Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658
Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 | illum 27 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Bħalissa għaddej minn sitwazzjoni fejn int tinsab mitlufa u ma tafx liema direzzjoni hi l-aħjar għalik. Dan qiegħed iwassal biex int tkun imwaħħal u ma tafx eżattament xi trid. Però, persuna se tagħtik ħjiel ta' direzzjoni li int għandek tieħu. Minn hemm 'l hemm, ħa tibqa' miexja, però għandek iżżomm f'moħħok minn fejn ħa tibda biex kemm jista' jkun ma terġax tkun qisek il-mitluf. Agħraf! Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Gimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 14, 25 u 30. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Jista' jkun li f'dawn il-ġranet se tħoss li xi persuna, bħal qisha traditek. Imma ma tridx tgħaġġel għax taf tkun sitwazzjoni viċin il- likk. Int persuna motivata ħafna u ħafna jam- miraw l-ideat tiegħek. Xi kultant huwa vera għax trid tara lil min tafda. Fl-opportunità li ġejja, qis li int tagħraf waħdek li tisfrutta s-sitwazzjoni. Waqt li fl-imħabba, qis li ssib spazju għax traskurajt dan il-qasam. Ħu hsieb Pisces. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 28 u 38. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Żmien ta' inċertezzi bejn il-karriera, finanzi u l-imħabba. Sfortunatament għaddej minn din il-fażi mhux għax huwa tort tiegħek imma għax hemm ċaqliq jew bidliet madwarek li issa huwa żmien li trid taħtaf l-opportunità, u tagħraf x'inhu vera- ment l-aħjar għalik. Minn din il-fażi, għandek titgħallem għax jekk minn din il-fażi ma tagħrafx, allura int se tibqa' il-persuna mitlufa. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 14, 22 u 37. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Int bħalissa għaddej minn sitwazzjoni ta' ċertu biża' dwar il-futur tiegħek minħabba dak li int ġarrabt fil-passat. Huwa tajjeb li tirrifletti fuq il-passat ħalli kemm jista' jkun ma tirrepetix l- istess żbalji. Però, issa wasal iż-żmien li int tħares 'il quddiem b'determinazzjoni għax għandek ħafna affarijiet sbieħ. Bħalissa, l-aħjar jekk tista' hu li tieħu pawża ħalli tkun tista' tirrilassa fi ħsibijietek. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 15, 26 u 30. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Abbiltà qawwija u determinazzjoni qegħdin jagħtuk is-saħħa għal dak li int qiegħed miexi lejh. It-tfixkil li qiegħed jinqala' huwa ż-żmien li hu l-aktar ta' prova għalik. Biex int turi l-abbiltà u l- karattru sħiħ tiegħek, dak li int qiegħed taħdem bis-sħiħ għalih, kompli. Tħalli l-ebda sitwazzjoni oħra tfixklek. Persuna li tixtieq tersaq lejk, se tagħmel pass. Aħtaf l-opportunità. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 13, 29 u 38. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Bħalissa għaddej minn fażi li int trid turi kemm int determinat, u persuna b'saħħitha. U għalkemm forsi xi ħadd qiegħed jagħmillek ħajtek diffiċli, int lest biex turi li int kapaċi tgħeleb dak li ġej. Hawnhekk, int se jkollok il-gw- ida ta' persuna li għalkemm int ftit xettiku dwarha, fil-fond ta' qalbek, taf li din il-persuna dejjem wasslitek għad-dawl u għal xewqatek. Fittixha ħalli tiggwidak. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 7, 13, 25 u 33. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Bħalissa għaddej minn fażi li int qiegħed tħoss in-nuqqas ta' attenzjoni mill-ħbieb, mill-kollegi u anke mill-partner. Però, dan huwa aktar int. Tajjeb li minn din il-fażi li xi kultant tgħaddi min- nha, issib aktar int min int. Ħu ftit żmien off, u għamel skeda ġdida kif trid tqassam il-ħin tal-ġurnata. Żid il-kunfidenza aktar fik. Messaġġ li int se tirċievi, se jkun iċ–ċavetta għat-thewdin tiegħek. Ħares 'il quddiem. Leo huma magħrufin kemm huma umli. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 19, 28 u 39. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Nuqqas ta' tagħrif dwar episodju li għadda minn madwarek, għadu jdur u jaqgħad. Kif għadek ma sibtx tarf? Mintix il-persuna li toqgħod tidħol f'sitwazzjonijiet ta' oħrajn biex tipprova tgħaqqad u ssib tarf. Minkejja dan, int għadek mhux konvint, u din qed tagħmlek xi ftit nervuż. M'intix se ssib il-verità kollha. Il-parir hu li tħalli kollox, f'li kien kien u li sar sar. Titlifx dak li ġej tajjeb biex tinħela fil-passat. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 19, 20 u 37. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Xi ħadd tak gwida dwar ħsieb li int tixtieq twet- taq, u dan jaf ikun ta' ispirazzjoni għalik. Però, int qiegħed bejn ħalltejn, għax ftit ftit, trid toħroġ il-personalità vera tiegħek. Illum jew għada trid turi int eżattament min int. Dan bħalissa hu xi ftit ta' biża' għalik , però meta dan jiġri, se jinfetħulek aktar opportunitajiet biex ħajtek tkompli tevolvi. Ieqaf u aħseb naqra x'inhu l-aħjar. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 14, 25 u 34. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu , aħdar u abjad. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Bħalissa se tibda tkun mistieden għal diversi attivitajiet, u dawn se jlaqqgħuk ma' diversi ħbieb, u għalkemm int xi ftit diffiċli biex tagħżel in-nies, se tiltaqa' ma' persuna li se ġġiegħlek taħseb mhux ħażin dwar dak li jkun intqal. Min-naħa l-oħra trid tagħraf aktar dwar l-imħabba li għaddejja madwarek bħalissa, li għalkemm hemm xi ftit problemi, trid tkun int li twassal għal iktar għaqda jekk int tixtieqx tkompli. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 11, 22 u 36. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Jista' jkun li bħalissa għaddej minn żmien mo- notonu, imma trid tistaqsi lilek innifsek jekk in- tix lesta għal avventura ġdida. Trid tagħraf iktar int fejn lest tmur. Għalkemm skont l-istilla tiegħek mhux tajjeb li int bħalissa tagħmel xi avventura, imma huwa tajjeb li jekk int trid tħejji, tagħmel dan biex imbagħad ma jiġix kollox f'daqqa. Ħares ftit lejn il-passat ħalli tieħu direzzjoni sew. Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 16, 28 u 30. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar L-imħabba bħalissa qiegħda tagħtik xi ftit tal-problemi, u dawn ġejjin mill-fatt li int qiegħed tkun wisq attenta fuq adffarijiet oħra tal-madwar. Sib ħin iktar għalik u għall-partner tiegħek ħalli flimkien tkunu tistgħu terġgħu taqbdu r-ritmu. Iktar ma ddum biex tagħmel dan, iktar se twessa' l-problema. Int trid tipprova taqsam il-ħinijiet tiegħek. Agħmel bilanċ bejn il-ħajja u r-relazzjoni tiegħek. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 16, 26 u 29. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-Oroskopju Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal- ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Ir-rakkont ta' Fiona Xi sentejn wara l-esperjenzi ta' Fiona mal-Ouija Board, kienet iltaqgħet ma' ħabib, u bdew jiffrekwentaw lil xulxin. F'sentejn, saru jinħabbu ħafna u xtaqu li jgħixu flimkien, imma minħabba li kienu għadhom żgħar, dan ma setax isir. Għalhekk, biex żgur tgħaddi tagħha, Fiona ħarġet bl-idea li toħroġ tqila, u b'hekk hasbet li jkunu jistgħu jgħixu flimkien. Għaddew ftit xhur, u hekk kien seħħ. Fiona ħarġet tqila u ovvjament, ma' din l-aħbar, il-familja ta' Fiona, meta raw li hemm din l-imħabba kollha, aċċettaw li jagħtuhom parti mid- dar tagħhom biex jinġabru flimkien, u Fiona ħasbet li l-pjan tagħha rnexxa. Fiona issa kellha 4 xhur tqala u kollox kien jidher sew. Għalkemm ġewwa fiha dejjem bdiet tħoss xi ħaġa ħażina. Ġara li xi ħbieb tal-partner tagħha kellhom riċeviment u stidnuh, imma Fiona stqarret li ħasset li ma kellux imur, imma hu xtaq ħafna u kellu jċedi għat-talba tiegħu. Fiona ma kellhiex sabar. Il- ħin beda għaddej u kienu diġà qabżu s-sagħtejn ta' filgħodu meta ċempel it-telefon u meta wieġbet qalulha li l-partner tagħa kien involute f 'inċident tat-traffiku meta kienu sejrin lejn id-dar. F'paniku kbir, missierha wassalha l-isptar. Hemm kienu tawha l-aħbar li kien mitluf minn sensieh u jinsab fl-ITU f 'kundizzjoni gravi. Wara erbat ijiem ta' agunija, il-partner ċeda għall-battalja mal-ħajja u ingħaqad fl- ispiritwalità. Dan kien xokk kbir għaliha fejn kien ħalliha fi stat ħażin ħafna. Għall- funeral, ma felħitx tara x-xena kollha, u kellha tittieħed id-dar. Fiona għaddiet minn żmien ta' għeluq waħedha, b'dik il-memorja bħal qisu qalbha kienet ħebbritha dakinhar biex iżżommu milli jmur, u għal din, hi bdiet tħossha li kellha parti mit-tort għaliex ma kinetx kapaċi tikkonvinċih biżżejjed. Wasal żmien it-twelid tat-tarbija, u kollox mar sew. Twieldet it-tarbija u kellha tifel, li kien jixbah ħafna lil missieru, u sa hawn kollox kien sew. Imma ma għeluq it- tliet snin tat-tarbija, din bdiet turi sinjali li ma tantx kienu sbieħ. Is-sitwazzjoni bdiet tinħass aktar ma beda jikber it-tifel. Issa kien għalaq is-sitt snin u Fiona kellha 24 sena. It-tifel, kien ikun nervuż ħafna u ħadd ma seta' jsib kaptu ta' x'kellu eżatt. It-tifel kien ikun l-agħar bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd filgħaxija, u mill-11 ta' filgħaxija kien jirribella. Din is-sitwazzjoni bdiet tħarbat il-ħajja personali ta' Fiona li kienet xtaqet li terġa' ssib l-imħabba, imma b'din il-kundizzjoni ta' tifel, ħadd ma seta' jkampa magħha speċjalment fi tmiem il- ġimgħa. U kif kien ġara ma' Tania, li kienet fetħet qalbha ma' Sue, issa kien imiss l-istess lil Fiona, li kontra qalbha, wara li pprovat tpenġi l-ħajja tagħha bħala waħda serena, kellha tikxef il-vera maskra tagħha magħhom. Wara diversi laqgħat bejniethom it-tlieta, Fiona wkoll waslet għall-konklużjoni li jista' jkun li dak li ġara seta' kien minħabba dak li huma t-tlieta kienu wettqu f 'dik il-lejla. Ma kinetx ħaġa faċli biex jikkonvinċu lil Fiona sabiex tfittex l-għajnuna, u minn hawn jew minn hemm, bħat- tnejn l-oħra, kellha tgħaqqad iċ-ċirku u tmur. Jekk għandkom xi rakkont li tixtiequ taqsmuh magħna, iktibli u niltaqa' miegħel. Email pauljon.aquilina13@gmail. com