Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658
Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 | illum 3 titlesta sa ħames snin oħra mhux fattibbli. B'hekk, issa nafu x'jaqbel u ma jaqbilx." "Il-pont kien se jiswa €1 biljun. Kont tkellimt mal- Prim Ministru jien stess u għidtlu li b'dik iċ-ċifra nistgħu nibnu kważi ħames mini." Li Grech isostni kontinwament huwa u jkellem l-ILLUM hu, li Għawdex għandu bżonn 'link' permanenti, "ikun żbaljat min jaħseb li din ma tgħinx għall-progress fil-gżira. Se jiżdied il- Prodott Gross Domestiku (PDG) tal-gżira u tgħin biex tkabbar dik Maltija." Mhux se jkun hemm bżonn ta' tliet vapuri Dwar l-impatt negattiv li dan il-proġett jista' jħalli fuq il-Gozo Channel, Michael Grech wieġeb li, "l-vapuri tal-Gozo Channel waslu biex jinbidlu għax dawn għandhom ħajja ta' 30 sena. U meta kienu nbnew kienu swew €80 miljun. Bil-bini tal-mina, ma jkunx hemm bżonn iżjed ta' tliet vapuri u jistgħu jinbnew tnejn iżgħar. Dawn jintużaw għat-turisti Maltin u barranin li jkunu jixtiequ jiġu Għawdex bil- vapur, u anke l-merkanzija perikoluża tibqa' tinġarr bil-vapuri ħalli ma jkunx hemm xi sogru fil-mina. Barra hekk, kulħadd jaf li dawk li qed jispiċċaw bl-età mill-Gozo Channel mhux qed jiġu sostitwiti b'ħaddiema oħrajn." Imma mina hija sigura biżżejjed? L-ILLUM tirrimarka li s-sigurtà tista' tkun ta' sfida, hekk kif ħafna nies iħossu li mina taħt il-baħar mhi sigura xejn f 'każ ta' inċident. Imma Grech iwieġeb "lanqas xejn. Fil- fatt għalhekk mistennija tkun bi tliet karreġjati li jintużaw skont il-'flow' tat- traffiku, jiġifieri skont fejn l-aktar li jkun sejjer. Barra hekk, f 'każ ta' xi inċident, it-tielet karreġjata tintuża għall-emerġenza. Mistoqsi kemm se tinżel fil-fond, Grech qal li skont esperti ġeoloġiċi taħt il- baħar Malti hemm 30 metru ta' tafal. Il-mina jrid ikollha 50 metru ta' ġebla franka fuqha u għalhekk il-mina se titħaffer 100 metru taħt il- livell tal-baħar, "Fejn l-aktar parti fonda se tkun meta tgħaddi taħt Kemmuna. Li rrid naċċerta huwa li mhu se tagħmel l-ebda impatt negattiv fuq il-gżira ta' Kemmuna." Grech kompla jgħid ukoll li skont esperti Norveġiżi li tkellem magħhom, qalulhom li l-ġebla franka xorta jgħaddi l-ilma minnha u għalhekk se jinbnew 'reservoirs' taħt il-mina, li fihom jispiċċa l-ilma li jgħaddi minn ġol- ġebla u jkun hemm pompi li jerġgħu jarmu l-ilma fil-baħar. "Dan fil-fatt isir f 'kull mina li hawn taħt il-baħar madwar id-dinja kollha u m'hemm l-ebda periklu," tenna Grech. Żewġ modi kif tista' titħaffer il-mina Grech qal ukoll li hemm żewġ sistemi kif titħaffer il-mina, "hemm it-tunnel boring machine, li bħalha, hawn diġà waħda Malta u hemm ukoll is-sistema Norveġiża ta' 'drill & blast.' Jiġifieri li jittaqbu toqob mal-blat, jitpoġġew splussivi fihom u jisploduhom. Jitneħħa l-ġebel u jerġa' jiġi ripetut il-proċess sa ma jinfed san-naħa l-oħra. Issa sta għall-Gvern jagħżel liema sistema hi l-irħas jew taqbel għal Malta." Jagħmilha min jagħmilha se tkun bil-ħlas "Sew jekk jeħodha l-privat u anke jekk jagħmilha l-Gvern, irid ikun hemm ħlas għal min jużaha skont is-sistema li hemm barra, tal-pontijiet u anke tal- 'motorways'. Iżda l-ħlas mhux se jkun bħal tal- vapur, fejn kull persuna trid tħallas biljett. Wieħed se jkun qed iħallas tal- vettura, ikun hemm kemm ikun hemm persuni fiha. Anke t-trasport pubbliku se jkun jista' juża l-mina, b'differenza li l-prezz għal din ix-xarabank speċjali tkun ftit aktar għolja mis- soltu. "Dan għalkemm wieħed irid jieħu wkoll in kunsiderazzjoni li suppost l-Għawdxi, bi dritt, m'għandux iħallas biex imur Malta għax-xogħol, għax l-ebda Malti ma jħallas talli jgħaddi minn triq għal xogħlu. L-Għawdxi, meta jmur Malta jmur għax- xogħol, imma l-Malti li jmur Għawdex imur bħala divertita." Grech temm billi qal li l-Gvern jista' jekk irid joħroġ l-offerta maqsuma fuq tlieta, "disinn, bini u l-operat." "Il-fatt li issa ż-żewġ partiti huma favur il-mina jgħin biex ma jkunx hemm iżjed intoppi" "Jien xtaqt li x-xogħol beda lbieraħ. Iżda tajjeb li ġiet esplorata l-possibilità ta' pont ukoll, u ħareġ li dan mhux fattibbli" Tunnel Boring, waħda mill-metodi ta' kif tista' tinbena l-mina Il-pjanta tal-mini proposti bejn Malta u Għawdex, fosthom dik magħżula mir-rapport ta' TM u GBC, li qed tidher bħala 'Option 4' Għażla 1 Mina 'bored' ta' 10km li tgħaddi minn taħt Kemmuna bid-dħul u l-ħruġ ikunu fil-Marfa Ridge f 'Malta u Nadur f 'Għawdex. Għażla 2 Mina 'bored' ta' 8.2km li tgħaddi minn taħt Kemmuna bid-dħul u l-ħruġ ikunu f 'Marfa Ridge f 'Malta u fin-naħa ta' fuq tal-Imġarr f 'Għawdex. Għażla 3 Mina maħduma minn qabel ta' 6km li tagħddi mil-Lvant ta' Kemmuna, bid-dħul u l-ħruġ qrib il-Bajja tal-Armier f 'Malta u f 'Ħondoq ir-Rummien, f 'Għawdex. Għażla 4 Mina 'bored' ta' 9.2km li tgħaddi minn taħt Kemmuna, bid-dħul u l-ħruġ ikunu fil-Punent tal-Mellieħa u fin-naħa ta' fuq tal-Imġarr, f 'Għawdex.