Illum previous editions

ILLUM_18 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658

Contents of this Issue

Navigation

Page 39 of 39

Daniel Mizzi dmizzi@mediatoday.com.mt "Min kien imexxi, sa ftit żmien ilu kien jaf b'dak kollu li kien għaddej. L-affarijiet li kienu qed iseħħu kienu ovvji għal kulħadd, kien hemm xibka ta' abbuż sfaċċat fejn kulħadd ibill subgħajh u jdawwar wiċċu." Hekk sostniet ix-shadow minister għas-saħħa Claudette Buttigieg, li f 'kummenti mal-iLLUM esprimiet ix- xokk tagħha għall-abbuż sħiħ li għaddej a skapitu tal-mejtin u qrabathom. Minkejja li sorsi qrib l-investigazzjoni qalu mal- ILLUM li dan l-abbuż ilu jseħħ għal bosta snin u taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti wkoll, Buttigieg – li tul l-aħħar leġiżlatura kienet il-kelliema ewlenija tal-eks ministru tas-saħħa Nazzjonalista Joe Cassar – sostniet li "żgur mhux forsi, ma kinux jafu bih." "Dan l-abbuż ma bediex mill-bieraħ, imma issa sirt naf bih, u għaldaqstant mhux aċċettabbli li ndawwar wiċċi. Kieku dan il-każ sema' bih [l-eks ministru tas-saħħa] Joe Cassar kont niġi infurmata. Tul l-aħħar leġiżlatura rċevejna bosta lmenti oħrajn, imma qatt ma kienu daqshekk makabri," Buttigieg qalet. Ma' din il-gazzetta, il-kelliema tal- Oppożizzjoni sostniet li l-amministrazzjoni preċedenti kienet irċeviet ilmenti dwar deffiena li ma kinux libsin addadatt u każijiet oħra fejn it-tebut ġie mwaqqa', iżda madankollu, "mhux affarijiet makabri daqshekk." Xibka ta' abbuż sħiħ fl- Addolarata Ftit jiem wara li x-shadow minister tas-saħħa ddeskriviet l-andament fiċ-ċimiterju tal-Addolorata bħala "stat ta' anarkija," Buttigieg qalet li minkejja li kien żvelat li kienu qed jiġu mibnija u mibjugħa oqbra b'mod illegali minn uffiċjal tas-sanità fiċ- ċimiterju, ma ttieħdux passi kontrih u li għaldaqstant, dan kien qed iseħħ bil-barka tad- direttur taċ–ċimiterju. Aktar minn hekk, ma' din il-gazzetta, il-kelliema tal-Oppożizzjoni qalet li l-irregolaritajiet xehdu stampa ċara tax-xibka ta' abbuż sħiħ li kien għaddej fiċ-ċimiterju tal-Addolarata, fil-Marsa. "Min kien imexxi, kien jaf b'dak kollu li kien għaddej. Biex persuna tisraq qabar ta' xi ħadd, tkissru, taqsmu fi tnejn u imbagħad tbigħhu, żgur li dan l-abbuż ma kienx qed iseħħ minn persuna waħdu. Dawn l-affarijiet kienu ovvji, u r-realtà hi li kulħadd kien qed ibill subgħajh u jdawwar wiċċu," qalet Buttigieg. Fil-fatt hija spjegat kif fl- isfond tal-kummenti tagħha, il-ministru tas-saħħa Konrad Mizzi ħabbar inkjesta u li sussegwentament ġew issospenduti żewġ ħaddiema ftaċ-ċimiterju. Fost il-każijiet li semmiet, Buttigieg spjegat kif ċertu mejtin indifnu fuq l-għadam li kien hemm għax il-qabar ma kienx tnaddaf, u li kien hemm każijiet fejn ħaddiema fl-Addolorata bnew u biegħu oqbra b'mod illegali. Irriżulta wkoll li ġew misruqa xi oqbra u li saħansitra nħolqot sistema illegali ta' tindif ta' oqbra għall-prezz eżorbitanti ta' €185. Sostniet ukoll li każijiet minnhom ħallewha "b'għajnejha wara widnejha," u li ċ-ċimiterju tal-Addolorata jinsab f 'telqa enormi. "Mhux faċli li n-nies jitkellmu fuq dan l-abbuż għax hija xi ħaga emozzjonanti u aktar minn hekk jibżgħu li jekk jikxfu l-irregolaritajiet, l-oqbra tagħhom jispiċċaw jiġu ivvandalizzati," Buttigieg qalet. Intant mal-ILLUM kelliema għas-Segretarjat Parlemantari tas-Saħħa qalet li qegħdin isiru preparamenti biex fil- futur qrib, bil-parteċipazzjoni tal-privat u wara li toħroġ sejħa għall-interess, isir programm ta' tisbieħ estensiv fl-Addolorata kif ukoll żvilupp ta' estensjoni taċ-ċimiterju u l-bini ta' krematorum. Ma' dan Buttigieg taqbel "sakemm ikun hemm sistema ta' awditjar mill-awtoritajiet pubbliċi kontra l-abbuż" Ara wkoll paġna 22 illum | Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 'Kulħadd ibill subgħajh u jdawwar wiċċu' "Saħansitra nħolqot sistema illegali ta' tindif ta' oqbra għall-prezz eżorbitanti ta' €185"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_18 ta' Ottubru 2015