Illum previous editions

ILLUM_18 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 39

16 illum | Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 N aslu għand il-Ministru, li din il-ġimgħa kien l-aktar fl-aħbarijiet, kif ikun dejjem kull Ministru tal-Finanzi, darba kull sena. Xħin naslu l-uffiċċju minn fejn jaħdem il-Ministru Edward Scicluna nilmħu mill-ewwel ktieb bl-isem 'L-inugwaljanza u l-miżuri fiskali' miktub minn Benedict J Clements, Sanjeev Gupta, Michael Keen u Rood De Mooij. Dan il-ktieb jitratta ż-żieda konsiderevoli fl-inugwaljanza fid-dħul, esperjenzata f 'ekonomiji avvanzati, mid-disgħinijiet u l-konsegwenzi severi tal-kriżi finanzjarja u ekonomika. Jitratta wkoll it-tħassib dwar inugwaljanza materjali filwaqt li gvernijiet madwar id-dinja jkunu qed jippromwovu ekonomija aktar robusta u effiċjenti. Mill-ewwel tqum il-mistoqsija tal-ġurnal, il-baġit li ppreżentajt din il-ġimgħa huwa proprju mnebbaħ minn dan il-ktieb? Il-Ministru Scicluna, wara li jispjega kif il- ktieb irċevieh mill-Perù, jgħid li s-suġġetti li jitratta l-istess ktieb huma "s-suġġetti tiegħi." Iktar minn hekk iżda, Scicluna jispjega kif "dak il-ktieb huwa miktub mill-istess konsulenti li qed nuża jien bħalissa u li ġejjin mid-Dipartiment Fiskali tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF). "Dawn qed jgħinuna inbiddlu l-proċess baġitarju tagħna." X'jiġifieri meta tgħid inbiddlu l-proċess, staqsa l-ILLUM. "Jiġifieri qed naħdmu biex ikollna proċess aħjar ta' kif isir u jkun implimentat il-baġit, biex b'hekk ikollna baġits aħjar. Irridu nies li jkunu qed jaħdmu s-sena kollha fuq il-baġit u mhux fl-aħħar minuta biss. Fil-fatt, biex nibda niżgura dan, mil-lum stess id-Dipartiment kollu tal-Politika Ekonomika mxew lejn il-Ministeru tal-Finanzi". Il-pensjonant u l-baġit li ħabbar Mingħajr ma staqsejnieh xejn, il-Ministru Scicluna mill-ewwel dar fuq is-suġġett tal-faqar u sostna li huwa għalhekk li l-Gvern jeħtieġ li jaħdem għal baġits aħjar, "biex nevalwaw il-faqar, biex ngħarfu dejjem aħjar x'inhu jikkontribwixxi għalih. Naturalment aħna nafu li wieħed mill-kawżi ewlenin tal-faqar huwa n-nuqqas ta' dħul u hemm min jgħidilna, mela agħtu l-benefiċċji. Imma aħna bħala Gvern se nħallu lil min sempliċiment jibqa' dipendenti fuq il-benefiċċji?" Minkejja dan, Scicluna mill- ewwel jirrimarka li hemm dawk in-nies li minħabba raġunijiet diversi, fosthom ta' saħħa, jkollhom jiddependu mill-Gvern għal għomorhom kollu jew għal numru twil ta' snin. "Jekk se nitkellmu għal dawk in-nies li għalihom ix-xogħol mhux soluzzjoni, mela allura qed nitkellmu fuq firxa ta' nies, fosthom il-pensjonanti," qal il-Ministru, li kompla billi ta lista ta' miżuri li ħa dan il-Gvern biex jinċentiva lil dawk li jilħqu l-età tal-irtirar u jkunu jixtiequ jibqgħu jaħdmu. "Bħala Gvern inċentivajna lil dawk il-pensjonanti li jixtiequ jibqgħu fid-dinja tax-xogħol billi ftaħna l-opportunità li bi qbil ma' min iħaddimhom, dawn jibqgħu fl- impjieg wara li jilħqu l-età tal-irtirar. Imbagħad f 'dan il-baġit wettaqna miżura oħra li tinċentiva lill- pensjonanti, hekk kif dawk li jaħdmu u li ma japplikawx għall-pensjoni meta jkollhom dritt għaliha, għal kull sena se nkunu qed nagħtuhom l-inċentiv li r-rata tal-pensjoni tagħhom tiżdied b'persentaġġ fis- sena." Xtaqna bdejna minn isfel, imma ma stajniex L-ILLUM jirrimarka li huwa ċar li f 'dan il-baġit il-Gvern sema' lil dawk li ħeġġuh biex iwieżen, fosthom ukoll din il-gazzetta, u għalhekk staqsejna x'wassal biex il-Gvern issa beda jieħu miżuri favur dawk bi dħul baxx jew medju. "Il-problema mhix illum, imma l-problema kienet fl-ewwel sena tal-Gvern, meta kellek riżorsi limitati u għal raġunijiet ta' governanza u miri li jridu jintlaħqu biex jitnaqqas id-defiċit, il-Gvern issellef anqas," sostna Scicluna li fakkarna fl-ovvju, "meta tissellef anqas, għandek inqas flus f 'idejk." Imma liema huwa l-argument li qed jipprova jwassal il-Ministru? "Meta r-riżorsi jkunu limitati trid tistaqsi lilek nnifsek, x'se nagħmel? Se nqassam? Se nagħti l-ħuta jew se nagħti l-qasba?" jistaqsi. F'dan il-punt huwa jieħu angolu xi ftit iktar ideoloġiku fl-argument tiegħu hekk kif jgħid li "għamilna xi ħaġa kontra qalbna, bħala partit." F'dan