Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658
Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 | illum 25 Il-POODLE jinsab f 'kwarantina wara ġimgħa l-Kuba Jerġa' jirritorna l-ġimgħa d-dieħla Reġa' wasal il-festival tal-arti ŻiguŻajg! Minn spettaklu ta' ċirku, għal dramm fuq l-anoressja, minn ċelebrazzjonijiet mużikali għal xogħlijiet aktar intimi u minn temi serji dwar l-immigrazzjoni u l-effetti tat-teknoloġija moderna għal spettakli ħelwin għal tfal żgħar ħafna, il-ħames edizzjoni ta' ŻiguŻajg, il-Festival internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ, tidher li se tkun aktar immaġinattiva, provokanti u divertenti minn qatt qabel. "Bħala omm, inħoss li ŻiguŻajg mela vojt fis- settur kulturali bl-enfażi tiegħu esklussivament fuq it-tfal. Nappella lill-iskejjel u l-ġenituri biex jattendu dan il-festival ħalli flimkien ninkoraġġixxu l-ġenerazzjoni li jmiss biex jinteraġixxu mal- kreattività u l-kultura minn età żgħira," qalet is-Sinjura Michelle Muscat fit-tnedija tal-programm tal-festiva ġewwa l-Kavallier ta' San Ġakbu. Preżenti wkoll kienu l-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici u l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo. ŻiguŻajg isir taħt il- patroċinju tal-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Sinjura Muscat. "Madwar 16,000 tifel u tifla flimkien mal-ġenituri tagħhom huma mistennija li jaraw id-29 produzzjoni minn 12-il pajjiż differenti li se jittellgħu għall-festival ta' din is-sena. Dan il-festival, li dis-sena se jsir bejn is-16 u t-22 ta' Novembru, jiċċelebra d-diversità u huwa l-uniku wieħed f 'Malta li jpoġġi t-tfal u ż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal- attenzjoni," qal il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici. Il-Ministru għall- Edukazzjoni Evarist Bartolo żied jgħid li, "L-arti tiftaħ spazju aktar liberu fejn it-tfal u ż-żgħażagħ jistgħu jaħsbu, jimmaġinaw u jistaqsu l-mistoqsijiet, barra mill- istruttura formali tas-sistema edukattiva." Artisti mill-pajjiżi tal- Commonwealth bħar-Renju Unit, il-Kanada u l-Awstralja se jingħaqdu ma' wħud mill-aqwa artisti Maltin biex joħolqu programm li fih jinkludi teatru, pupazzi, mużika, ċirku, parati u żfin. Għal sebat ijiem sħaħ, 150 kreattiv se joħolqu dinja tal- ħolm fejn karattri ġganteski jtiru minn fuq il-folol, il- ħsejjes joħolqu l-kuluri u anke biċċa tafal tingħata l-ħajja. B'suġġetti li jinkludu diżabilità, diversità, immigrazzjoni, social media u s-solitudni, dan il-festival jinkoraġġixxi t-tfal biex jaħsbu dwar temi serji u mhux jaħarbuhom. Dawn it-temi huma trattati b'intelliġenza u sensittività kbira mill- aqwa artisti, li sikwit jaħdmu ma' professjonisti mill- oqsma soċjali biex itellgħu produzzjonijiet li jirriflettu l-komplessitajiet tad-dinja tat-tfal. Lokalment, f 'dawn l-aħħar snin, ŻiguŻajg sar magħruf għax-xogħlijiet li ġew ikkummissjonati minnu b'mod proattiv, u li għenu biex jinħoloq repertorju għat-tfal li jibqa' anke wara li jgħaddu s-sebat ijiem tal-festival. Din is-sena, fil-fatt, parti minn dan ir- repertorju se jkun qiegħed jintwera matul l-ewwel edizzjoni tal-Malta Showcase, ġabra ta' produzzjonijiet li ntgħażlu minħabba l-kwalità għolja tagħhom u li huma disponibbli biex jivjaġġjaw internazzjonalment. Id-direttur ta' ŻiguŻajg, Toni Attard, sostna kif, "Li npoġġu l-arti fiċ-ċentru ta' età żgħira, jgħin lit-tfal biex jaċċessaw din il-libertà tal-kreattività minn kmieni, biex jaħsbu dwar id-dinja u jagħmlu sens mill-esperjenzi tagħhom u ta' dawk ta' madwarhom. Aħna konxji ħafna tar- responsabbiltà tagħna li nassiguraw l-eċċellenza f 'dawn l-esperjenzi - l-udjenzi żgħażagħ tagħna jixraqilhom biss l-aħjar." Il-vjaġġ maġiku mużikali mill-Malta Youth Orchestra Ritratt: Christine Toledo The Drooming mill-Aleateia Theatre Ritratt: Elisa von Brockdorff