Illum previous editions

ILLUM_18 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658

Contents of this Issue

Navigation

Page 36 of 39

Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 | illum 37 SportSillum It-13-il darba għal Danica Bonello Spiteri u l-5 għal Keith Galea Nhar il-Ħadd li għadda saru l-Kampjonati Nazzjonali tat-triathlon organizzati mill- Federazzjoni Maltija tat-Triathlon fil-korsa tal- Marfa, fejn Danica Bonello Spiteri rebħet il-Kategorija tan-Nisa, waqt li Keith Galea rebaħ dik tal-Irġiel. It-tellieqa kienet tikkonsisti f 'għawma ta' 1.5km fil-bajja tal-Marfa, rota ta' 40km fuq il-korsa tal-aħrax tal- Mellieħa u ġirja ta' 10km. Il-kundizzjonijiet kienu vera diffiċli għall-atleti minħabba r-riħ qawwi ta' Forza 6 li ħakem lill- gżejjer Maltin. Minħabba f 'hekk, il-Federazzjoni kellha tirranġa l-korsa tal-għawma għax il-baħar kien imqalleb wisq, biex ma tkunx perikoluża għall- atleti. It-triatleta Danica Bonello Spiteri spiċċat l-istaġun 2015 tat-triathlon b'żewġ suċċessi oħra, fosthom fejn rebħet il-Kampjonat Nazzjonali tat-Triathlon fuq distanza Olimpika għat 13-il darba. Dawn il-kampjonati ġew organizzati ġewwa l-Marfa, fejn l-għawma kellha tinbidel fl-aħħar mument minħabba r-riħ qawwi forza 6 li ħakem il-gżejjer tagħna. Il-1.5km għawma kienet fuq 5 dawriet fil-bajja għal raġuni ta' sigurtà. Bonello Spiteri ħarġet mill-għawma fit-tieni post iżda kif telgħet fuq ir-rota, ħadmet sew biex turi l-kapaċità tagħha biex titla' fl-ewwel post. Iċ-ċikliżmu kien fuq distanza ta' 40km, fit-triq tal-aħrax tal-Mellieha fejn ir-riħ kien għaddej bil-qawwa kollha tiegħu. Bonello Spiteri irnexxielha tiftaħ distakk ta' iktar minn minuta fuq ir-rivali tagħha fuq ir-rota. Il-ġirja ta' 10km li kienet erba' dawriet bejn il-Marfa u ċ-Ċirkewwa kienet l-aktar parti diffiċli għaliha peress li sabet id- diffikultajiet. Danica Bonello Spiteri tkellmet mal-ILLUM u qalet li, "Kif inżilt minn fuq ir- rota, kont naf li bażikament kelli l-kampjonat f 'idejja għax naf li qed niġri tajjeb ħafna dan l-aħħar. Iżda kif tlaqt, mal-ewwel passi qabduni bugħawwiġijiet f 'kuxtejja, li ma kinux normali għalija. Għall-bidu ġrejt ftit bil-mod, biex forsi saqajja jerħu, imma dan kien kollu għal xejn. Komplejt niġri kif stajt, imma mat- tielet dawra, ħin minnhom kelli nieqaf b'bugħawwieġ qawwi fil-'hamstring' li lanqas ħallieni nimxi. Iżda wara ftit komplejt niġri għax xorta kont għadni fl-ewwel post u ma kontx se nċedih fl-aħħar kilometri tat-tellieqa. Kont kuntenta ħafna kif għaddejt minn taħt il-'finish gantry' għax irnexxieli nżomm it-titlu tal- Kampjonat għat-13-il darba." Ġimagħtejn qabel rebħet dan il-kampjonat, Bonello Spiteri kienet ukoll marret Sardenja fl-Italja, biex tikkompeti fil-Kampjonat Mondjali tal-cross triathlon. Is-sena li għaddiet Bonello Spiteri kienet ħadet sehem f 'din it-tip ta' tellieqa għall- ewwel darba li tikkonsisti f '1.5km għawm, 30km mountain bike offroad u 10km trail run (offroad). Kienet rebħet il-kategorija tagħha f 'dan il-kampjonat fl-2014, allura din is-sena Bonello Spiteri ddeċidiet li tikkompeti mal-aqwa atleti tad-dinja, fil-kategorija tal- Elite. Bonello Spiteri stqarret li, "Kelli l-unuri li nibda t-tellieqa spalla ma' spalla ma' Flora Duffy, li hija l-aqwa atleta fid-dinja fil- 'cross triathlon' bħalissa. Bdejt ngħum ħdejha u ħriġt mill-għawma fl-10 post. Is-sezzjoni tar-rota sibtha ftit diffiċli għall-kapaċitajiet tiegħi peress li kien hemm sezzjonijiet ta' tlajja' u nżul tekniċi ħafna u spiċċajt tlift il-ħin. Kif bdejt il-ġirja, saqajja