Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

t-taħriġ li kellu l-kelb sa minn età żgħira. Pace saħaq li mġiba agressiva min-naħa ta' kelb, tiġi minn nuqqas ta' soċjalizazzjoni u abitwazzjoni jew xi tip ta' trawma u vjolenza mġarrba fi ċkunitu. "Jekk bħala ġeru, kelb jiġi mħarreġ b'mod negattiv, ibbażat fuq biża' u swat, dan jibda jassoċja l-bniedem ma' fonti ta' biża u periklu, u għaldaqstant isir vjolenti lejh," qal Pace, li bħala trainer tal-klieb, huwa favur il-metodi ta' taħriġ u infurzar pożittiv. "Il-klieb kollha jeħtieġu taħriġ ta' soċjalizzazzjoni u abitwazzjoni fl-ewwel tmien ġimgħat ta' ħajjithom. Dan ifisser li l-ewwel taħriġ għandu jsir mill-'breeder' qabel il-kelb ikun kbir biżżejjed biex jitlaq minn m'ommu u ħutu," spjega Pace li kompla jgħid li din tkun l-ewwel problema, fejn ġriewi jibdew ħajja ma' sidien ġodda diġà effetwati minn biżgħat u nuqqas ta' soċjalizzazzjoni. Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 | illum DWARNA ma' Mariella Dimech kull nhar ta' Tlieta fi d-21:00 fuq TVM2 'kattiva' ma teżistix… Multi dwar l-imġiba tal-klieb Liġijiet ta' Malta dwar razez partikolari • Il-liġi ta' Malta tgħid li sid ta' kelb li wera vjolenza kontra bniedem, jitteħidlu l-kelb sabiex dan jitraqqad u jeħel biss multa ta' € 11.65 u l-ispejjez għall-qtil tal-kelb • Multi oħra skont ir-regolamenti taċ-ċippa (electronic identification of dogs) jistgħu jiġu mogħtija lil sidien ta' klieb minħabba nuqqas ta' ċippa, jekk il-kelb jinħareġ mingħajr ċinga, u f 'każ ta' razez partiko- lari, jekk ikunu fil-pubbliku mingħajr sarima • F'Malta, huwa illegali li timporta Mastiff Arġentin, Mastiff Brażiljan, Pitbull u Tosa Ġappuniż • Din il-liġi taf tagħmel is-sitwazzjoni agħar minħabba "in-breeding" bejn dawk li diġà hawn fil-pajjiż • Idealment, kull min għandu minn dawn ir razez irid jiġi monitorat dwar it-taħriġ u l-imġiba tagħhom u jgħammarhom biss b'liċenzja u kontroll speċjali Chris Pace – Behaviour Advisor u Dog Trainer – MSPCA Il-klieb kbar iħobbu jieħdu ħsieb u jipproteġu t-tfal Lily, Mastiff mansa li tinsab l-MSPCA ta' karozzi u servizzi il-Prof. John Mamo, Chairman ta' Pater Holding. "Dan is- servizz personalizzat żgur se jġiegħel lill-klijent iħossu parti mill-familja estiża ta' Motors Inc., fejn is-servizz huwa personalizzat u l-persuna fuq in-naħa l-oħra tal-linja hija familjari. Minħabba li t-tliet kumpaniji li jaqsmu l-ishma kollha kemm huma bnew fiduċja matul is-snin, kemm ma' klijenti eżistenti kif ukoll dawk potenzjali, ir-reputazzjoni hemm barra hija li wieħed jista' jafda fuq l-impriża konġunta tagħna u li aħna tassew nagħmlu minn kollox biex kull konsumatur iħossu importanti u li qed jingħata l-attenzjoni." Motors Inc. hija one-stop- shop fejn il-konsumaturi interessati jistgħu jixtru karozzi ġodda, kemm bi prezzijiet għall-but ta' kulħadd, kif ukoll ta' teknoloġija għolja, lussużi, second-hand approvati jew vetturi kummerċjali. Il- konsumaturi ta' Motors Inc. imbagħad jistgħu jistrieħu fuq servizz komplut ta' tiswija, manutenzjoni u ta' wara l-bejgħ. L-immaġni ta' Motors Inc. tgħaqqad dawn l-elementi kollha flimkien, dejjem bil-konsumatur fiċ-ċentru. Sempliċi u qawwija, l-immaġni ta' Motors Inc. tħeġġeġ lill-konsumaturi biex ikunu ħerqanin jaqbdu vjaġġ pjaċevoli ma' kumpanija li s-saħħa tagħha tinsab fil- pedament tagħha mibni fuq il-wirt, l-għarfien espert u l-valuri, u li tfittex l-eċċellenza awtomobilistika. Motors Inc. jinsabu fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016