Illum previous editions

ILLUM_18 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 39

L-idea proposta sabiex it-trasport pubbliku jkun b'xejn fil-ħinijiet l-aktar traffikużi tal-ġurnata qed tikseb iktar popolarità ma' diversi entitajiet u korpi kostitwiti hekk kif l-assoċjazzjoni tal- iżviluppaturi Maltin (Mda) qablet ma' din il-proposta u temmen li se tkun qed tagħmel id- differenza. L-Assoċjazzjoni, f 'laqgħa mal-ministru Joe Mizzi sabiex jiddiskutu u joffru l-proposti tagħhom dwar il-problema tat-traffiku appoġġjaw il-proposta li t-trasport pubbliku jiġi offrut bla ħlas bejn is-6 u d-9 ta' filgħodu u t-3:30 u s-6 ta' waranofsinhar. Minbarra din il-proposta, l-assoċjazzjoni tat diversi proposti 'shot term', fosthom li jkun hemm ko- ordinazzjoni aħjar meta jkun hemm xi toroq magħluqin minħabba xi xogħlijiet jew għal xi raġunijiet oħra, għaliex kif sostnew, "bħalissa dawn qed jingħalqu mingħajr ma s-sewwieqa jingħataw rotot alternattivi." L-MDA sostniet ukoll li miżuri biex jittaffa t-traffiku jistgħu jkunu żidiet fin- numru ta' Park & Rides, f 'lokalitajiet differenti, jiżdiedu karreġġjati għall- muturi kell fejn hu possibbli u li ssir kampanja edukattiva fuq il-mezzi tax-xandir lis- sewwieqa kollha. L-Assoċjazzjoni tal- Iżviluppi, minbarra li għamlet dawn in-numri ta' proposti sostniet li temmen li hemm bżonn urġenti li jkun hemm investiment qawwi fl-infrastruttura tat-trasport, sabiex is- soluzzjonijiet għal din il- problema, jkunu fit-tul. Minkejja dawn il-proposti, l-MDA saħqet li fl-ebda ħin ma taqbel li jkun hemm xi restrizzjonijiet fil-ħinijiet meta jistgħu jaħdmu l-vetturi tal-kuntratturi "għax dan ifisser li dawn ikollhom ibatu b'mod sproporzjonat minħabba l-problema." 8 illum | Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 TFSKJCCFOFGJLBXNJOOSBUJ JSåBTUBUUBYYBUBEEåVM #Budget2016 Dan huwa avviż bi ħlas L-iżviluppaturi jaqblu mal-proposta ta' trasport pubbliku b'xejn It-traffiku huwa pjaga li jeħtieġ li jiġi indirizzat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_18 ta' Ottubru 2015