Illum previous editions

illum 31 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 39

10 illum | Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 Bosk ta' rikreazzjoni "IXXOGĦLIJIET fuq il-park ta' rikreazzjoni jinsabu fi stadju avvanzat u li r-residenti tal-Imtarfa u l-kumplament tal-poplu Malti se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dan kollu fiż-żmien li ġej." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fil-bosk tal- Imtarfa. Borg qal li dan ix-xogħol qed jikkonserva l-bosk kif magħruf, iżda qed isiru diversi interventi sabiex dan isir aktar aċċessibbli u joffri faċilitajiet ġodda għall-familji kollha. "Dan kollu ma setgħax ikun possibbli mingħajr allokazzjoni lill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa, ta' xejn inqas minn €270,000 mill- Programm LEADER taħt il-Fond Agrikolu Ewropej għall-Iżvilupp Rurali 2007- 2013." Is-Segretarju Parlamentari saħaq kif il-prijorità ewlenija ta' dan il-bosk kienet l-ambjent naturali, li saħansitra jista' jattira aktar Maltin iżda wkoll turisti sabiex jesperjenzaw il-ġonna Mediterranji. "Dan il-bosk, fost ħafna affarijiet ta' tisbiħ, se jkun qed jinkludi fih ukoll aċċess għas-sistema tal-Wi- Fi." Ian Borg ħabbar ukoll li nhar it-Tnejn l-1 ta' Ġunju 2015 se jkun hemm sejħa oħra taħt il-Programm LIFE. Taħt il-miżura tal-ambjent, Dr Il-konferenza tal-aħbarijiet ġiet indirizzata fil-bosk tal-Imtarfa Pajjiżna bl-ogħla livell ta' ottimiżmu fost il-pajjiżi kollha taż-żona ewro LISTĦARRIĠ tal- Kummissjoni Ewropea, li jsir ta' kull xahar fost azjendi u konsumaturi, wera li għal tnax-il xahar konsekuttiv, f 'Mejju, pajjiżna għandu l-ogħla livell ta' ottimiżmu fost il-pajjiżi kollha taż-żona ewro. L-indiċi tas-sentiment ekonomiku dan ix-xahar laħaq il-livell ta' 118, jew 18% aktar mill-medja reġistrata kemm ilu jiġi mkejjel dan l-indikatur. Dan il-livell ta' ottimiżmu huwa l-ogħla livell osservat f 'pajjiżna mill-bidu tal-kriżi finanzjarja fl-2008. Għat-tieni darba mindu beda jitkejjel dan l-indiċi mill-Kummissjoni Ewropea fl-2002, f 'Mejju, kull settur tal-ekonomija f 'pajjiżna kien ottimista fuq l-andament tal-ekonomija. Barra minn hekk, għat-tieni xahar konsekuttiv, l-ottimiżmu li esprimew l-operaturi fis- settur tal-kostruzzjoni u dawk tal-ħwienet kien l-ogħla qatt osservat mindu beda jsir dan l-istħarriġ, tlettax-il sena ilu. Mill-bidu tal-2015, b'mod konsistenti, anke fost l-azjendi industrijali ġie osservat titjib fl-ottimiżmu. Ħafna kumpaniji tal-manifattura sostnew li żiedu l-produzzjoni f 'dawn l-aħħar xhur, filwaqt li qalu li qed jistennew aktar titjib fix-xhur li ġejjin. Għalhekk sostnew li se jkunu qed iżidu n-numru ta' impjegati magħhom. Dan jikkuntrasta mal-pessimiżmu li qed jirrenja fost l-azjendi industrijali madwar il-bqija tal-Ewropa. Fl-istess ħin, mill-bidu tal-2015, l-operaturi Maltin fis- servizzi qed jesprimu l-ogħla livell ta' kunfidenza ekonomika fl-aħħar ħames snin. Dawn l-azjendi għandhom ukoll l-ogħla livell ta' ottimiżmu minn fost l-operaturi kollha f 'dan is-settur fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Ħafna mill-operaturi Maltin fil-qasam tas-servizzi sostnew li l-qagħda tagħhom tjiebet, li għandhom aspettativi anke aħjar għax- xhur li ġejjin u li se jkomplu jżidu l-ħaddiema. Il-familji f 'pajjiżna huma fost il-ftit fl-Ewropa li qed jgħidu li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom qed titjieb u li qed jistennew aktar titjib fix-xhur li ġejjin. L-ottimiżmu fost il-familji huwa tali li dawn qed jistennew tnaqqis akbar fil- qgħad anke meta dan diġà niżel għall-inqas livell fl-istorja ta' pajjiżna. F'Mejju, ġiet osservata l-akbar maġġoranza ta' konsumaturi li qatt sostnew li l-qagħda ekonomika ta' pajjiżna tjiebet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 May 2015