Illum previous editions

ILLUM_18 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 39

6 illum | Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 Kostumi, moda u films...meta jaslu €5 miljuni mill-UE ALBERT GAUCI CUNNINGHAM STRADA Stretta hija ppjanata li tkun it-triq li fiha jsir il-'Grand Salon of Costume, Fashion and Film', imsemmi fil- baġit imħabbar din il- ġimgħa, hekk kif il-Gvern alloka €200,000 għal dan il-mużew. Iżda, meta kkuntatjata minn dan il-ġurnal id-Direttriċi tal-Kultura fi ħdan il- Ministeru tal-Ġustizzja Catherine Tabone saħqet li l-proġett huwa biss idea għalissa u li l-fondi Ewropej biex ikun jista' jibda, għad iridu jgħaddu mill-għarbiel, bil-proġett jinstenna l-approvazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Għalkemm ma kkonfermatx kemm qed ikun ippjanat li jiswa l-proġett, mal-ILLUM Tabone qalet li l-ispiża se tkun "ċifra qrib il-€5 miljuni". Intant dan il-Mużew huwa ppjanat li jkollu żewġ spazji li se jkunu qed jiffukaw fuq kostumi storiċi lokali u moda kontemporanja kif ukoll l-iżvilupp tal-industrija tal-films f 'Malta. Il-mużew mistenni jkun id-dar tal- kollezzjoni nazzjonali ta' kostumi perjodiċi u se jkun qiegħed itella' programm ta' esebizzjonijiet li jinbidlu kull tant żmien u li jesplora elementi tal-moda, tessuti u aċċessorji. Apparti minn dan, il- proġett mistenni jinkludi wkoll kollezzjoni ta' disinjaturi Maltin, librerija u arkivji relatati ma' publikazzjonijiet u dokumenti. Fil-fatt, il- mużew m'għandux l-għan li jservi biss ta' post fejn issir esebizzjoni imma wkoll bħala ċentru ta' riċerka u referenza fl-istudji storiċi u moderni tal-kostumi f 'Malta. Fil-parti tal-mużew propost, li se jkun dedikat għall-films, huwa pjanat li jkun hemm kostumi, sets u oġġetti oriġinali wżati f 'films li saru f 'Malta u se jinkludi l-iżvilupp ta' din l-industrija f 'Malta fl-aħħar 100 sena. Mużewijiet simili madwar id-dinja Intant mal-ILLUM Tabone spjegat kif l-idea tal-Grand Salon of Costume, Fashion and Film hija simili ħafna għal mużewijiet li jeżistu barra minn pajjiżna. Fost dawn, wieħed mill-aktar ċelebri u magħruf fl-Ewropa, hemm il-'Victoria and Albert Museum' f 'Londra fejn wieħed isib kollezzjoni komprensiva li ttul għal madwar erba' sekli u li jinkludu ilbies tan-nisa tas- 17 u 18-il seklu, kif ukoll numru ta' xogħolijiet minn disinjaturi tas-seklu 21. Imma mhux dan biss, hemm mużewijiet simili madwar id-dinja kollha, fosthom il-mużew tal- films ta' Shanghai, li jonora u jfakkar l-istorja twila ċinematoigrafika Ċiniża. B'kollox huwa kbir 15,000 metru kwadru u jikkombina bosta attivitajiet, oġġetti u anke kollezzjoni sħiħa relatata mal-films. Dan il-mużew f 'Shanghai huwa maqsum f 'erba' sulari, bl-ewwel ikun iddedikat lis-Sala tal-Unur, it-tieni sular iffukat fuq id-dawl u d-dell, it-tielet dwar l-istorja twila taċ-ċinema, u r-raba' jkopri żona fejn persuni jkunu jistgħu jaraw il-films u produzzjonijiet waqt li jkunu qed jinħadmu. L-esperjenza li jien, Carmen Sammut, kelli waqt l-apprentistat tiegħi mal-LEAP kienet waħda vera sabiħa u formattiva għax kelli l-opportunità li nakkwista ħiliet differenti. Id-dmirijiet ewlenin tiegħi kienu jikkonsistu fl-għajnuna u fl-ippjanar tal- attivitajiet billi nibgħat l-istedin u nagħmel it-telefonati. L-iktar attivitajiet li għoġbuni kienu dawk l-aktar relatati ma' tisjir, krafts u xogħol ta' arti għaliex naħseb li nista' nkun vera kreattiva. Fil-fatt din l-esperjenza għenitni biex nakkwista u ntejjeb l-ħiliet tiegħi. Din l-esperjenza għenitni biex insib xogħol u għenitni nifhem kif nadatta għal fuq il-post tax-xogħol u nassumi responsabilità. FSE 3.234 PROĠETT LEAP Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Proġett parzjalment kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rata ta' Kofinanzjament: 85% Fondi mill-UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek mfss.gov.mt/leap Jiena, Joseph Brincat, ġuvni ta' 28 sena u għadni kif temmejt il-parteċipazzjoni tiegħi fil-proġett LEAP. Matul dan iż-żmien kont qed niskonta sentenza ta' priġunerija fil- faċilità korrettiva ta' Kordin. Il-proġett LEAP kien importanti ħafna għalija għax wittieli t- triq għal possibilità ta' mpjieg. Għalhekk il- proġett LEAP kien għalija mezz kif noħroġ aħjar milli dħalt. Opportunitajiet bħal dawn jgħinu biex ikun hemm riforma ta' vera fil-persuna. Għalhekk, nappella biex jinħolqu aktar opportunitajiet simili bħalma kelli jien. Ta' dan, jien grat ħafna! Jien Antoine Spiteri. Dawn it-tmien xhur kienu għalija żmien li matulu stajt napprezza l-ħajja u anke x-xogħol. Illum nista' ngħid li x-xogħol jagħtini s-saħħa u jġiegħlni nħossni aħjar. Grazzi. ĸJFEB GJMQFOTKPOJKJFU #Budget2016 +8.92 Kostumi f 'esebizzjoni fil-Victoria and Albert Museum f 'Londra Il-Mużew tal-Films f 'Shanghai, iċ-Ċina Dan huwa avviż bi ħlas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_18 ta' Ottubru 2015