Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

swing se jkun akkumpanjat minn kantanti stabbiliti Maltin bħal Ludwig Galea, Nadine Axisa, Fabian Galea u Joelene Samhan u l-kunċert se jkun taħt id- direzzjoni ta' George Apap. Is-siparju jinżel b'manifestazzjoni stupenda UMANI Il-Ġimgħa 16 ta' Settembru fid-9 p.m. Ma jistax jonqos li l-inawgurazzjoni taċ- Ċittadella ma tagħlaqx bil-kbir, bi spettaklu li fih nisġa ta' żfin kontemporanju mill-Body Art Dance Group, immexxi minn Angelo Bonello bil-mużika vibranti tat-Tribali. Spettaklu uniku li għandu jpaxxi lil kull min jattendi. Spettaklu li l-poplu Għawdxi u anke dak Malti jista' jgawdih mingħajr ma jħallas xejn għalih u waqt iż-żfin ikun hemm anke siġġijiet fejn wieħed jista' jgawdi ż-żfin tal-grupp ta' Angelo Bonello b'kumdità. Tkellimna mal-koreagrafu u d-direttur artistiku tal- grupp Body Art Dance Group li qalilna li ż-żfin se jsir minn grupp ta' tmien żeffiena li iżda jikber għal 20 żeffien/żeffiena waqt li jkunu qed idoqqu t-Tribali. Angelo qalilna li ilu jħejji għal din iż-żifna għal xahrejn u nofs, "fejn se jkun hemm backdrop mill-isbaħ ta' kanċell fil-foss taċ- Ċittadella. Se jkun hemm wirja ta' dwal u ħoss mill- aqwa u mhux ta' min jitlef dan l-ispettaklu mill-aqwa," qalilna Bonello. Staqsejnieh eżatt x'inhu s-suġġett ta' UMANI fejn qalilna li "Umani hi r-ritmu tal-ħajja, u kif aħna l-umani nimxu triqitna f 'din id-dinja. Il-ħajja ta' kuljum bl-inżul u t-tlajja' li niltaqgħu magħhom. Aħna l-umani ngħixu ħajja individwali iżda fl-istess waqt magħquda ma' xulxin. Il-ħajja tagħna fiha l-grazzja u l-ġmiel, iżda fl-istess waqt hemm in-negattiv ukoll, l-imperfezzjoni li tiddefinina aktar bħala UMANI." L-atmosfera u l-mużika ta' Tribali kienet faċli li tnissiġha mal-koreografija, "għax għandhom ħoss tan- natura u l-ħoss tat-tnabar jivvibra u jingħaqad mal- ħoss tan-natura nnifisha. Għalhekk il-ħoss ta' Tribali jikkrea ġibda li jġiegħlek tiżfen għalih. Peter Paul ġie wkoll b'viżjoni qawwija għal dak li qed jistenna għal koreografija ħolistika. Parti ferm diffiċli kienet diska partikolari li tħossha li ma tieqaf qatt, din id- diska tibqa' sejra u sejra u sejra....b'mumenti li juruk li se tispiċċa u terġa' taqbad ir- ritmu għal darba, darbtejn u aktar. Sadattant ironikament dan jikkonferma d-disinn tiegħi tal-produzzjoni innifisha ta' Umani, il- perċezzjoni tiegħi tal- umanità u l-ħajja nnifisha." Tlabnih jgħidilna lil min jaħseb li jogħġob dan l-ispettaklu u qalilna li onestament ma jafx, "Żgur li se jkun hemm min se togħġbu mmens, se jkun hemm dawk li jieħdu gost jarawha, dawk li forsi ma jifhmuhiex u dawk li forsi ddejjaqhom ukoll. Iżda preċiżament dan huwa dak li se jagħmel dan l-ispettaklu suċċess. Il-fatt li bħala umani aħna ma nistgħux nikategorizzaw lil bniedem jew nittimbrawh u npoġġuh f 'gaġeġ separati kif ikun jixtieqna ħaddieħor. Għalhekk jien miftuħ għal reazzjonijiet differenti. Ma nistenna xejn partikolari mingħand ħadd u fl- istess waqt nippretendi li l-udjenza m'għandhiex tistenna xejn partikolari... għax aħna dak li aħna... UMANI." Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 | illum Għawdex 15 GourmetToday kull nhar ta' Sibt -16:05 fuq TVM kemm jaqsmu l-fliegu fl-ajru u f 'fażi ta' studju). Għawdex għandu bżonn li l-ħaddiema żgħażagħ isibu xogħol adekwat u mhux biss ta' part time waitresses jew part time sales girls inkella fix-xogħol tal-komunità, anke jekk dan importanti wkoll. U dan jista' jsir biss jekk dan ix-xogħol adekwat jinħoloq b'investiment qawwi f 'oqsma fejn l-Għawdxin qed jistudjaw. L-iskola medika hu investiment tajjeb ħafna, iżda ma rridux nieqfu hawn. Il-gvern ċentrali jrid jaħseb biex lill-Ministru ta' Għawdex jagħtih l-għodda ta' vera biex jaħdem billi Għawdex ikun parti minn Malta anke f 'dawk li huma finanzi. Ma jistax ikun li l-Ministru għal Għawdex jibqa' jikkuntenta bil-ftit li jagħtuh minn Kastilja, jew li ma jkollux id fuq is-saħħa u l-edukazzjoni ta' Għawdex. Il-Ministeru għal Għawdex irid ikun Ministeru u mhux Kunsill lokali għal Għawdex kollu. Il-Gvern ċentrali jrid jiftakar f 'Għawdex f 'kull Novembru (żmien il-baġit) u mhux kull ħames snin. Għawdex hu parti minn Malta u mhux estensjoni ta' Malta. Għawdex u l-Għawdxin iridu jgħixu komdi u jgawdu mit-tkattir ekonomiku bħall-Maltin kollha u mhux għax it-temp ikun tajjeb u jżuruh il- Maltin biss. Infakkarkom li jekk iż-żgħażagħ Għawdxin jibqgħu Għawdex, ikollhom il-familji tagħhom f 'Għawdex, uliedhom f 'Għawdex u l-iskejjel jimtlew bi tfal Għawdxin bi bżonn aktar ta' għalliema Għawdxin li jkollhom xogħol f 'Għawdex u mhux ikollhom imorru Malta biex jgħallmu għax tfal f 'Għawdex ma baqax. Għax is-suċċess Għawdxi ma jistax jibqa jitkejjel skont kemm jaqsmu l-fliegu. Tribali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016