Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/519960
Il-Ħadd 31 ta' Mejju 2015 | illum 29 BOV jikkonsolida l-appoġġ lejn l-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu LEWWEL anniversarju tal-programm 'Aqra Miegħi' kien iċċelebrat nhar il- Ħadd 16 ta' Mejju 2015 waqt ċerimonja li saret fil-Librerija Pubblika tal- Mosta. Preżenti għal dan l-avveniment kien hemm is-Sur David Muscat, Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, Prof. Charles Mifsud, Direttur taċ-Ċentru għal-Litteriżmu fi ħdan l-Università ta' Malta, is- Sur Mario Mallia, Chief Operations Officer tal-Bank of Valletta, is-sur Oliver Mamo, Librar Nazzjonali u Kap Eżekuttiv tal-Libreriji ta' Malta u s-Sindku tal- Mosta s-Sur Edwin Vassallo. Il-Programm 'Aqra Miegħi' jiffoka fuq il-litterimżu minn età ċkejkna u l-edukazzjoni tal-ġenituri, bil-għan li jimplimenta l-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu li tenfasizza l-aspetti 'interġenerazzjonali' tal- edukazzjoni, kif imħeġġeġ mill-UNESCO. Il-programm jirrikonoxxi l-irwol kruċjali tal-familji u l-komunità inġenerali fit-titjib tal-livelli tal-litteriżmu, billi jħares lejn il-komunità sabiex tkun imkebbsa l-imħabba għall- qari sa minn età bikrija. Fid-diskors tiegħu waqt din l-attività, Prof. Charles Mifsud spjega li "F'għeluq is-sena minn meta beda l-programm 'Aqra Miegħi', dan laħaq aktar minn 10,000 tifel u tifla ta' bejn l-età bejn 0 u t-3 snin, kif ukoll 12,000 ġenitur." Huwa qal ukoll li, "Qegħdin jiġu organizzati sessjonijiet ta' siegħa bla ħlas kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, darba fil- ġimgħa f 'ħamsin ċentru madwar Malta u Għawdex. Dan il-programm issa ser jiġi estiż permezz ta' ftehim li ntlaħaq bejn il-libreriji Maltin u grazzi għall- appoġġ kontinwu ta' Bank of Valletta." Is-Sur Mario Mallia spjega s-sodisfazzjon tal-Bank għall-progress li sar mill- programm 'Aqra Miegħi' minn meta ġie mniedi sena ilu filwaqt li rringrazzja lill- koordinaturi tal-programm u l-animaturi għall-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom li kienu kruċjali għas-suċċess ta' dan il-programm. Waqt li tkellem fuq l-involviment tal- Bank huwa spjega li "bħala l-bank ewlieni f 'Malta, BOV għandu responsabilità lejn il-komunità li jopera fiha u għalhekk jibqa' impenjat lejn il-missjoni ta' responsabilità soċjali korporattiva tiegħu." Waqt iċ-ċerimonja fil-Librerija Pubblika fil-Mosta DHL Express EuroCup 2015 IKTAR minn 3,000 impjegat ta' DHL Express inġabru f 'Lommel, fil-Belġju, għad- DHL Express EuroCup 2015, bejn it-22 u l-25 ta' Mejju. Kontinġent numeruż ta' 30 impjegat ta' DHL Express Malta, fosthom tim tal-futbol, tim ta' cheerleaders u supporters. Sar tornew tal-futbol bi 48 tim minn 40 pajjiż u turnament tal-cheerleading b'27 tim. Dan kollu sar fil- faċilitajiet ta' taħriġ ta' SK Lommel, li għandhom xejn inqas minn 10 kampijiet ta' futbol. It-tim Malti tal-futbol lagħab fi Grupp H b'ħames timijiet oħra mid-Danimarka, H&G (Hubs & Gateways) ta' Franza, l-Ungerija, is- Slovakkja u l-Ukrajna, li lagħbu logħbiet ta' 30 minuta. Permess ta' rebħa waħda kontra l-Islovakkja, it-tim Malti spiċċa fil-ħames post fil-grupp. It-tornew tal-futbol intrebaħ minn H&G Spanja, bl-Ingilterra fit-tieni post. It-tornew taċ-cheerleading intrebaħ minn H&G Leipzig, bir-Repubblika Ċeka fit-tieni post u l-Iżvezja fit-tielet post. L-għan ta' dan avveniment kien biex jiġbor flimkien attivitajiet soċjali biex l-impjegati jkunu jistgħu jiltaqgħu mal-kollegi tagħhom minn madwar il-kontinent Ewropew, jibnu ħbiberiji ġodda u jerġgħu ikebbsu ħbiberiji antiki. ATLAS Insurance PCC Ltd fetħet il-bibien tagħha anki l-Mosta, id-disa' fergħa tal-kumpanija. Il-fergħa l-ġdida tinsab fiċ-ċentru tal-Mosta, fi Triq il-Kostituzzjoni, u se tkun qed toffri s-servizzi kollha ta' assikurazzjoni personali – għall-vetturi, dgħajjes, safar u anki għall-annimali domestiċi. Permezz ta' din il-fergħa l-ġdida, Atlas qed tkabbar in-network tagħħa għal disgħa fergħat, li jinsabu Ħal Qormi, ir-Rabat, San Pawl il-Baħar, Raħal Ġdid, San Gwann, SkyParks, Bormla u issa anki l-Mosta," qal Keith Tanti, manager tal-Fergħat u Intermedjarji. Il-klijenti jistgħu jagħmlu wkoll użu mill-uffiċċju prinċipali f 'Ta' Xbiex. L-uffiċċju ġewwa l-Mosta se jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.15am san-1.00pm, u mit-3.30pm sas-6.30pm. Nhar ta' Sibt l-uffiċċji se jkunu miftuħ mit-8.15am sas-1.00pm. L-inawgurazzjoni tal-fergħa ġdida fil-Mosta Atlas tiftaħ fergħa ġdida fil-Mosta 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) - Provision of Red Hat Subscriptions – T049/15 Data ta' ħruġ: 22 ta' Mejju 2015 / Data ta' għeluq: 12 ta' Ġunju 2015 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jattendu għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), it-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana FRN 1610. F'dawn il-workshops, operaturi ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI