Illum previous editions

ILLUM_18 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658

Contents of this Issue

Navigation

Page 37 of 39

38 illum | Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 Meta u fejn twelidt? Jien twelidt f 'Osijek nhar l-1 ta' Jannar tal-1968 taħt l-istila ta' Capricorn. Liema kienu l-ewwel esperjenzi tiegħek fil-futbol? Jien twelidt u qattajt it-tfulija tiegħi fil-belt ta' Osijek, li hija belt żgħira fil-Kroazja li għandha potenzjal kbir li tipprovdi plejers żgħażagħ ta' ċertu talent. Minn età żgħira kont inħobb il-futbol u l-klabb ta' Ojisek kien l-ewwel klabb li lgħabt miegħu fl-Ewwel Diviżjoni u ninsab ferm kuntent li bdejt il-karriera tiegħi fil-futbol ma' dan il-klabb u skorjat l-ewwel gowl tiegħi f 'dik li dak iż- żmien kienet magħrufa bħala l-eks Jugoslavja, propju ma' dan il-klabb. Ma' dan il-klabb irbaħt iż-Żarbun tad-Deheb (Golden Boot), fejn kont l-aktar plejer li skorjajt gowls. Wara ffirmajt ma' Dinamo Zagreb, fejn domt nilgħab ma' dan il-klabb għal sentejn. Iżda f 'dak iż-żmien kienet faqqgħet il-gwerra fl-eks Jugoslavja u għalhekk kont ħallejt pajjiżi biex immur nilgħab fi Spanja ma' Sevilla. Fi Spanja domt nilgħab disa' snin, li kienu fundamentali fil-karriera tiegħi. Ma' Sevilla domt nilgħab ħames snin fejn kelli esperjenza mill-aqwa u kont fost l-aqwa skorers għal dan il-klabb għal snin konsekuttivi. Ma' dan it-tim, eżattament fl-istaġun 1992-93 lgħabt mal-fenomenu Arġentin Diego Armando Maradona. X'tikkummenta fuq l-esperjenza mill-aqwa li kellek ma' Real Madrid? Ma' Real Madrid domt nilgħab tliet snin u nofs, fejn hawnhekk kelli esperjenza oħra mill-aqwa u għamilt diversi ħbieb li għadni nikkomunika magħhom sal-lum il-ġurnata. Ma' dan it-tim tgħallimt ferm minn persuni li għamlu l-istorja ta' Real Madrid fosthom il-kowċ Taljan Fabio Capello u l-plejers tal-ogħla livell Predrag Mijatovic, Raul, Clarence Seedorf, Roberto Carlos u l-goalkeeper Ġermaniż, Bodo Illgner. L-1998 tibqa' sena speċjali għalija għax f 'dik is-sena bħala Real Madrid, konna rbaħna l-UEFA Champions League għas-seba' darba fl-istorja ta' Real Madrid f 'dik li hi magħrufa bħala 'La Septima'. Barra minn hekk dan it-trijonf kien wieħed speċjali għax wasal wara nuqqas ta' xejn inqas minn 32 sena. Ukoll, f 'dik is-sena kont irbaħt il- Golden Boot (Żarbun tad-Deheb), fit-Tazza tad-Dinja ta' Franza li kienet intrebħet minn Franza stess. Dan hekk kif kont skorjajt sitt gowls f 'seba' logħbiet. Dik is-sena tibqa' l-aqwa sena fil-karriera tiegħi. Hija ferm diffiċli għal kull plejer ieħor biex jerġa' jirrepeti dan is-suċċess tiegħi. Dik bla dubju kienet l-aqwa sena fil-karriera tiegħi. Qatt kont toħlom li tilgħab u tikseb daqstant suċċess ma' tim bi storja glorjuża bħal mhuwa Real Madrid? Minn dejjem kont noħlom li nilgħab ma' tim bi storja glorjuża bħal Real Madrid, kif minn dejjem kont noħlom li nilgħab fit-Tazza tad-Dinja u nirbaħ il-Golden Boot (Żarbun tad-Deheb), bħala l-aqwa skorer. Ninsab ferm kuntent li rnexxieli nagħmel dan. Nixitieq ngħaddi messaġġ lit-tfal u żgħażagħ kollha biex dejjem joħolmu kbir u qatt ma jaqtgħu qalbhom li x-xewqat u l-ħolm tagħhom għad xi darba jsiru realtà. Ngħidilhom biex jittrenjaw b'saħħithom kollha, imorru l-iskola u jistudjaw, jieklu tajjeb u jgawdu l-ħajja. Il-futbol huwa l-isbaħ xogħol fil-ħajja. Huwa l-isbaħ sport fid-dinja. Meta temmejt il-karriera tiegħi fil-futbol mort lura pajjiżi l-Kroazja fejn għadni sal-lum il-ġurnata ngħin lil tfal fuq il-piċċ, speċjalment biex ma jkunux barra fit-toroq fejn ikun hemm ċans kbir li jaqgħu f 'xi vizzju. Wara dan, il-ħolma tiegħi mhix dik li nkun kowċ jew li nkun attiv fit-tim nazzjonali Kroat, iżda nħoss li bħala President tal-assoċjazzjoni tal-futbol Kroata, nista' ngħin bl- aħjar mod possibli għall-iżvilupp tal-futbol fil-Kroazja. Nixtieq ngħin lin-nazzjon tal-Kroazja, lill-UEFA u anki lill-FIFA, f 'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-futbol għax jien inħobb il-futbol u ngħix il-futbol 24 siegħa fil-ġurnata. SportSillum Davor Suker: Il-Leġġenda Cristian Antony Muscat Davor Suker - wieħed mill-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-futbol mondjali. Preżentament huwa l-President tal-Federazzjoni tal-Futbol Kroata, fejn ilu jokkupa din il-kariga sa minn Lulju tal-2012. "Nixtieq ngħin lill-Kroazja, lill-UEFA u anki lill- FIFA, f 'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-futbol għax inħobb il-futbol - jien ngħix il-futbol 24 siegħa fil-ġurnata" "Aħna pajjiż relattivament żgħir ta' 4.5 miljun ruħ u mhux ta' 100 miljun ruħ. B'hekk nistgħu nifhmu aħjar il-ħtiġijiet ta' pajjiżi żgħar bħal Malta"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_18 ta' Ottubru 2015