Illum previous editions

ILLUM_18 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 39

Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 | illum 13 madwar id-dinja Is-suq ta' Katanja, Sqallija Popolari mal-Maltin, imma milli jidher li mhux mal-Maltin biss. Is-suq ta' Katanja huwa kakofonija ta' nies, prodotti, l-aktar tal-ħwejjeġ u anke ikel differenti. Fost l-ikel wieħed isib frott, ħaxix u ikel tipiku Sqalli. Għalkemm huwa magħruf għall-kulur u l-fervur Sqalli li jipproġetta, riċentement jidher li fl- istess suq iktar qed jonqsu l-bejjiegħa Sqallin u jiżiedu dawk Ċiniżi. Chandni Chowk, Delhi Dan huwa wieħed mill- eqdem u l-aktar swieq popolari fil-belt Indjana ta' Delhi. L-isem tas-suq jittieħed mill-bini li qiegħed fih li nbena fis-seklu 17 mill-Imperatur Indjan Shah Jahan. Fl-istorja tiegħu dan is-suq kien maqsum b'kanali li kellhom l-għan li jirriflettu d-dawl tal-qamar. Illum kulħadd imur dan is-suq biex jixtri u jixtri bil-kbir, kif ukoll biex jiekol ikla curry tajba. Damnoen Saduak, Tajlandja Dan huwa wieħed mill-aktar swieq popolari mat-Tajlandiżi kif ukoll mat-turisti li jżuru dan il-pajjiż maġiku. Is-suq huwa mimli ħajja, kulur u mimli bejgħ ta' ħaxix u frott. Minkejja li l-prodotti huma ħafna irħas milli nixtruhom Malta, ħafna qed jirraportaw kif fit-Tajlandja l-prezzijiet qed jiżdiedu minħabba influss ta' turisti. Imma l-iktar attraenti fl-esperjenza kollha hija li f 'dan is-suq ma timxix minn ħanut għall-ieħor, iżda tivjaġġa b'dgħajsa. Is-suq tal-fjuri fuq l-ilma, Amsterdam Mhux it-Tajlandja biss hemm suq fuq l-ilma, hemm ieħor fil-belt kapitali tal-Olanda, Amsterdam. Dan is-suq huwa magħruf fl-Ewropa kollha għall- bejgħ tal-fjuri, naturalment l-aktar għall-bejgħ tat- tulipan. Is-suq huwa organizzat fil-kanal ta' Singel u wieħed ikun jista' jixtri diversi tipi ta' fjuri oħrajn, fosthom il-ġiranji wkoll, minn fuq id-dgħajjes.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_18 ta' Ottubru 2015