Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 Intervista 12 'Missieri soċjalist kien u soċjalist I l-kunjom Mintoff f 'pajjiżna, huwa assoċjat ma' diversi affarijiet, iżda bla dubju, iktar minn kollox, huwa marbut ma' kwistjonijiet soċjali. Fil-fatt, dan huwa dak li wieħed jirrealizza mill-ewwel, hekk kif jibda jitkellem ma' bint l-eks Prim Ministru Duminku Mintoff, Yana Mintoff. Mintoff, li hi wkoll il-kelliema ewlenija għall-Forum Komunità Bormliża, titkellem b'passjoni kbira fejn jidħlu kwistjonijiet soċjali, biex taqbeż għall-batut l-iktar meta jidħlu każijiet ta' faqar. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Yana Mintoff rigward diversi temi soċjali u anke politiċi fil-pajjiż illum il-ġurnata, bid-diskors jaqa' għal diversi drabi fuq il-qasam tal-kera li huwa settur li titkellem b'mod ferventi dwaru. Yana Mintoff tibda l-intervista billi ssemmi diversi każijiet li tiltaqa' magħhom ta' kuljum, u ssostni li qed tara wisq każi ta' nies li mhumiex f 'pożizzjoni li finanzjarjament iwasslu sal-aħħar tax-xahar. Tibda telenka l-każi prekarji fosthom ta' koppja, li ilhom għal dawn l-aħħar sentejn jgħixu fil-karozza tagħhom. Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista ntilfet? Il-kritika li spiss issir lill-Gvern Laburista hija li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u minflok li jkun hemm il-ħaddiem fil-mira tax-xogħol tal- Partit, ikun hemm in-negozjanti. Yana Mintoff taqbel ma' dan? "Mhux se ngħid li l-PL tilef ir-ruħ soċjali, imma jrid jaħseb iktar fil- ħaddiem. Jekk dejjem taħseb għall- businesses, u għall-interessi speċjali tkun qed temmen fit-trickle down effect, imma aħna lkoll nafu li dan ma jeżistix." Hawnhekk, Mintoff issemmi l-istil ta' kif kien imexxi missierha, Duminku Mintoff. "Bħal missieri, mhux biss kellu ruħ soċjali imma, kien jaħsibha sewwa dwar l-ekonomija, dwar is-servizzi soċjali, dwar kif kulħadd seta' jaħdem tajjeb u jaqla' paga tajba. Ma kienx jibża' jgħolli l-paga minima. Lanqas kien jibża' jaħti lill-ħaddiema iktar kontroll, għaliex kien jemmen li bl-esperjenza timxi 'l quddiem," kompliet tgħid Mintoff. 'Iż-żgħir huwa bla leħen' Mintoff tiddeskrivi lilha nnifisha bħala soċjalista, iżda kif tħares lejn il-Partit Laburista? Għadu jidher bħala partit soċjalista? Għal dan hi twieġeb, "hemm ħafna nies li huma soċjalisti, u r-ruħ tal-Partit għadha hemm. Il-ħin kollu niltaqa' ma' nies fi ħdan il-Partit li jemmnu li għandna bżonn ngħinu liż-żgħir." Hawnhekk, nistaqsu jekk tħossx li dan is-sentiment huwa preżenti wkoll fit-tmexxija tal-Partit, u mhux biss qalb il-membri. "It-tmexxija mbagħad... Jien ngħid li hemm it-taħwid. L-ideoloġija mhi ċara xejn. L-aħħar intervista li għamel il-Prim Ministru kien qal li aħjar ma jkollokx ideoloġija, u aħjar tuża s-sens komun. X'inhi l-ideoloġija? Li s-suq isuq, li għandna bżonn inħallu s-suq hekk, qisu s-suq perfett? Kulħadd jaf li s-suq jitmexxa minn ftit nies." Mintoff tkompli titkellem dwar it-tmexxija u l-ideoloġija billi tagħti eżempju ta' dak li kien jagħmel missierha, il-Perit Mintoff. "Jien drajt ma' missieri li kien jemmen ħafna fl-ideoloġija. Forsi tajjeb, forsi ħażin. Li għandek bżonn żgur huwa Bieb minn kull naħa biex tmexxi. Imma jien nemmen li jrid ikollok l-ideoloġija tiegħek, bħala t-twemmin tiegħek." Mistoqsija dwar il-politika li titħaddem partikolarment dik soċjali, u dwar jekk taħsibx li dawk fil-klassi tan-nofs u dawk li fi żmien it-tmexxija ta' missierha, kienu fiċ-ċentru tal-attenzjoni tal-Gvern, għandhomx jirċevu l-attenzjon dovuta, Mintoff tgħid li dawn spiċċaw "bla leħen. Smajt lil xi ħadd jitkellem dwar il-klassi tal-ħaddiema dan l-aħħar? Il-vulnerabbli u l-ħaddiema m'għandhomx leħen." 