Illum previous editions

ILLUM_18 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 39

€1.00 Nr 470 • 18 ta' Ottubru 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST In-Norveġiżi lesti biex jibnu l-mina Muscat determinat li jara l-proġett iseħħ JOHN BUSUTTIL F'KUMMENTI mal-ILLUM il-president tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija (GBC) Michael Grech żvela li fir-rapport ta' vijabilità li sar mill-kamra tal-Kummerċ Għawdxija flimkien ma' Transport Malta qed tkun proposta mina bejn Malta u Għawdex li hi twila 11-il kilometru, 100 metru taħt il-livell tal-baħar u li tiftaħ minn Ta' Xħajma taħt in-Nadur u tiżbokka fiż-żona magħrufa bħala taċ-Ċumnija, fil-Mellieħa. Mal-ILLUM Michael Grech jisħaq li kuntrarjament għall-perċezzjoni ta' ħafna, dan il-proġett mhux kastell fl-arja iżda wieħed li għandu l-appoġġ sħiħ tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Grech iddeskriva lil Muscat bħala "determinat li dan il-proġett isir." Aktar minn hekk, Grech indika wkoll kif għall-bini ta' dan il-proġett, li mistenni jiswa madwar €250 miljun, diġà hemm interess qawwi ħafna. L-ILLUM huwa infurmat li l-interess ġej minn kumpanija Norveġiża magħrufa għall-bini tal-aktar mina fonda fid- dinja bejn il-'mainland' Norveġiża u l-gżira ta' Hitra. Fil-fatt dan l-interess Norveġiż kien espress meta ftit tal-ġimgħat ilu membri tal-kamra tal- kummerċ Għawdxija u uffiċjali ta' Transport Malta marru Trondheim fin-Norveġja, fejn żaru diversi sistemi ta' mini, sew taħt il-belt kif ukoll taħt il-baħar. Jidher li l-aktar waħda li l-Maltin kienu interessati li jżuru kienet dik ta' Hitra li hi twila 6 kilometri, fonda 265 metru taħt il-livell tal-baħar u ġiet tiswa €36 miljun. Il-mina proposta għal pajjiżna mistennija tkun magħmula minn 'tube' singolu, eżatt bħal ta' Hitra u tkun maqsuma fi tliet karreġġjati li jintużaw skont iċ-ċirkostanzi. Ir-rapport 'Malta- Gozo Tunnel' li sar f 'April 2012 jistudja diversi possibilitajiet, fosthom li l-mina tkun 'twin tube'. Ir-rapport jgħid li din it-tip ta' mina tista tkun aħjar għal meta jinqala' xi inċident u f 'każ ta' manutenzjoni. Minkejja dan, il-Gvern jidher li mhux se jagħżel din it-tip ta' mina minħabba li l-ispiża hija akbar. Tkompli f 'paġna 2 Prattiċi 'illegali' fl-ingaġġ ta' għalliema DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt "TMUR quddies? Kemm-il darba titlob? Għal min titlob?" Le, dawn mhux mistoqsijiet waqt il-Kors ta' Kana jew mistoqsijiet qabel il-Griżma, iżda, huma wħud mill-ftit mistoqsijiet li għalliema prospettivi jiġu mistoqsija waqt interviews għall-iskejjel tal-Knisja. Minkejja li l-perċezzjoni pubblika tara dawn il- mistoqsijiet bħala xi ħaġa ovvja u raġonevoli, u għalkemm il- Kurja ikkonfermat li għalliema prospettivi jistgħu jiġu mistoqsija jekk jaqblux mal-etos u l-valuri tagħha, kelliem għall- Union tal-Għalliema (MUT) sostna li dawn it-tip ta' prattiċi u mistoqsijiet dwar ir-reliġjon u l-ħajja reliġjuża tal-għalliema huma "kompletament illegali." Aktar minn hekk, skont il-liġi dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, kwalunkwe diskriminazzjoni kontra ħaddiem, inkluż dik fuq bażi ta' twemmin reliġjuż hija illegali, u li jekk dan iseħħ, il-persuni li jħaddmu, inkluż il- Knisja fil-kapaċità tagħha bħala entità li timpjega, tista' tkun suġġetta għal passi legali. Tkompli f 'paġna 4 Iż-żieda fi l-pensjoni minima 'Se noħorġu ħafna nies mill-faqar' Ara intervista f 'paġni 16-17

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_18 ta' Ottubru 2015