Illum previous editions

ILLUM_18 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

Fil-bidu tax-xahar id- dieħel, żewġ swali ġodda f 'Mater dei se jkunu lesti biex jibdew jilqgħu l-ewwel pazjenti fihom. dawn iż- żewġ swali se jkunu jfissru żieda ta' 68 sodda ġdida f 'Mater dei. Waqt konferenza tal- aħbarijiet ilbieraħ, Celia Falzon, Direttur fl-Isptar Mater Dei, spjegat kif issa se jimxi l-proċess biex jitbattlu żewġ swali f 'Mater Dei u l-pazjenti jiġu trasferiti fis- swali l-ġodda biex il-binja tkun tista' tingħaqad mal- kumplament tal-isptar. Is-swali M7 u MAU3 se jkunu rranġati qabel ma jerġgħu jibdew jilqgħu l-pazjenti fihom. Il-Ministru Konrad Mizzi qal li l-pjan tal-Gvern huwa li jiżdiedu 500 sodda ġdida fis-servizz tas-saħħa, 300 minnhom f 'Mater Dei. L-oħrajn se jkunu qed jinħolqu permezz tal- investiment f 'St Luke's, Karin Grech u l-Isptar t'Għawdex. Il-Ministru Konrad Mizzi qal ukoll li issa li din il- binja tlestiet se jkunu qed jiġu implimentati proċessi ġodda ta' bed management li jiffaċilitaw aħjar il-proċessi ta' dħul u ħruġ ta' pazjenti mill- isptar għall-kura. Għalhekk se tkun qed issir Observation Ward fejn il-pazjenti se jinżammu qabel ma jiddaħħlu l-isptar u anke Discharge Lounge, biex dawk il-pazjenti li jkunu ġew discharged mill- isptar, jkunu jistgħu jmorru f 'din is-sala sakemm jirċievu dak kollu li għandhom bżonn meta jkunu sejrin lura lejn djarhom. Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej Ian Borg qal li dan huwa proġett li qed jimmaterjalizza minn fondi li kienu jinsabu f 'riskju li jintilfu. "Fil-fatt," kompla jispjega s-Segretarju Parlamentari Borg, "lura fl- 2013 kien inħass il-bżonn li jiġu propju investiti madwar €9 miljuni minn dawn il-fondi fis-settur tas-saħħa, settur li ma kienx jiflaħ jistenna aktar. Dan l-investiment se jara żieda ta' 68 sodda u t-tagħmir mediku kollu neċessarju. F'inqas minn sena nbena dan kollu," stqarr is-Segretarju Parlamentari. "Mhux talli mhux se jintilfu l-fondi iżda talli dawn se jmorru sabiex inkomplu ntejbu u nsaħħu s-servizz li jingħata lill- pazjent, xi ħaġa li tkompli tagħmilna aktar kburin," temm jgħid Borg. Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne qal li dan il-Gvern irid li kull pazjent jingħata kura ta' ħames stilel fl-isptar Mater Dei, iżda mhux is-sodod kollha fl- isptar kienu ta' din il-kwalità. Permezz ta' din il-binja u l-irranġar fis-swali MAU3 u M7 dan se jkun possibbli. "Iżda servizz tajjeb ma jfissirx biss bini ġdid u rranġat, imma investiment ukoll fir-riżors uman," kompla Fearne, "Illum għandna Emerġenza li qed taħdem ferm aħjar milli kienet qabel għax mhux biss żdiedu l-cubicles iżda anke l-ammont ta' tobba u infermiera." It- tobba fl-Emerġenza żdiedu minn 14 għal 34, filwaqt li l-infermiera żdiedu minn 76 għal 109. "Fis-swali l-ġodda se jkunu allokati 60 health professionals ġodda," temm jgħid Chris Fearne. Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 | illum 9 JMMJÉFO[KBUBMNVUVSJĸHåBS UBDD5JOĸFMHåBM ŵ #Budget2016 Dan huwa avviż bi ħlas Tingħata l-aħħar tislima lill-Avukat Karkariż ilbieraħ fil-għodu ingħatat tislima lill-avukat minn birkirkara, president tal-każin tal-banda duke of Connaught's Own li nqatel kiesaħ u biered fis-7 ta' Ottubru li għadda. Numru sabiħ ta' nies attendew iċ-cerimonja tal- aħħar tislima f 'purċissjoni li bdiet fid-8:45 ta' filgħodu minn quddiem il-każin tal-banda Duke of Connaught's Own fejn indaqqew diversi marċi funebri ad unur il-president Carmel Chircop. Preżenti kien hemm bosta qraba u ħbieb u membri fi ħdan l-istess każin. Dan il-korteo funebri wassal għall- Bażilika ta' Santa Liena fejn bdiet il-quddiesa għall-ħabta tal-10 ta' filgħodu. Carmel Chricop ta' 51 sena nqatel b'tiri ta' arma tan-nar għall-ħabta tas-7:30 ta' filgħodu fis-7 ta' Ottubru fl-entratura ta' kumpless ta' garaxxijiet fi triq Ġanni Borg f 'Birkirkara stess, fejn kellu garaxx minnhom. Il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ. Minn filmati tas-CCTV fl-inħawi, tidher 'karozza ta' lewn ċar' taħrab minn fuq il-post imma l-għamla tal-karozza għadha mhix magħrufa. Il-korteo li beda minn quddiem il-każin tal-banda sal-knisja Qraba u familjari ta' Chircop jagħtu l-aħħar tislima Ritratti: Chris Mangion F'sena jitlestew żewġ swali ġodda f 'Mater Dei

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_18 ta' Ottubru 2015