Illum previous editions

ILLUM_18 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 39

36 illum Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 SportSillum Illum jiftah l-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2015/2016 Illum, l-Assoċjazzjoni Sport muturi u Karozzi, l-ASmK, tiftaħ l-istaġun tal-motorsport 2015/2016 fil-korsa ta' Ta' Qali li għal darb'oħra se jkun sponsorjat mid-dittà Pasta Poiatti. Dan l-istaġun se jinkludi f 'sitt tiġrijiet bil-muturi Enduro u tmienja bil- muturi Trials. Dawn it-tip ta' kompetizzjonijiet isiru kważi kollha barra mill- Kumpless Sportiv tal- Assoċjazzjoni. Ma' dawn, hemm ukoll seba' attivitajiet bil-Muturi Motocross u 12-il attività bil-karozzi Autocross Modified u Autocross Standard. L-ewwel attività tal-lum se tkun bis-Sezzjoni Enduro fejn wara s-suċċess ta' matul l-istaġun li għadda, l-Assoċjazzjoni se tkompli b'dawn l-attivitajiet. L-Assoċjazzjoni se tkompli tesplora aktar siti ġodda biex attivitajiet bħal dawn ikunu iktar attraenti u kompetittivi. Dan qed ikompli jkun possibbli grazzi għal diversi sidien tal-barrieri li għal darb'oħra mistennija jkomplu jikkoperaw mal-ASMK biex jittellgħu dawn l-attivitajiet. Illum il-kumitat Enduro taħt it-tmexxija tas-Sur Eddie Bonello se jkun qed jarma l-ewwel trakka temporanja fil-barriera fix-Xagħra tal-Magħlaq, limiti tal-Qrendi. Ir- reġistrazzjoni tiftaħ fid-9am u t-tiġrija tibda fl-10am. Il-kompetituri rreġistrati se jkunu maqsuma fi tliet klassijiet: dik tal-muturi taħt il-250cc u dawk ikbar minn 250cc u klassi għall- muturi Trials. Intant matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet saret l-attività Autocross Endurance Race li ssir darba fis-sena. Din hija tiġrija li ssir mis-sezzjoni Autocross u fiha ħadu sehem tmien timijiet fejn għall-ħabta tat-8pm, il- korsa ta' Ta' Qali nbidlet taħt id-dawl artifiċjali u saru l-preparamenti biex tibda din it-tiġrija ta' siegħa sewqan bil-karozzi Autocross. Diversi uffiċjali tal- Malta Records li kienu fuq il-post segwew bir-reqqa r-regolamenti kollha ta' din it-tiġrija sakemm kollox kien kjarifikat u ngħata l-Go Ahead biex tkun tista' tibda din it-tiġrija li għaliha ħadu sehem għaxar karozzi li magħhom ħadu sehem 13-il kompetitur. Fuq l-istarting line rajna lil Manuel Muscat fuq Opel Corsa, Quin Camilleri u Angelo Galea fuq Opel Nova. Samuel Bezzina u Charlton Bezzina fuq Volkswagen Polo, Ian Fenech fuq Citreon AX, Christian Galea u Jean Paul Grech fuq Mazda, Michael Scicluna fuq Peugoet 206, Ryan Vella u Keith Borg fuq Peugeot 205 u Godwin Mizzi u Lawrence Galea fuq Honda Civic. Mat-tluq ta' din it-tiġrija rajna diversi tattiċi kif kull tim kellu jadatta għal din it-tiġrija. Min beda bil-mod biex jibża' għall-karozza, u min beda b'saħħtu mill- ewwel. Fost dawk li bdew jirreġisraw fuq quddiem rajna lil Muscat li kien waħdu bħala sewwieq tul it-tiġrija. Dan kien segwit mit-tim taż-Żanu li kien kompost minn Galea u Grech. Dawn dejjem żammew posthom sal- aħħar bit-timijiet tagħhom jieħdu ħsieb dak kollu li jkollhom bżonn matul dik is-siegħa tat-tiġrija. Ir-riżultat finali spiċċa b'Manuel Muscat jirbaħ din l-attività għat-tielet darba imma ma rnexxielux jissupera r-rekord tiegħu stess tas-sena li għaddiet, fejn huwa kien għalaq is-siegħa meta rreġistra 89 dawra. Dan kien segwit mit-tim taż-Żanu li għalaq is-siegħa bi 83 dawra filwaqt li t-tielet post intrebaħ mit-tim ta' Scicluna li rreġistra 79 dawra. Fir-raba' post spiċċa t-tim Mizzi li minkejja l-problemi spiċċa biex għamel 51 dawra. Fil- ħames post daħal it-tim ta' Camilleri u Galea li rnexxielu jagħmel 49 dawra. Intant, l-ASMK ħabbret ukoll dati oħra fejn is- sezzjoni bil-Karozzi Autocross u Muturi Motocross mistennija tibda l-Kampjonat nhar il-Ħadd 25 ta Ottubru. Dan il-kampjonat jiġi segwit fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f 'Ta' Qali. Aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku uffiċjali tal-ASMK, www. asmk.org.mt Il-Gimgha fis- 6.10pm fuq TVM It-Tlieta fid- 8.40pm fuq TVM2 It-Tnejn fl- 10.05pm fuq TVM Azzjoni minn tiġrija tal-muturi MotoCross

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_18 ta' Ottubru 2015