Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658
12 illum | Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 L-aktar swieq popolari madwar ALBERT GAUCI CUNNINGHAM MIN ma jħobbx jiffranka dak l-ewro l'hawn u l'hemm? Anke min għandu ħafna xi jroxx ġeneralment iħobb jixtri dak il-prodott li minkejja l-kwalità tajba tiegħu xorta jkun ħafna irħas milli meta tixtri ieħor bħalu minn xi ħanut kollu dekorazzjonijiet u b'servizz mill-aqwa. Is-suq, jew il-monti, huwa parti mill-ħajja urbana ta' popli madwar id-dinja kollha. Ftit hemm pajjiżi li m'għandhomx suq, għalkemm hemm ftit bliet li jistgħu jiftaħru bi swieq li huma kbar u awtentiċi iktar minn bliet oħrajn. Jekk tmur f 'belt Ażjatika, is-suq huwa kważi parti mir-ruħ tal-belt minn fejn eluf kbar ta' persuni mill- pajjiż u eluf oħrajn li jkunu qed iżuru l-pajjiż jgħaddu. F'Kuala Lumpur, f 'China Town, is-suq mhux biss esperjenza ta' xiri, imma esperjenza ta' xamm, ta' togħma, ta' ħsejjes, ta' kuluri u ta' ikel u xorb. F'Bangkok is-suq huwa fuq ix-xmara, ġo dgħajsa li tieħdok minn bejjiegħ għall-ieħor. Imma liema huma dawk is-swieq l-aktar popolari madwar id-dinja? Liema huma dawk is-swieq li fihom issib, mhux biss nies jixtru u jbigħu, imma l-kultura u l-istil ta' ħajja qed isseħħ quddiem għajnejk. Skont diversi siti dawn huma, fost l-aktar swieq li jissemmew madwar id-dinja. Jemaa El Fnaa, Marrakech Magħruf għal ħafna affarijiet, l-aktar il-fatt li dan is-suq jinsab proprju fin-nofs tal-belt tal-Medina f 'Marrakech, il-Marokk. Kull min imur f 'dan il-pajjiż ma jistax ma jżurx dan is-suq, mimli irġiel bix- xadini li jagħmlu manuvri, oħrajn bis-sriep li jiċċaqilqu mal-mużika u mal-lejl jiżdiedu s-sħaħar, dawk li jaqraw ix-xorti u dawk li jbiegħu mediċini antiki u tradizzjonali. Grand Bazaar, Istanbul Il-belt kożmopolitana Torka magħrufa għal bosta affarijiet, fosthom u mhux bl-inqas is-suq. Magħruf bħala l-Grand Bazar din il-ħabla ta' toroq tieħdok fi vjaġġ eżotiku ta' dak kollu li ġej mil-Lvant. Apparti l-metri u metri twal ta' ħwejjeġ ta' kull tip, dan il-bazaar huwa popolari wkoll għall-kafejiet tiegħu fejn bosta jpejpu x-shisha, u l-parti fejn tista' tixtri kull tip ta' ħwawar li tista' timmaġina. Naturalment, issib ukoll il-ħelu Tork, kollu għasel u pistaċċi. Camden Market, Londra Camden Town huwa kif jgħidu bl-Ingliż, 'very up and coming'. Din iż-żona, mwarrba sa ftit żmien ilu, illum hija waħda mimlija bi ħwienet diversi, partikolari għal dak li jbigħu u għall- faċċati tagħhom mżejnin bi draguni, żraben u ħafna iktar. F'dan is-suq, tista' ssib ħwejjeġ użati, ħwejjeġ tal-moda, oġġetti mill-Indja, mill- Messiku u varjetà ma tispiċċa qatt ta' ikel ta' kull tip, minn kull rokna tad-dinja. Kull min imur Londra ma jistax ma jmurx Camden.