Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658
10 illum | Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 Mill-Qorti Matthew aguis magius@mediatoday.com.mt Ħabs għal Marokkin li abbuża minn tfajjel għal erba' snin Raġel Marokkin ta' 50 sena se jiskonta sentenza ta' għaxar snin ħabs wara li nstab ħati li abbuża sesswalment minn tfajjel ta' 14-il sena diversi drabi fuq medda ta' erba' snin. Il-Maġistrat Audrey Demicoli semgħet kif fl-2004, Hamid El Faiq kien iltaqa' mat-tfajjel f ' ħanut tal-kompjuters f 'Buġibba u kien jistiednu jmur s'għandu biex jgħinu jitgħallem juża l-kompjuter. Darba fost l-oħrajn El Faiq, ta xorb alkoħoliku lit-tifel sakemm ġabu fis- sakra, imbagħad abbużah sesswalment. Jumejn wara, reġa' stiednu s'għandu, u dik id-darba kellu x'jaqsam sesswalment maż-żagħżugh, li xehed li kien imwerwer. Din il-ħaġa bdiet issir ta' spiss u meta t-tifel xtaq jieqaf, l-akkużat beda jagħtih flus u cannabis biex iħajru. Wara li ż-żjarat waqfu għal tul ta'żmien, l-imputat beda jhedded lit-tifel li kellu filmat tagħhom waqt l-att sesswali u li kien ser jurih lil nies oħra jekk ma jobdix. Wara li ġie arrestat, El Faiq kien qal lil Pulizija li kien jaħdem mar-raġel t'oħt il-vittma, u saħaq li l-allegazzjonijiet ma kienux għajr ħrejjef ivvintati mit-tifel biex ipattihielu għax kien jafu l-flus. Il-Marokkin allega wkoll li kien ġie msawwat mill-pulizija u akkużahom li kienu vvintaw l-akkużi kontrih. Iżda l-Qorti nnutat li mill-provi mediċi li kienu ġew eżebiti mill- prosekuzzjoni saħħew l-akkużi ta' stupru. El Faiq kien ingħata sentenza ta' tmien snin priġunerija f '2010 għal stupru ieħor, ukoll ta' tifel t'14-il sena. Is-sentenzi se jiġu skontati wieħed wara l-ieħor, u mhux f 'daqqa. Il-gwardjani tas-sigurtà fl-Isptar 'mhux permessi jmissu lil ħadd' Raġel li jipprattika l-boxing, li kien ipprova jagħti daqqa ta' siringa lil Pulizija stazzjonat l-isptar Mater Dei nhar it-Tlieta li għadda, inżamm fil-kustodja tal-pulizija wara li tressaq b'arrest il-Qorti . L-ispettur Jason Francis Sultana spjega lill-Qorti kif l-imputat, Sean Sinclair Pace li għandu 36 sena, kien ġie riferut għall-kura ġewwa l-isptar Monte Carmeli miċ- ċentru tas-Saħħa ta' Bormla. Malli wasal hemm, Pace instab mitluq u mitluf minn sensih b'overdose tal-eroina u ġie ttrasferit malajr l-isptar Mater Dei fejn ġie mogħti antidote u beda jirkupra. Minkejja dan, meta wasal il- ħin biex jerġa' jittieħed l-isptar Monte Carmeli, hu rrifjuta li jagħmel dan u pprova jaħrab. Waqt l-attentata ħarba, Pace ta diversi daqqiet ta' ponn f 'wiċċ il-Pulizija li ttanta jwaqqfu milli jiżgiċċa. Minħabba li l-gwardjani tas-sigurtà tal-isptar ma qabżux għall-Pulizija huwa u jissawwat, numru ta impjegati tal-isptar, kif ukoll tobba u infermiera għamlu li setgħu biex iżommu lill-Pace. Iżda dan ma kienx biżżejjed, u Pace qabad siringa minn x'imkien u pprova jtaqqab il-Pulizija biha. Fl-aħħar, paramediku rnexxielu jagħlaq lil Pace ġewwa kamra sakemm waslu Pulizija tal-RIU. Il- Pulizija attakkat