il-punt, inwaqqfu u nistaqsih "x'għamilt kontra qalbek? Liema miżura wettaqt kontra x-xewqat tiegħek?" Imma l-Ministru jagħmilha ċara li ma kienx qed jitkellem dwar miżura partikolari iżda iktar rigward il-kronoloġija ta' kif kienu mħabbrin il-miżuri baġitarji. "Bħala partit fil-Gvern kellna niddeċiedu li fl-ewwel sentejn nitfgħu r-riżorsi tagħna, l-ewwel fejn se jwassal għat-tkabbir. Kieku qassamna l-flus u waqafna hemm, il-pajjiż kien jibqa' hemmhekk. Jiena xtaqt nagħti minn isfel, bħal m'għamilna din id-darba, imma l-ewwel ridna nieħdu ħsieb lill-aktar nies li jikkontribwixxu għat-tkabbir. Qed nirreferi għas-self employed u dawk bi dħul medju jew għoli. Dawn diġà kellhom toqol ta' taxxi fuq spallejhom, u qabel l-elezzjoni wegħedna li dan it-toqol se nkunu qed innaqqsuh. Hekk wegħedna u hekk għamilna". Fakkar li minflok ix-xogħol, dan il- Gvern qed jintaxxa l-konsum, "għax il-konsum tista' tikkontrollah, imma x-xogħol ma tistax. Ir-rota qed iddur sew...issa nagħmlu li xtaqna "Issa wasal iż-żmien li nagħmlu dak li xtaqna, issa r-rota qed iddur sew," qal il-Ministru Scicluna li fakkar f 'diversi miżuri fosthom it-tnaqqis mit-taxxa ta' bejn €90 u €210 għal dawk li għandhom dħul baxx jew medju. Imma jkompli jfakkar li hemm ukoll dawk in-nies li jaqgħu fil-faxxa ta' persuni li ma jħallsux taxxa, "u anke lil dawn, aħna ridna li nibdew ngħinuhom biex ikunu parti mis-suċċess li qed jagħmel pajjiżna." Il-Ministru fakkar kif il-Gvern estenda l-miżura tal-in work benefit biex ikunu mgħejuna dawk li jaħdmu u li xorta jinsabu fil-faqar. Minkejja dan, u anke għall-mistoqsija tal- gazzetta huwa jgħid kif kienu madwar nofs il-benefiċjarji biss li applikaw biex jingħataw dan il- benefiċċju. "Jista' jkun ma kinux jafu biha, jista' jkun li rridu nirriklamaw aktar il-miżuri li nħabbru. Li hu żgur huwa li la għamilna studju dwarha u tfajna baġit għaliha, jekk tonfoq nofs dak il-baġit trid tara għalfejn." Min iħallas it-taxxa ħa deal tajjeb Scicluna jaqbeż imbagħad fuq miżura oħra, jiġifieri dik li tkompli tagħti ammont mill-benefiċċju tal- qgħad lil dawk li jsibu impjieg għall- ewwel tliet snin. L-ILLUM ifakkru li hawnhekk hawn min ma jaqbilx, hawn ħafna li jgħidu li ma tagħmilx sens li tibqa' tagħti benefiċċju lil min sab xogħol, jekk dak mhux l-għan tal-benefiċċju. Pront ifakkarna li "jien qed nirrapreżenta lit-taxpayer u jidhirli li din il-miżura, hija a good deal. Vera li qed nibqgħu nagħtu l-benefiċċju, imma qed toħroġ il-persuna fid- dinja tax-xogħol, qed tagħtiha ċertu kburija, qed tinduna li aħjar tkun qed taħdem milli toqgħod id-dar." Jirimarka li din il-miżura anke l-Ġermanja wettqitha, "u pajjiżi bħall-Irlanda u r-Renju Unit issa qed iwettqu miżuri li dan il-Gvern wettaq f 'dawn l-aħħar sentejn u nofs." Se noħorġu ħafna nies mill-faqar Id-diskors jerġa' jaqa' fuq il- pensjoni u jfakkar kif bil-bidliet fil-pensjoni biex il-minimu se jitla' għal €140 fil-ġimgħa, "se nkunu qed noħorġu numru kbir ta' nies mill-faqar. "€140 fil-ġimgħa hija qrib ħafna is-60% tal-paga medja u b'imqar €2 imgħax minn xi mkien dik il-persuna faċilment toħroġ mill-faqar. Bil-miżura baġitarja tal-pensjoni, telgħu dawk t'isfel, apparti li żidna wkoll lill-pensjonanti miżżewġin b'€4.15 fil-ġimgħa. Huwa jinsab pożittiv ukoll li l-Gvern jilħaq il-mira ta' pensjoni minima li tlaħħaq is-60% tal-paga medja qabel il-mira tal-2027. Qed norbtu wisq fuq il-programm ta' ċittadinanza? F'artiklu miktub ftit tal-ġimgħat ilu fuq din il-gazzetta, l-opinjonista Joe Ellis kien enfasizza l-bżonn li nkunu attenti minn ċerti riskji ekonomiċi li pajjiżna jiddependi wisq minn miżuri speċifiċi, aktar milli niċeċ ekonomiċi, li huma sostenibbli. Fost dawn semma l-Programm ta' Ċittadinanza (IIP). Dawn huma miżuri li nistgħu nistrieħu biżżejjed fuqhom? Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt "Kif ġew tal- Università Amerikana, kif ġew Huawei, kif ġew Microsoft. Dawn ma qalux forsi ninvestu, dawn qed jinvestu" L-isfida ta' Edward: L-inugwaljanza "Jiena xtaqt nagħti minn isfel, bħal m'għamilna din id-darba, imma l-ewwel ridna nieħdu ħsieb lill-aktar nies li jikkontribwixxu għat-tkabbir"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_18 ta' Ottubru 2015