Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960
Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 | illum 39 SPORTSillum Champion tal-Ewropa mentalment kif ukoll psikologikament? Ċert li dan l-isport jgħollilek l-istima personali tiegħek kif ukoll il- kunfidenza fik innifsek. Is-sabiħ tal-isport tal-bodybuilding hu li jagħti ħafna lok għal dixxiplina, u għall-individwu biex ikun ferm dedikat u ffukat biex jilħaq għan. Fiżikament, il-bodybuilding jista' jsebbaħ il-ġisem però, meta jkun hemm għaġla u nuqqas ta' paċenzja, jista' jikkawża ħafna ħsara rriversibbli. Il-kompetizzjomijiet tagħkom kif jintrebħu? Naf li jkun hemm ġurija li tiġġudika r-rebħ ta' dawn il- kompetizzjonijiet. Fuqiex tgħaddi l-ġudizzji tagħha? Il-ġurija tagħti l-pożizzjoni li taħseb li jkun ħaqqu kull atleta. Allura min jispiċċa bl-aktar punti jkun ir-rebbieħ. Il-kriterji jinbidlu skont il-kategoriji, imma ġeneralment il-ġurija tmur għall- kriterju li l-atleti jkollhom proporzjoni, simetrija u preżentazzjoni sabiħa u kunfidenti. Fil-bodybuilding tiġi ppremjata ħafna l-kundizzjoni tal-ġilda, li tkun irqiqa u xotta. Mentri fi klassijiet oħra, l-panel tħares lejn ġisem moderat u b'dehra aktar mlaħħma. Naf ukoll li qabel il-kompetizzjonijiet ma tieklu u tixorbu kważi xejn fejn kważi tiġu diżidratati. Huwa minnu dan? Fl-aħħar jumejn iva, jkun hemm bidla kbira fil-ġisem, hekk kif il- konsum tal-ilma jonqos ferm u dan iħalli lok għall-ġilda li tirqaq u tneħħi l-ilma ta' taħtha. Fl-aħħar sigħat qabel l-esibizzjoni ma nixorbux, iżda nxarrbu biss xuftejna ħalli nibqgħu friski kemm jista' jkun. Personalment, l-ikel ma tantx jaffetwana għax nibqgħu nnaqru xi ħaġa sal-aħħar. Hemm biżżejjed konkorrenza minn peresuni żgħażagħ għal dan l-isport? Naħseb li l-interess żdied u iva, naħseb li hemm interess sostanzjali min-naħa taż-żgħażagħ Maltin. Kif tqabbel ir-riżorsi li fihom jitħarrġu f 'Malta meta mqabbla ma' dawk li nsibu barra minn Malta? Bħala faċilitajiet m'hemm l-ebda diskrepanzi, però, fejn jidħlu finanzi u għajnuna minn entitajiet sportivi kif ukoll tal-Gvern, hemm differenza kbira. F'pajjiżi barranin, speċjalment dawk tal-Lvant tal-Ewropa, il- bodybuilding huwa stmat ferm u l-atleti jingħataw ħafna u ħafna inċentivi u għajnuna. Sfortunatament dan hu ineżistenti f 'Malta. It-taħriġ tagħkom fhiex jikkonsisti u jagħmel differenza t-taħriġ tal-irġiel meta kkumpartat ma' dak tan-nisa fil-bodybuilding? It-taħrig medju tagħna jikkonsisti fuq sezzjonijiet ta' madwar siegħa ġewwa gym, darba, darbtejn jew anki tlieta jew erba' darbiet kuljum! Dan ma tantx ivarja mit-taħriġ li jagħmlu n-nisa. Tista' tgħid, li t-taħriġ huwa l-istess għall-mara u għar-raġel. Il-media f 'pajjiżna ttikom biżżejjed prominenza u pubbliċità? Naħseb li kulħadd iħoss li f 'Malta ma tantx huwa stmat il-bodybuilding u allura ma tantx jingħata importanza fil-media. Forsi, bis-saħħa tar-riżultati li qed nakkwistaw dan l-aħħar, il- bodybuilding jaf jieħu spinta kbira fejn għandha x'taqsam il-prominenza. Kif qegħdin fuq is-suġġett, inħoss li għandi nirringrazzjak talli bis- saħħa ta' din l-intervista qed twassal messaġġi pożittivi rigward kemm l-Għaqda tal-MFBBF, kif ukoll il- bodybuilding in ġenerali. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala bodybuilder? Jiena għandi 22 sena. Però, ma nħossnix ta' dik l-età, kemm kif nitkellem, kif ukoll kif naħseb u forsi anki kif nidher. Però, importanti li wieħed jifhem li l-karriera ta' bodybuilder ġeneralment tilħaq il-quċċata tagħha meta l-individwu jkun qrib l-40 sena. Allura, inħares lejn il-futur fit-tul ħafna u ma rridx ngħaġġel kemm f 'kompetizzjonijiet u lanqas fl-għanijiet tiegħi. Bħalissa, Malta qiegħda fil-quċċata tal-Ewropa fejn jidħol Junior Bodybuilding - ninstabu fuq nett. Minn hawn irridu naraw kif se nkomplu niżvolgu l-karriera tagħna fuq pass sostenibbli. Nitkellem u ngħid "aħna" flok "jien", għax barra minn xtutna jiena m'inix Luke Debono biss, iżda qed inġorr il- bandiera Maltija. Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti partikolari għal dawn is-suċċessi enormi li rnexxielek tikseb s'issa, u speċjalment meta wieħed iqis il-fatt li għad għandek biss 22 sena? Ovvjament, nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ġenwinament xtaquli l-ġid u lill-familja tiegħi tal-paċenzja enormi li jieħdu bija. Nirringrazzja wkoll lil dawk li għenuni u nfurmawni sabiex nipprepara ruħi bl-aħjar mod possibli, kemm għal Mr Malta kif ukoll għal Mr Europe. Għaddi messaġġ lil dawk iż- żgħażagħ speċjalment ġuvintur li bħalek qegħdin jaħsbu jew jitħajru biex jagħmlu karriera fil- bodybuilding. Jekk ma tippruvax oġġett qatt m'int se tkun taf x'jiġifieri it-taħriġ fiżiku. Però, nixtieq inwissi wkoll b'mod pożittiv lil dawk li qegħdin jaħdmu b'għan ġewwa moħħhom li jsiru bodybuilders, li hemm bżonn ta' paċenzja kbira. Il-fiżjologijja tal-bniedem iddum snin twal biex taddatta għat-taħriġ. Ma tistax torqod kif int issa u tqum champion l-għada! Moderazjoni u varjetà flimkien ma' konsistenza u dixxiplina għandhom ikunu ingredjenti preżenti f 'kull Twieled d-19 ta' Marzu 1993, u huwa miż-Żejtun Kien jilgħab il-waterpolo u l-bodybuilding bdieh kważi b'kumbinazjoni Sal-età ta' 17-il sena kien għadu qed jilgħab il-waterpolo Wara inċident li kellu ta' 17 -il sena, irtira mill-waterpolo u qabad il- bodybuilding Luke Debono Ritratt: Chris Mangion