sofra ġrieħi ħfief. Mistoqsija mill-Pulizija biex jagħtu raġuni għan- nuqqas t'azzjoni tagħhom, il-gwardjani qalu li ma kienu għamlu xejn għaliex, "ma kellhom permess imissu 'l ħadd." L-avukat difensur Joe Brincat informa lill-Qorti li l-imputat kien se jwieġeb mhux ħati tal-akkużi, iżda ma kienx se jitlob għall- benefiċċju tal-ħelsien mill- arrest, iżda talab sabiex il-klijent tiegħu ikun jista' jirċievi l-kura meħtieġa ġewwa t-taqsima forensika tal-isptar Monte Carmeli. Il-Maġistrat Neville Camilleri laqa' t-talba tad- difiża. TPEEBBLUBS GŦ.BUFS%FJ #Budget2016 Il-Kroati li għamlu ħerba f 'Paceville ordnati jħallsu d-danni SiTT irġiel mill-Kroazja li ammettew li kienu responsabbli għal ġlieda kbira ġewwa Paceville iktar kmieni din il-ġimgħa ġew mogħtija sentenzi sospiżi iżda tħallew jitilqu lura lejn pajjizhom wara li ħallsu għall-ħsarat li kienu kkawżaw. Ivan Janjetic, Igor Valec u Dalen Cekada li huma bla xogħol, Denis Danilovic li jaħdem f 'fabbrika, Marijo Hodak u Davor Andelkovic li huma s-sidien ta' ristorant, wieġbu li kienu ħatja li kkawżaw ħsara volontarja, qajmu ġemgħa ta' nies, kisru l-paċi pubblika, tefgħu oġġetti iebsin u li nsultaw terzi persuni. Il-maġistrat Josette Demicoli semgħet l-ispettur Trevor Micallef jispjega kif il-valur tal-ħsara kkawżata mill-irġiel, li lkoll għandhom bejn l-20 u 30 sena, jammonta għal €5,870. Huwa mifhum li l-ġlieda nqalgħet għall-ħabta tas- 1:20am nhar l-Erbgħa filgħodu, meta grupp ta' partitarji tal-futbol attakkaw raġel Serb f 'Paceville lejliet il-konfront bejn Malta u l-Kroazja f 'logħba ta' kwalifikazzjoni għat-tazza Ewropea. Xi 30 Kroat kienu allegatament involuti fil-ġlieda, fejn inxteħtu mwejjed, siġġijiet, fliexken u tazzi lejn grupp zgħir ta' rġiel Serbi. B'xorti tajba, ħadd ma ndarab fl-inċident. L-ispettur Trevor Micallef informa lill-Qorti li familjari tal-Kroati kienu għamlu diversi trasferimenti bankarji lill-avukat difensur Joe Ellis ħalli jiġu ddepożitati fil-Qorti s-somma meħtieġa sabiex jagħmlu tajjeb għall-ħsarat kkawżati fil-ġlieda. Apparti l-ħlas għall-ħsarat, l-irġiel ngħataw ukoll sentenza ta'sentejn ħabs, sospiżi għal erbgħa snin. Dan huwa avviż bi ħlas MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTA NAZZJONALI MALTA MINISTRY FOR HOME AFFAIRS & NATIONAL SECURITY Network Ewropew tal-Migrazzjoni Punt Nazzjonali ta' Kuntatt Sejħa għall-Kwotazzjonijiet Forniment ta' post għall-organizzazzjoni ta' konferenza annwali u akkommodazzjoni Iktar dettalji huma disponibbli skont l-avviż li ħareġ fil-Gazzetta tal-Gvern tad-9 ta' Ottubru 2015. Dokumenti b'iktar dettalji qed jitpoġġew online, fil-paġna elettronika tas-sezzjoni tat-Tenders/RFP's tas-sit elettroniku tal-Ministeru. In-Network Ewropew tal-Migrazzjoni (NEM) huwa koordinat u ko-finanzjat mill-Kummissjoni Ewropea b'Punt Nazzjonali ta' Kuntatt stabbiliti f'kull Stat Membru tal-UE u n-Norveġja. Ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea Ritratti: Ray attard wieħed mill-akkużati le ġew imressqa l-Qorti