Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

N emmen li jekk hemm qasam fejn il-Gvern qed jiddeliverja fuq il-wegħdi tiegħu ġimgħa wara ġimgħa huwa s-settur tal-kultura. Fil-bidu tal-legilatura għamilna r-riformi li hemm bżonn fl-istrutturi tal-qasam tal-kultura sabiex inkunu preparati sa snienna għall- isifidi li għandna quddiemna u qed nirnexxu. Il-Kunsill għall-Arti, il-Fondazzjoni Valletta 2018, Heritage Malta, id- Direttorat tar-Restawr u l-organizzazzjonijiet kulturali l-oħra kollha qed jaħdmu flimkien, b'sinergija iktar minn qatt qabel, u b'passjoni li tmur lil hinn mill-parametri dojoq ta' x'jirrikjedi minnhom ix- xogħol. Il-proġett Valletta 2018 u l-kalendarju kulturali tal-Presidenza huma l-iktar proġetti ambizzjużi li għandna quddiemna, iżda f 'dan ix-xogħol kollu għandna missjoni kruċjali: dik li niftakru x'inhi l-missjoni primarja tagħna u ċoè li naraw li kemm jista' jkun, iktar u iktar nies jgħixu ħajja aħjar u iktar kuntenta bis-saħħa tal-kultura u l-kreattivita'. Allura jkun żball kbir jekk nitraskuraw l-irħula u l-komunitajiet tagħna. Din hi ħaġa li aħna lkoll nemmnu fiha. U hu għalhekk li, per eżempju Jason Micallef u n-nies tiegħu għamlu xogħol enormi biex jaraw kemm għandna teatri u faċilitajiet mifruxa mal-pajjiż tagħna. Kien għalhekk, per eżempju li l-Perit Norbert Gatt u n-nies tiegħu mbuttaw l-iskema tar-restawr f 'diversi postijiet fl-irħula tagħna. U kien għalhekk, per eżempju li Kenneth Gambin u n-nies tiegħu jaħdmu tant b'avvenimenti relatati mal- istorja fid-diversi rħula. U kien għalhekk ukoll li Bertu Marshall ma qagħadx kwiet sakemm welled il- proġett Teatru Malta. Teatru Malta għandu l-għan li jġib it-teatru bil-Malti jew prodott f 'Malta fil- komunitajiet u l-irħula tagħna billi nużaw l-għexieren ta' teatri li għandna f 'Malta u Għawdex. Se nagħmlu sejħa miftuħa għal direttur artistiku sabiex dan il-bniedem jew bniedma, ladarba jingħażel, ikun jista' jinseġ flimkien it-talent artistiku li għandna u għall-ewwel darba f 'ħafna snin, jimla' vojt kbir. Teatru Malta se jkun l-inkubatur, il-Labour Ward tal-produzzjonijiet teatrali bil-Malti. S'intendi Bertu Marshall litteralment għex it-teatru u trabba fit-teatru u jien lanqas għandi dritt norbotlu l-qorq f 'dan il-qasam. Iżda daqsu nemmen f 'dan il-proġett u fil-ġid kbir li se joħloq. Festi Kif forsi jafu ħafna nies, apparti milli se nikkontesta fuq it-Tielet Distrett (magħmul mill-Fgura, Marsaskala u ż-Żejtun) li minnu ġejt elett fl-aħħar elezzjoni, se nikkontesta wkoll fuq il-Ħames Distrett (Safi, Kirkop, Qrendi, Mqabba, Żurrieq, Birżebbuġa u Marsaxlokk). Tiskanta kif Malta żgħira tant, iżda anke bejn dawn iż-żewġ distretti hemm distinzjonijiet kbar. L-ikbar distinzjoni bejn it-tielet u l-ħames distrett hija l-ammont ta' festi u każini tal-baned li ssib fil-ħames distrett. Jien kont imdorri b'festa waħda b'banda waħda jew tnejn f 'kull raħal li jiċċelebraw l-istess festa. Issa iffaċċjajt realtà ta' żewġ festi f 'ħafna mill-irħula b'banda dedikata esklussivament għal festa u mhux oħra fl-istess raħal. Rajtha interessanti ħafna u xi ħaġa dijametrikament differenti minn x'kont imdorri jien għal ħafna snin. Ħadt gost ħafna. Li hu żgur hu li fis- soċjetajiet taż-żewġ distretti elettorali (sew it-tielet u sew il-ħames distrett) hemm imħabba enormi għal dak li hu Malti, dak li jagħmilna Maltin u s-sens kruċjali ta' komunità. Ħadt pjaċir niltaqa' ma' ħafna żgħażagħ fid- diversi każini jkellmuni fuq il-proġetti li għandhom, fuq l-iżvilupp li jixtiequ jagħmlu u fuq il-proġetti għall-futur. M'għandi ebda dubju li l-istess ħaġa ssibha fis- soċjetajiet tad-diversi irħula l-oħra f 'Malta u Għawdex. M'ilux mort ir-Rabat u l-Mellieħa u anke soċjetajiet oħra f 'Għawdex. Il-professjonalizmu huwa evidenti. Kbar, żgħar – hemm sens ta' commitment għall- kawża li huwa invidjabbli. It- taħriġ li jieħdu dawn in-nies huwa kbir u ta' ġid enormi għalihom. Kultant issib min iħares b'ċertu mod lejn is-soċjetajiet tagħna f 'Malta u Għawdex. Jagħmel żball kbir. Il-pajjiż għandu jħossu midjun lejn dawn is-soċjetajiet tal-ġid li jagħmlu. Notte Bianca U la darba qbadna mal- kultura, irrid insemmi kif din is-sena, in-Notte Bianca se tkun qawwija u kbira b'ħafna artisti involuti. Peress li aħna m'għandniex kwiet fejn tidħol il-kultura, ħloqna esperiment li ndaħħlu l-element tal-Kottonera f 'dan kollu. Il-Kottonera u l-Belt Valletta tant huma intimament marbuta flimkien li ħaġa tmur mal-oħra. Daqskemm hemm Bereġ il-Belt, hemm Bereġ fil- Kottonera. Bħalma l-Belt kien hemm il-Gran Mastru kien hemm ukoll il-Gran Mastru fil-Kottonera. Insomma, jiena entużjażmat ħafna biex nara dan l-esperiment kif se jmur. Xi ħaġa qed tgħidli li se jkun suċċess. Kap fi kriżi Huwa ċar daqs il-kristall li fi ħdan il-Partit Nazzjonalista għaddej ferment. Għaddej dwejjaq dwar it-tmexxija ta' dan il-partit li mhi qed tieħu lil ħadd imkien. Biżżejjed tara x'qed jiktbu diversi esponenti u anke ċertu body language. Ili biżżejjed fil-politika biex inxomm meta Partit ikun magħqud u meta partit ma jkunx magħqud. Kull ma trid tqabbel kif kien il-Partit Nazzjonalista fi żmien Eddie Fenech Adami (anke fl-Oppożizzjoni fin- 1996) u kif inhu l-Partit Nazzjonalista llum. Is-sintomi tad-diskordju qegħdin hemm. S'intendi, il-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista għandhom jaraw huma l-affarijiet tagħhom u żgur mhux se nkun jien li jngħaddi ġudizzju dwar x'għandhom jagħmlu u ma jagħmlux. Li hu żgur hu li Simon Busuttil ħaddem rasu a gwadann tiegħu – ra li jappella għall-hardcore f 'dak kollu li jagħmel fl-aħħar snin biex iżomm postu sabiex meta wieħed jgħaddi t-tieni nofs tal-legizlatura jsir l-argument li issa tard wisq biex jinbidel il-Kap. S'intendi hu u jappella għall- hardcore u hu u jbiddel lill- PN f 'magna ta' negattivizmu, ħdura u attakki personali tefa' lill-PN mitt sena lura. Dan kollu huwa problema ta' Simon Busuttil. Li jinteressani biss huwa li Simon Busuttil hu wkoll il-Kap tal- Oppożizzjoni. Jekk għandu dan il-ferment kollu meta qiegħed fuq il- bankijiet tal-Oppożizzjoni nixtieq inkun naf kif jippretendi li l-poplu jafdah fit-tmexxija ta' dan il-pajjiż. Iktar riżultati tajbin Ir-riżultati ekonomiċi tajbin ferm għadhom ħerġin. Malta qiegħda kull ma tmur tikseb suċċess wara l-ieħor u tagħmel isem għaliha bħala l-post fil-Mediterran fejn hemm tkabbir ekonomiku, ħolqien ta' impiegi u ġid. Il-proġett li għandu Joseph Muscat qed jitwettaq u qed nagħtu r-riżultati. Għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi. Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 | illum Opinjoni 17 Mhux b'inqas, l-irħula tagħna OWEN BONNICI "Hu u jappella għall-hardcore u hu u jbiddel lill-PN f 'magna ta' negattiviżmu, ħdura u attakki personali, Simon Busuttil tefa' lill- PN mitt sena lura" Jekk għandu dan il-ferment kollu meta qiegħed fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni nixtieq inkun naf kif jippretendi li l-poplu jafdah fit-tmexxija ta' dan il-pajjiż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016