Illum previous editions

ILLUM_18 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 39

Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 | illum 29 'Mit-Tfal b'Solidarjetà'- it-tema ta' 'L-Istrina BOV Piggy Bank' It-tnax-Il edizzjoni tal-kampanja l-Istrina BOV Piggy Bank tnediet mill-President ta' Malta, l-Eċċellenza tagħha Marie louise Coleiro Preca, u s-Sur Edgar Preca matul laqgħa għall-kapijiet kollha tal-iskejjel fil-Palazz Verdala. Huma kienu akkumpanjati mis-Sur Charles Borg, CEO tal-Bank of Valletta. Bħal fis-snin preċedenti, bħalissa qed jitqassam għadd kbir ta' piggy banks fl- iskejjel primarji u sekondarji kollha f 'Malta u f 'Għawdex. Waqt id-diskors tagħha, l-Eċċellenza Tagħha, Marie Louise Coleiro Preca, ħeġġet lill-kapijiet kollha tal-iskejjel biex jaħdmu bħala tim. "Ġustament imsemmija 'Mit-Tfal b'Solidarjetà', din il-kampanja tindirizza lill- iżgħar membri tas-soċjetà tagħna. Permezz tal-isforzi tagħhom, taħt il-gwida tagħkom, huma jitgħallmu t-tifsira vera tas-solidarjetà, li huwa l-valur li fuqu hija bbażata l-kampanja kollha tal- Istrina li tippermetti lill-Malta Community Chest Fund tilħaq lill-membri l-iżjed vulnerabbli tal-komunità tagħna." Hija kkonkludiet billi ħeġġet lil dawk preżenti u lill-għalliema kollha biex jorganizzaw inizjattivi li jinvolvu direttament lit-tfal sabiex anke huma jħossuhom li verament qegħdin jikkontribwixxu għal dan l-isforz filantropiku b'mod personali. Min-naħa tiegħu, is-Sur Charles Borg, irringrazzja lill-voluntiera kollha li għandhom rwol importanti fl-organizzazzjoni ta' dan l-avveniment, li jtawwal fuq medda ta' xhur. "Din l-inizjattiva bdiet fuq skala żgħira imma kompliet tikber b'mod kostanti minn sena għall-oħra. Sal-lum, il-kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank ikkontribwiet iżjed minn €1 miljun għall- Malta Community Chest Fund." Meta tkellem dwar il-kampanja, huwa qal, "Il-kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank hija partikolarment għal qalbna għaliex tindirizza lit-tfal tagħna, u tnissel fihom il- valur tal-altruwiżmu, li huwa parti integrali mill-identità nazzjonali tagħna." Il-Bank of Valletta huwa wieħed mis-sostenituri prinċipali tal-Malta Community Chest Fund. Minbarra l-organizzazzjoni tal-kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank, il-Bank jikkontribwixxi wkoll għal inizjattivi oħra, inkluż ir- Rockestra, Paqpaqli għall- Istrina u Tisjir mill-Qalb. Charles Borg, CEO ta' BOV flimkien mal-President u s-Sur Edgar Preca Mapfre Middlesea tgħaqqad kumpaniji tal-assigurazzjoni għal Pink October MaPfrE Middlesea bdiet inizjattiva biex tgħaqqad kumpaniji tal-assigurazzjoni f 'Malta fil-kampanja Pink October. Ix-xahar ta' Ottubru hu ddedikat biex iqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider, li huwa wieħed mill-kawżi prinċipali ta' mewt fin-nisa f 'Malta. Huwa stmat li waħda minn kull tmien nisa f 'Malta jbatu min dan il-kanċer tul ħajjithom. Però, li ssir taf bil-marda kmieni jista' jnaqqas ir-riskji b'90%. Riċerka turi li aktar minn terz jistgħu jiġu evitati jekk isir screening regolari. Numru ta' impjegati minn Mapfre Middlesea qegħdin jappoġġjaw din l-inizjattiva u issa l-kumpanija qed tistieden numru ta' kumpaniji tal- assigurazzjoni biex jagħmlu l-istess. Mapfre Middlesea qed tinnonima lil Gasan Mamo, Elmo, Atlas u Citadel Insurance. Barra min dan, l-impjegati tal- kumpanija se jagħtu donazzjoni għall-kampanja, liema fondi jmorru għall-Breast Cancer Foundation Malta u Europa Donna. Ta' kull xahar, issir ġabra għal kawża speċifika, u din id-darba hija Pink October. Il-Kap Eżekuttiv il-ġdid Felipe Navarro ukoll iparteċipa f 'din l-inizjattiva. Jum għall-Familja minn Lidl fil-Fondazzjoni Inspire lIdl Malta tagħti valur lir- responsabbiltà korporattiva soċjali, u matul is-sena l-kumpanija torganizza diversi attivitajiet ta' ġbir ta' fondi, bil-parteċipazzjoni tal-impjegati tagħha, biex tiffinanzja u tassisti l-Organizazzjonijiet nazzjonali tal-Gvern lokali. Lidl Malta nhar il-Ħadd li għadda organizzat Jum għall-Familja fil-Fondazzjoni Inspire bil-ħsieb li toħloq kuxjenza soċjali fost il- ħaddiema tagħha u l-familji tagħhom u biex jappoġġjaw persuni b'diżabbiltà. Barra minn hekk, din l-okkażjoni serviet bħala attività li tgħaqqad lill-impjegati dejjem aktar flimkien, waqt li l-kumpanija tat donazzjoni għal kull impjegat li attenda dan l-avveniment; €1 għal kull adult u 0.50 ċenteżmu għal kull tifel/tifla ta' impjegati ta' Lidl. Il-Fondazzjoni Inspire tgħin lil aktar minn 1,000 individwu li għandhom diżabbiltà bħal Down Syndrome, awtiżmu, Cerebral Palsy u oħrajn. "L-għan ewlieni ta' Lidl hu li tappoġġja l-komunità li naħdmu fiha u l-kumpanija hija kburija tal-għajnuna li qed nagħtu lill-NGOs lokali bħal fil-każ ta' Inspire, li jgħinu lil eluf ta' persuni u l-familji jilħqu l-almu tagħhom u permezz ta' hekk jagħmlu l-ħajja tan-nies aktar b'saħħitha," qal rappreżentant mill-Kwartieri Ġenerali ta' Lild Malta. AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Rapreżentant ta' Lidl Malta jippreżenta l-flus miġbura lil Inspire Mapfre Middlesea tagħti l-appoġġ tagħha għal Pink October

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_18 ta' Ottubru 2015