kienu ftit għajjenin, u l-fatt li 7 minn 10 kilometri tal-ġirja kienu fuq ir-ramel ma kinitx faċli. Ma kinitx l-aħjar tellieqa tiegħi, iżda l-fatt li lestejtha u spiċċajt fil- 21 post, jagħmilni kuntenta. Dan ukoll meta naf li bejn 24 u 48 siegħa qabel it-tellieqa kont fis-sodda fejn ma tantx stajt niċċaqlaq bl-uġigħ, għax kont ma niflaħx. Tgħallimt ħafna f 'din it-tellieqa u s-sena d-dieħla nixtieq nipprepara aħjar għal dawn it-tip ta' tlielaq." Dawn it-tlielaq jikkonkludu l-istaġun tat-triathlon għal din is-sena għat-triatleta Bonello Spiteri, fejn kellha staġun mill-aqwa. Dan mhux biss għax rebħet ħafna unuri, iżda wkoll għax irnexxielha titla' livell ieħor din is-sena billi kkompetiet fil-Kategorija Elite, minflok fl-age groups rispettivi, fejn kienet qed tirbaħ it-tlielaq b'mod regolari. Intant, Keith Galea reġa' kkonferma li huwa l-aqwa triatleta Malti tal-mument hekk kif rebaħ il-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon għall-ħames darba fil- karriera tiegħu. Keith Galea wera l-intenzjonijiet tiegħu ċari mill-ewwel hekk kif mar fuq quddiem u ddomina s-sessjoni tal-għawm, hekk kif ħareġ l-ewwel mill-baħar b'distakk tajjeb fuq Graham Borg. Fuq ir-rota, iċ-champion Malti beda b'pass tajjeb biex ikompli jkabbar il- vantaġġ. Minħabba r-riħ qawwi u l-korsa diffiċli, kif ukoll minħabba t-tlajja' huwa ddeċieda li jnaqqas il-pass lejn l-aħħar tar-rota biex jirriserva l-enerġija għall-girja. Graham Borg approfitta minn dan biex inaqqas xi ftit id-distakk minn ma' Keith Galea. Imma wara s-solitu transizzjoni mgħaġġla u l-ġirja formidabbli tiegħu, Keith Galea rnexxielu jkabbar sew il-vantaġġ tiegħu avolja kien riħ qawwi ħafna. Huwa rebaħ it-tellieqa u l-ħames titlu tiegħu f 'ħin ta 2.08. Graham Borg spiċċa fit-tieni post f 'ħin ta' 2.11 u Fabio Spiteri spiċċa t-tielet f 'ħin ta' 2.12. Grazzi għal din ir-rebħa, Keith Galea rebaħ l-unur tat-Triatleta tas-Sena għat-tmien darba fil-karriera tiegħu biex kiser ir-rekord ta' ħuh stess, Dermot Galea, li rebaħ dan l-unur seba' darbiet. Ikkuntattjat mill-gazzetta ILLUM, Keith Galea qal li jinsab ferm sodisfatt u kuntent ħafna b'dan it-titlu. Din it-tellieqa partikolari kienet ir-raġuni għaliex Keith Galea beda t-triathlon, u li l-fatt li rebaħha għall- ħames darba tfisser ħafna għalih. Huwa qal li kienet tellieqa diffiċli minħabba r-riħ, speċjalment fil-baħar u fir-rota, imma qassam sew l-enerġija tiegħu biex jirbaħ din it-tellieqa li hi tant għal qalbu. Keith Galea li qiegħed fl-iskema tal-Flexi Training scheme xtaq jirringrazzja lill- kowċ tiegħu Dermot Galea, lill-kowċ tal-għawm tiegħu Catalin Stan, lill-ġenturi tiegħu u lill-famija kollha tal-mara tiegħu. Barra minn hekk huwa xtaq jirringrazzja wkoll lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Cycling Malta, Challenge Malta Marathon, Jaycee Malta, Mochika Outdoor life, Lucida Laundry, DGtri.com, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation, lil SportMalta u lill-Kumitat Olimpiku Malti tas-sapport kontinwu li jtuh. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa xtaq jirringrazzja lill- mara tiegħu Elizabeth, għax fi kliemu stess, mingħajr is- sapport u l-imħabba tagħha lejh, żgur li huwa ma kienx jirnexxielu jasal fejn wasal illum il-ġurnata. Keith Galea jgħollli t-trofew, bi Graham Borg u Fabio Spiteri isegwu fit-tieni u fit-tielet post Danica Bonello Spiteri tgħollli t-trofew, b'Hannah Pace u Michelle Vella Wood isegwu fit-tieni u fit-tielet post Ritratt : Chris Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_18 ta' Ottubru 2015