'Tajjeb li tnaqqas il-qgħad, imma ma jridx ikun hemm prekarjat' Meta titkellem dwar is-sitwazzjoni fis-soċjetà tagħna, tgħid li "tista' tgħid li s-soċjetà tagħna tilfet ir-ruħ, u għalhekk hu importnati li l-Gvern u l-mexxejja jkollhom dik ir-ruħ." Mintoff tkompli tinsisti li qed tħoss li qed jintilfu ħafna mill-valuri importanti fis-soċjetà. Tgħid li l-maġġoranza tan-nies huma ħaddiema, imma dawn sejrin lura għaliex, "huwa tajjeb li l-qgħad jonqos, imma jekk tnaqqas il-qgħad bix-xogħol li huwa iktar prekarju, fejn lanqas biss għandhom paga diċenti, li wara 40 siegħa xogħol, jistgħu jmorru d-dar u jgħixu biha. Il-Gvern jgħaddi t-test...bi żbrixx Mistoqsija tagħti marka minn 10 lil dan il-Gvern u kif mexa fuq kwistjonijiet soċjali fl-ewwel snin tiegħu, Mintoff tistqarr, "jien ma naħsibx li l-Gvern qed jagħti biżżejjed importanza lil kwistjonijiet soċjali. F'għajnejja, nagħti 5 minn għaxra, għax għandna ħafna x'nagħmlu u għandna neħduha bis- serjetà, u għandna nagħtu prijorità. Rigward il-wegħdi elettorali li kienu saru qabel l-2013, x'taħseb Yana Mintoff? Żammew magħhom? "Naħseb li biċċiet 'l hawn u 'l hemm, għamlu, għax ma nistax ngħid li m'għamlux, imm qisna waqafna. Qegħdin nistennew l-investimenti tajbin fil-housing, u naħseb li fl- aħħar beda d-dibattitu bis-serjetà fuq politika tal-housing, imma hemm affarijiet oħra fin-nofs. Jeħtieġ li jkun hemm ħsieb, u ħsieb urġenti dwar il-housing." X'ġudizzju jgħaddi Dom Mintoff li kellu jara l-pajjiż bħalissa? "Missieri kien jemmen li kulħadd għandu d-dritt għal ħajja diċenti, u naħseb li fuq hekk, kieku jkun inkwetat. Jinkwieta li dawk li qed jaħdmu, uħud minnhom ukoll mhux qed ilaħħqu," sostniet Mintoff bħala l-punt primarju. Semmiet ukoll in- newtralità bħala punt li kieku jkun qed jinkwieta lill-Perit. "Naħseb li f 'ċerti affarijiet, jaqbel li morna 'l quddiem, imma meta tħares b'mod ġenerali, missieri soċjalist kien, u soċjalist baqa' jiġifieri dejjem kien jimbotta l-ħaddiem 'il quddiem biex ikun jista' javvanza. Ir-ruħ tiegħu u l-interessi tiegħu kienu kompletament marbutin mal- interessi tal-maġġoranza tal-Maltin: il-ħaddiema." Meta mistoqsija jekk dawn l-interessi li qed issemmi, għadhomx imħarsa llum, Mintoff issostni li "hemm differenza kbira...l- affarijiet jinbidlu, u ma nistgħux immorru lura, per eżempju l-unions, m'għadhomx jaħdmu kompletament bl-istess mod li kienu, imma issa saru jiffukaw fuq kwistjonijiet differenti anke fuq affarijiet soċjali." Mintoff ittemm tgħid li l-ideoloġija hija xi ħaġa importanti u tara li tbiddlet wisq minn dik li kien hemm fit-tmexxija fi żmien missierha, Duminku Mintoff. "M'iniex ngħid li Joseph Muscat għandu jkun eżatt bħall-papà tiegħi, imma l-ideoloġija tbiddlet wisq favur l-interessi speċjali." 'Mhux billi hemm l-għajnuna, trid twassalha' Mintoff titkellem dwar il-benefiċċji u tinsisti li minbarra li huwa diffiċli li ċertu persuni jgħaddu bl-ammonti mogħtija lilhom mill-Gvern, tgħid ukoll li f 'bosta każi, il-persuna ma tkunx taf eżattament x'inhuma dawk l-iskemi u benefiċċji li hi intitolata għalihom u kif għandha tapplika. Iġġib il-każ ta' mara b'erbat itfal li ġie kkalkulat li b'kollox, l-ammont ta' għajnuniet mill-Gvern li għandha tirċievi huwa ta' €800 fix-xahar. Minkejja dan, issostni li s-sistema tagħmilha diffiċli biex wieħed jieħu l-benefiċċji kollha li jkun intitolat għalihom, u anke jekk dan l-ammont kollu jittieħed fl-intier tiegħu, xorta jkun diffiċli ferm biex tlaħħaq, meta tikkunsidra rata ta' kera kummerċjali. "Tant kemm huma kkumplikati l-benefiċċji tagħna, b'madwar 50 benefiċċju differenti, li hemm nuqqas ta' nies li qed japplikaw għalihom. Ma jfissirx li dik il-mara, għax għandha dritt għal €800, se tkun qed teħodhom kollha," tkompli tgħid Mintoff. Iżżid tgħid ukoll li spiss tiltaqa' ma' nies li lanqas ikunu jaf minn fejn għandhom jibdew biex japplikaw għal ċerti servizzi. Waqt li taqbel li għandu jkun hemm sistema iktar 'user friendly', tisħaq li "dawk li l-aktar għandhom bżonn, jeħtieġ li jaslu l-ewwel għal din l-għajnuna." Meta mistoqsija jekk taħsibx li hu minnu li dawk il-persuni li l-iktar ikunu fil-bżonn, l-inqas li jkun jafu xi jridu jagħmlu biex jirċievu l-għajnuna, Yana Mintoff twieġeb, "mur Bormla, u tibda tara kemm hu vera. Tiltaqa' ma' anzjana li lanqas taf fejn hu l-aċċess, li qiegħed biss ħames Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Missieri kien jemmen li kulħadd għandu d-dritt għal ħajja diċenti, u naħseb li fuq hekk, kieku jkun inkwetat bħalissa " " M'iniex ngħid li Joseph Muscat għandu jkun eżatt bħall-papà tiegħi, imma l-ideoloġija tbiddlet wisq favur l-interessi speċjali " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016