Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 Sports 30 'Ninsab kuntent li skorjajt l-ewwel gowl ma' Boavista iżda ddispjaċut li ma rbaħniex il-logħba' - Andrè Schembri minn Cristian Antony Muscat M'HEMMX dubju li l-ġurnata tal-Ħadd 28 t'Awwissu 2016 se tibqa' mniżżla b'ittri tad-deheb fil-karriera tal-attakkant internazzjonali Malti, André Schembri. Dan hekk kif huwa skorja l-ewwel gowl fil- Kampjonat Portugiż meta fetaħ l-iskor għat-tim tiegħu Boavista, minn daqqa ta' ras, fid-draw ta' 2-2 kontra Chaves. Huwa skorja fis-36 minuta, iżda Hamdou El Houni kiseb id-draw għal Chaves fit-72 minuta. Tliet minuti wara, Fabio Espinho reġa' poġġa lil Boavista fil-vantaġġ u meta kollox deher li kienu qed jersqu lejn ir-rebħa, Chaves kisbu l-gowl tad- draw minn Perdigao, seba' minuti mit-tmiem tal- logħba. Immedjatament wara li ntemmet din il-logħba, il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt ma' Andrè Schembri nnifsu fejn qal li jinsab kuntent li skorja l-ewwel gowl ma' Boavista iżda huwa ddispjaċut li ma rebħux il-logħba. Andrè Schembri bil-flokk tat-tim il-ġdid tiegħu, Boavista Esperjenzi pożittivi għal Brian Cini u Chris Peplow fil-Belġju BEJN nhar il-Ħadd 20 u l-Ħamis 21 t'Awwissu li għadda, ġew organizzati l-Kampjonati Mondjali tas- Snooker ta' taħt il-21 sena mill-International Billiards & Snooker Federation ġewwa l-villaġġ ta' Mol fil- Belgju. Malta kienet irrappreżentata miċ-champion lokali Brian Cini u minn Chris Peplow. F'dan il-kampjonat, ħadu sehem 116-il plejer ġejjin minn 37 pajjiz. Huma ġew imqassma f '24 grupp bl-ewwel tliet plejers ikklassifikati jgħaddu għall- fażi tan-knock-out (l-aħħar 72). Il-logħob f 'din il-fażi tal- gruppi intlagħab fuq l-aħjar minn seba' frames. Brian Cini li lagħab fi Grupp S lagħab l-ewwel logħba tiegħu f 'dan il-grupp il-Ħadd 20 t'Awwissu filgħaxija. Huwa ltaqa' mal-plejer Finlandiż Jere Virtaranta u l-plejer Malti ħareġ rebbieħ bl-iskor ta' 4-1 fejn anke kellu tliet brejks tajbin ta' 71, 57 u 52. Imbagħad nhar it-Tnejn 21 t'Awwissu kmieni wara nofsinhar, huwa kiseb it-tieni rebħa minn daqstant logħbiet meta lagħab kontra Belan Sharif tal-Iżvezja u rebaħ bl-iskor ta' 4-0 fejn anke għamel brejks ta' 60 u 51. Min-naħa tiegħu, Chris Peplow ukoll beda tajjeb meta fl-ewwel logħba tiegħu minn Grupp L it-Tnejn 21 t'Awwissu għeleb lill-plejer minn Hong Kong Yu Kiu Chang bl-iskor ta' 4-2 fejn anke għamel brejk ta' 60 punt. Wara dan, kien imiss liż-żewġ plejers Maltin jikkwalifikaw għal mal-aħħar 64. Dan hekk kif Brian Cini rnexxielu jirbaħ żewġ logħbiet oħra biex spiċċa l-ewwel fil-grupp tiegħu b'punti massimi minn erba' logħbiet. Fil-fatt, huwa għeleb lil Mukhamed Karimberdi tal-Kyrgyzstan bl-iskor ta' 4-0 waqt li bl-istess skor huwa għeleb ukoll lil Ivan Karkovsky tar-Russja. F'din il-logħba, Cini kellu brejks ta' 92, 73 u 67, u ġie mpoġġi bħala n-numru 2 għall-fażi tan-knock-out. Intant, il-plejer l-ieħor Malti f 'dan il-Kampjonat Chris Peplow, rebaħ tlieta mill-erba' logħbiet li lagħab biex spiċċa fit-tieni post fil-grupp u huwa wkoll għadda għal mal-aħħar 64. Wara li kien rebaħ l-ewwel żewġ logħbiet li lagħab fl- ewwel ġurnata, huwa għeleb lil Stefan Posea tar-Rumanija bl- iskor ta' 4-0, iżda tilef l-aħħar logħba tal-grupp kontra Yannick Tarillon ta' Franza bl- iskor ta' 4-1. Iżda sfortunatamet għal dawn iż-żewġ plejers Maltin, wara dawn is-suċċessi kien imiss li jduqu l-morr, hekk kif huma sfaw eliminati minn dawn il- Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena. Dan hekk kif wara li huma kkwalifikaw għal mal- aħħar 64, kien Brian Cini li safa eliminat l-ewwel mill- plejer minn Hong Kong Ka Wai Cheung bl-iskor ta' 4-1. Dan tal-aħħar kien f 'forma verament tajba u ftit ta ċans lill-plejer Malti jidħol fil- logħba tant li kellu