isptar ta' Għawdex. F'Għawdex il-Partit Nazzjonalista diġa kellu l-opportunita li jagħmel id- differenza fil-ħajja tan-nies iżda tilifha." Fearne tkellem ukoll dwar is- sitwazzjoni preżenti "F'dawn is-sentejn aħna ħadna passi biex tejjibna kemm stajna. Illum il-pazjent Għawdxi qed jieħu trattament ferm aħjar milli kien qed jieħu sentejn ilu. Issa pero rridu mmorru pass aktar il-quddiem u rridu niżguraw li l-kura f 'Għawdex tkun ta' livell internazzjonali u ta' l-anqas, tajba daqs dik ta' Mater Dei. Għalhekk qed immexxu fuq il-pjani tagħna għal Għawdex li nibnu sptar ġdid ta' 450 sodda flimkien ma' skola medika ta' fama mondjali – li hi Barts Medical School." Wieħed mit-toilets fl-isptar Ritratti xokkanti ta' kif tħalla L-eks Ministru Giovanna Debono bi prijoritajiet differenti . . . Apparat imsaddad u żdingat Waħda mill-kmamar tal-anzjani

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 May 2015