Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960
Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 | illum 37 SPORTSillum IĊCHAMPION ta' Malta tat-Triathlon, Keith Galea, kompla jikseb iktar suċċessi billi sar iċ-champion ta' Malta tal- Mountain Running, għall- ewwel darba fil-karriera tiegħu. Nhar is-Sibt 23 ta' Mejju, il-Malta Mountain Running Association organizzat in-National Mountain Running Championship ġewwa Binġemma. It-tellieqa kienet tikkonsisti f 'ġirja ta' 5.6km - il-ħin kollu għt- tegħla minn Binġemma sal-Kunċizzjoni. It-tellieqa kienet se tkun waħda eċitanti bejn iċ- champion tat-triathlon, Keith Galea, u r-rebbieħ tas- sena l-oħra, Charles Cilia. Galea mar mill-ewwel fuq quddiem sa mill-bidu tat-tellieqa bis-soltu pass mgħaġġel tiegħu. Huwa fetaħ vantaġġ tajjeb fuq l-eqreb rivali tiegħu. Wara 2km Galea kompla jżid il-pass biex ikompli jżid il-vantaġġ tiegħu. Konxju ta' dan, Cilia, ipprova minn kollox biex inaqqas id-distakk imma kien kollu ta' xejn, għax Galea amministra sew il-vantaġġ li kellu biex rebaħ dawn il- Kampjonati f 'ħin ta' 20 minuta u 32 sekonda. Cilia spiċċa fit-tieni post f 'ħin ta' 20.40 u Matthew Rota spiċċa fit-tielet post f 'ħin ta' 21.13. Ikkuntatjat minn dan il-ġurnal, l-atleta ta' Birkirkara St Joseph, Keith Galea, qal li jinsab ferħan li rebaħ dawn il-kampjonati u li kien verament sorpriż li spiċċa rebbieħ meta ħa sehem għall-ewwel darba f 'din it-tellieqa. Meta sab ruħu l-ewwel waħdu, induna li kellu ċans kbir li jirbaħ u allura għamel minn kollox biex iżomm l-ewwel post sal- aħħar. Huwa stqarr li dan ir-riżultat juri li jinsab f 'forma tajba għal-Logħob tal-Ewropa, li se jsiru f 'Baku, l-Azerbaijan fi ftit tal-ġimgħat oħra f 'Ġunju. Keith Galea xtaq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Bike Parts Malta, Starbene 24/7, Challenge Malta Marathon, Jaycee Malta u lill-Mochika Outdoor Life, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation, lill- Kunsill Malti għall-iSport (KMS), u lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) tal- appoġġ kontinwu li jtuh. Keith Galea Champion ta' Malta tal-Mountain Running Keith Galea mal-Finish Line tat-tellieqa tal-Mountain Running, li fiha ħareġ rebbieħ biex ġie inkurunat Champion Jintemm il-Kampjonat Enduro organizzat mill-ASMK NHAR il-Ħadd li għadda, l-ASMK, għalqet il- Kampjonat Enduro bl-aħħar attività li ġiet organizzata fil-Barriera ta' Torri Falka, l-Imġarr. L-Assoċjazzjoni xtaqet tirringrazzja b'mod speċjali lill-Hardrocks Ltd li dejjem toffri l-bini tagħha biex isiru dawn it-tip t'attivitajiet kif ukoll lil Dunlop Tyres li matul dan l-istaġun tat l-appoġġ tagħha lil dan il- kampjonat. Intant nagħtu ħarsa lejn il-ġurnata fejn fuq korsa ftit itwal minn 3 kilometri, 27 kompetitur irreġistraw għal din l-attività. Dawn kienu maqsuma f 'żewġ klassijiet - dik ta klassi A li tilqa' l-muturi sa 250cc ta' ċilindrata. Hawn rajna lil Joseph Scicluna fuq mutur Honda 125cc jiddomina l-klassi A. Dan mill-ewwel beda jirreġistra ħinijiet tajbin u wkoll l-aħjar ħin tiegħu li kien ta' 3 minuti u 45.70 sekondi biex spiċċa rebaħ il-klassi. Bernard Sammut ġie t-tieni fuq mutur Yamaha 125cc bl- aħjar ħin tiegħu ikun dak ta' 4 minuti u 2.92 sekondi. Fit-tielet post spiċċa Damon Bonello fuq mutur Suzuki 250cc b'ħin ta' 4 minuti 2.94 sekondi. Daniel Caruana fuq mutur Honda 250cc spiċċa fir-raba' post b'ħin ta' 4 minuti 8.38 sekondi. Fi Klassi B rajna lil Matthew Gauci fuq muturi KTM 300cc jiddomina l-ġurnata kollha bl-aħjar ħin tiegħu li kien ta' 3 minuti 37.95 sekondi u spiċċa biex rebaħ din il-klassi. Gauci kien segwit viċin tiegħu minn Alex Sant Fornier fuq mutur KTM 450cc li rreġistra l-aħjar ħin tiegħu ta' 3 minuti 40.05 sekondi. Fit-tielet post daħal Victor Bajada fuq mutur KTM 300cc bl-aħjar ħin tiegħu ta' 3 minuti 47.05 sekondi filwaqt li fir-raba' post daħal James Zahra fuq mutur KTM 200cc b'ħin ta' 3 minuti 54.63 sekondi. Il-Klassifika Overall tal- ġurnata kienet iddominata minn Matthew Gauci segwit minn Alex Sant Fournier, it-tnejn fuq muturi KTM. Il-Kampjonat Nazzjonali Enduro 2014/15 issa ġie fit-tmiem. Għat-tieni darba James Zahra rebaħ dan it- titlu fuq Yamaha fejn matul dan l-istaġun irnexxielu jirbaħ żewġ attivitajiet minn sitta u spiċċa fit-tieni post fi tliet attivitajiet. Fl-aħħar waħda spiċċa fil-ħames post overall fejn b'kollox rebaħ b'total ta' 102 punti. Zahra huwa segwit minn Matthew Gauci fuq KTM li matul dan l-istaġun rebaħ erba' attivitajiet minn sitta filwaqt li f 'attività waħda biss spiċċa fit-tieni post u f 'oħra ma' kkompetiex. Intant, Gauci spiċċa dan il-kampjonat b'97 punt. L-Assoċjazzjoni rringrazzjat lill-kompetituri kollha li ħadu sehem f 'dan il-kampjonat li kien wieħed impenjattiv u kompetittiv. Intant, nhar it-Tnejn li għadda, l-ASMK, kompliet l-attività ta' nhar is-Sibt 16 ta' Mejju, fejn kien għad fadal il-finali Autocross Klassi A u B xi jsiru. Il-Finali Klassi A ġiet mirbuħa minn Philip Joe Vella fuq Opel Corsa segwit fit-tieni post minn Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo. It-tielet post intrebaħ minn Gordon Johnson fuq Peugeot 205. Il-Finali Klassi B intrebħet minn Matthew Borg fuq Vauxhall Nova. Dan kien segwit minn Christian Apap fuq Ford Fiesta waqt li fit- tielet post daħal Ryan Scerri fuq Opel Corsa. Għal iktar informazzjoni, wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org. mt jew minn fuq is-sit soċjali Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, inkella permezz tal-email fuq info@asmk.org.mt Elvin Debono fuq KTM