brejks ta' 88, 87, 73 u 51. Min-naħa ta' Peplow, huwa għadda għal mal-aħħar 32 wara li għeleb lill-plejer tar- Repubblika Irlandiża Shane Bates, bl-iskor ta' 4-0. Iżda l-għada, huwa ltaqa' kontra Ka Wai Cheung li propju fil- ġurnata ta' qabel elimina lil Brian Cini u l-plejer Malti Chris Peplow safa megħlub ukoll bl-iskor ta' 5-4 wara li kien 4-2 minn fuq u b'hekk il-plejer minn Hong Kong elimina liż-żewġ plejers Maltin. Il-parteċipazzjoni taż- żewġ plejers Maltin f 'dan il-Kampjonat kienet possibbli grazzi għall-għajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti. Brian Cini Chris Peplow Il-Malta Pool Association tħabbar staġun mimli attivitajiet GĦAT-28 sena konsekuttiva, il-Malta Pool Association, ħejjiet program ta' attivitajiet għad-dilettanti kollha tal- 'Pool' ġewwa pajjiżna. F'dan l-istaġun, li se jkollu l-bidu tiegħu fil- 5 ta' Settembru li ġej, l-assoċjazzjoni se tkun qed torganizza kampjonati tat- timijiet, li se jkunu maqsuma f 'erba' diviżjonijiet differenti, li jibdew f 'Jannar u jispiċċaw f 'Ġunju tal-2017, Team knockout maqsuma f ' żewġ kategoriji li jkollha l-bidu tagħha f 'Ottubru li ġej, il- Christmas Cup li tintlagħab f 'Diċembru, l-Easter Cup li tintlagħab f ' Marzu u April, u s-Super Cup li tinżamm f 'Ġunju. Fil-kategoriji individwali l-assocjazzjoni se torganizza seba' 'Ranking Tournaments li jinkludu l-kategoriji tal- irgiel, Under 18s, Under 23s u Over 50s. Barra dawn is-serje ta' 'Ranking Tournaments' l-assocjazzjoni ser torganizza wkoll il- kampjonati nazzjonali individwali li jibda f 'Jannar. L-assoċjazzjoni se tkun qed tirrapreżenta lil pajjiżna fil-Kampjonati Ewropej tal- Pool, li se jsiru fl-Ingilterra, bi tliet timijet: dak tal-Irġiel, Under 23s u Over 50s. Malta se tkun rappreżentata minn erba' timijiet fil-Kampjonati Mondjali tal-Pool, li se jsiru f 'Ġunju, ġewwa Blackpool. Għaldaqstant, l-assoċjazzjoni qiegħda tilqa' applikazzjonijiet ta' affiljazzjoni fi ħdanha. Klabbs jew bars li huma interessati li jieħdu sehem għandhom iċemplu lis- Segretarju Ġenerali tal- Assoċjazzjoni, Vincent Degiorgio, fuq 79499117 jew inkella jiksbu l-informazzjoni mill-websajt tal-assoċjazzjoni, www. maltapoolassociation.com, jew minn fuq il-paġna uffiċjali ta' Facebook. Propost il-format tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Futsal li jmiss WARA talba qawwija sabiex il-Futsal Malta Association (FMA) terġa' tilqa' fi ħdanha numru ta' timijiet amateur, billi fix-xahar t'Awwissu ħarġet sejħa għall-interess għall- Kampjonat 2016/17, minn din is-sejħa deher ċar li l-maġġoranza tal- klabbs jixtiequ kampjonat iktar rilassat mingħajr antagoniżmu żejjed u iktar iffokat fuq is-settur tal- amateurs. Madanakollu l-FMA ħasset li ma setgħetx twarrab l-interess ukoll ta' dawk il-klabbs hekk imsejjha Elite, li minkejja li huma fil-minoranza, huma dawk li għandhom struttura professjonali u li tul dawn l-aħħar snin akkwistaw riżultati tajbin ħafna fil- kompetizzjonijet tal-UEFA u li qed jikkontribwixxu biex il-livell tal-logħba jikber. Għal dan il-għan, l-FMA ħabbret format li jipprova jilħaq l-aspettativi ta' dawn iż-żewġ setturi. Għalkemm se jintlagħab kampjonat wieħed fuq żewġ rawnds għat-timijiet kollha, dawk reġistrati bħala Elite biss se jikkompetu għall-play offs finali biex jiġi determinat min jikkompeti fil-UEFA Futsal Cup, filwaqt li dawk reġistrati bħala amateurs ikollhom il-play offs dedikati għalihom. Filwaqt li r-reġistrazzjonijiet għall-klabbs se jagħlqu fil-ġranet li ġejjin, l-FMA ħabbret ukoll li għall-istaġun li ġej se tkun qiegħda tniedi għall-ewwel darba kompetizzjoni tal-futsal għall-etajiet bejn it-12 u l-15- il sena, fejn jidher li l-interess għal dan il-kampjonat ġdid huwa nkoraġġanti ħafna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016