Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

minn Ruben Anthony Xuereb L-ALTERNATTIVA Demokratika stqarret li 'l-amnestija fuq l-illegalitajiet' "hija sistema li tippremja lil dawk li kisru l-liġi," filwaqt li numru ta' gruppi ambjentalisti li saħansitra fetħu protest ġudizzjarju kontra Deborah Schembri, qed isostnu li s-sistema se tapplika wkoll għal abbuż li seta' kien hemm f 'Żoni ta' Konservazzjoni Urbana (UCAs) u binjiet skedati… L-ILLUM tkellmet mas-Segretarju Parlamentari għall- Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva Deborah Schembri, biex tieħu l-opinjoni tagħha dwar dawn l-akkużi miġjubin kontrieha u l-iskema l-ġdida dwar il- permessi tal-ippjanar. Schembri sostniet minnufih li l-iskema l-ġdida mhux amnestija, "għax din mhu se tkun maħfra tal-ebda tip. Se tkun biss mod kif xi ħadd li kellu xi irregolaritajiet fl-ippjanar tal-propjetà tiegħu, japplika b'mod legali, u skont il-każ, iħallas sabiex l-imsemmija irregolarità, jekk taqa' taħt kundizzjonijiet stipulati mil- liġi, tiġi regolarizzata." Minkejja t-tħassib u anke rabja ta' bosta, Schembri kkonfermat li ebda applikazzjoni għall-permess fuq art barra miż-żona tal- iżvilupp (ODZ) mhu se tiġi aċċettata. L-istess jgħodd għal dawk il-proprjetatajiet li l-illegalità tagħhom tkun ta' detriment għaż-żona jew ir-residenti tal-madwar. Il-Bord tal-Awtorità, saħqet Schembri, se jevalwa kull każ b'mod partikolari u jikkunsidra l-impatti kollha li jħalli għotja ta' permess. "Filwaqt li kien hemm akkużi li din is-sistema kienet biss mod biex jinġabru aktar flus," qalet Schembri, "nixtieq li tiġi kkunsidrata bħala distinzjoni bejn kif kienu jsiru l-affarijiet qabel." Is-Segretarju Parlamentari spjegat kif taħt din l-iskema, anke dawk li tiġi aċċettata l-applikazzjoni tagħhom, jiġu imposti fuqhom numru ta' kundizzjonijiet sabiex bihom jitrangaw l-illegalitajiet, u fejn hemm bżonn, anke jigu penalizzati, b'multi li jibdew minn €100 u jistgħu jitilgħu skont it-tip ta' irregolarità u d-daqs tal- proprjetà. F'kummenti u opinjonijiet li nkitbu fuq xi gazzetti matul din il-ġimgħa, il- miżura ġiet ikkritikata, b'opinjonisti bħal Claire Bonello jgħidu li mhux ġusta u trasparenti, għax m'hemmx mod kif il-pubbliku jara l-applikazzjonijiet u jkollu ċans jikkontesta xi affarijiet li jaffetwaw lilhom jew l-ambjent. Dwar dan, Schembri wieġbet li sa mill-ewwel ġurnata li kienet imnedija din l-iskema, kien ingħad b'mod ċar li l-proċeduri se jkunu pubbliċi, u dak li jkun jista' jattendi. "Ir-raġuni għaliex l-applikazzjonijiet ma jkunux ippublikati fuq xi gazzetta, per eżempju," spjegat Schembri, "kien apposta biex jiġu evitati problemi ta' każi li jiġu kkontestati minħabba raġunijiet ta' natura personali. Nagħtik eżempju, jekk xi ħadd kien vittma ta' illegalità tal-ippjanar, minn dejjem kellu ċans jappella mal-awtorità li wara li tevalwa l-każ, toħroġ restrizzjoni jekk ikun hemm bżonn. Għaldaqstant, peress li d-dritt li tikkontesta applikazzjoni ta' żvilupp, kien u baqa' dejjem hemm, kull individwu milqut minn xi irregolarità qatt ma tilef id-dritt jilmenta." Infatti, spjegat Schembri, li jekk issir applikazzjoni għal regolarizazzjoni ta' xi illegalità li dwarha fil- passat kien hemm ilment, il-persuna li tkun għamlet l-ilment, tiġi mgħarrfa mill-Awtorità dwar din l-applikazzjoni. Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016| illum Aħbarijiet 3 DALWAQT FUQ TVM Għal riklamar fuq il-programm XTRA ikkuntattjaw lil Claire Ciantar fuq: cciantar@mediatoday.com.mt 'Mhux amnestija… iżda regolarizazzjoni' L-ebda talba fuq art ODZ mhi se tkun ikkunsidrata Deborah Schembri twieġeb għall-kritika: 'Regolarizzazzjoni mhux maħfra'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016