Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 | illum Sports 29 Kundizzjonijiet brutali ma jxekklux il-prestazzjoni ta' Hannah Pace ġewwa Budapest minn Cristian Antony Muscat KWAŻI sena wara li t-triatleta Hannah Pace kienet l-ewwel mara Maltija li kkwalifikat għall-Kampjonati tad- Dinja tal-Ironman 70.3, Pace reġgħet kompliet issaħħaħ id- dominju tagħha fix- xena internazzjonali meta għat-tieni sena konsekuttiva rebħet il-kategorija tagħha fl-Ironman 70.3 ġewwa Budapest, fl-Ungerija. Bir-riżultat tagħha, hija reġgħet ikkwalifikat għall- Kampjonati tad-Dinja tal-2017 li se jsiru ġewwa Chattanooga, Tennesee, fl-Istati Uniti. It-tellieqa ta' 1.9km għawm, 90km rota u ġirja ta' 21km, saru ġewwa l-qalba tal-belt Ungeriża, Budapest fost xenajru mill- isbaħ. Għalkemm it-temperatura kienet waħda għolja, xorta waħda ntużat il-wetsuit għall-għawma li kienet ukoll miżmuma b' 'rolling start'. Dan it-tip ta' tluq jara lill-atleti jippożizzjonaw ruħhom fi gruppi skont il-ħin imbassar li jkunu se jieħdu fl-għawma. Pace lestiet l-għawma f 'ħin ta' 27 minuta u 19-il sekonda, li jfisser titjib ta' 27 sekonda fuq is-sena ta' qabel. Ir-rotta ta' 90 kilometru fuq ir-rota hija kkunsidrata ċatta, meta fil-korsa wieħed isib biss telgħa żgħira b'elevazzjoni ta' xi 70 metru. Dan ifisser li l-atleta ma jkollu ebda nżul li jista' jistrieħ fihom, iżda jkollu jżomm pass konsistenti matul il-korsa kollha. Pace ukoll rat titjib fuq il-ħin tagħha meta naqqset 14-il minuta fuq il-ħin tagħha tas-sena l-oħra. L-aħħar parti tat- tellieqa, jiġifieri l-ġirja ta' 21km, saret f 'temperaturi li laħqu t-30 Grad Celsius. It-taħriġ ta' Pace fl-aħħar ġimgħat qabel it-tellieqa saru f 'temperaturi simili li swew tajjeb. Dan it-taħriġ għen lil Pace sabiex ittejjeb ukoll il-ħin tal-ġirja tagħha bi tliet minuti. Ir-riżultat finali miksub minn Hannah Pace kien dak ta' erba' siegħat, 27 minuta u 43 sekonda. Għal Pace, dan ir-riżultat fisser li għal darb'oħra rnexxielha tegħleb kompetizzjoni qawwija minn atletli barranin u ta' esperjenza kbira. Il-ħin miksub minnha, ra tnaqqis ta' 17-il minuta fuq il-ħin tas-sena l-oħra, u b'hekk stabbiliet rekord nazzjonali ġdid fuq din id-distanza. "Budapest dejjem se tkun tellieqa speċjali għalija billi din kienet l-ewwel waħda ta' dan it-tip għalija u r-ritorn fuq din il-korsa kien sodisfaċenti ħafna. Kont naf li kont f 'forma tajba bbażata fuq il-ħinijiet li kont qiegħda nipproduċi fit-taħriġ, iżda qatt ma stennejt dawn il-ħinijiet," ikkummentat Pace ftit wara t-tellieqa. "L-attenzjoni tiegħi issa hija mmirata lejn il- Kampjonati tad-Dinja, li se jsiru erba' ġimgħat oħra. Nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-isponsors tiegħi li huma: Emvigee PR and Marketing, Garmin Malta, Team Barry Malta International Challenge Marathon, Teamsport, CFragrances Perfumes, Go & Fun Energy Drink Malta, waqt li ringrazzjament speċjali jmur lejn il- Federazzjoni tat-Triathlon ta' Malta għall-appoġġ kontinwu tagħhom lejja," temmet tgħid Hannah Pace. It-tellieqa li jmiss għal din it-triatleta ewlenija Maltija se tkun fil- Kampjonati tal-Ironman 70.3 ġewwa l-Gold Coast, fl-Awstralja, li se jseħħu fl-4 ta' Settembru. Hawnhekk, Pace se tkun qed tikkompeti mal-aqwa atleti fid-dinja, li bħal Pace ikkwalifikaw għal din it-tellieqa wara li kisbu l-ħinijiet meħtieġa għal din il-kwalifikazzjoni. Pace qed tistenna kundizzjonijiet iebsin fl-Awstralja, speċjalment fl-għawma li se tkun qed issir fil-baħar li hu magħruf għall-kurrenti kemxejn qawwija, waqt li r-rotta ta' 90km tar-rota hija kemxejn teknika bi ftit tlajja u nżul. Il-ġirja ta' 21 kilometru fiha t-tlajja, li jfissru għadma kemxejn iebsa għall-atleta Maltija biex tispiċċa t-tellieqa ta' xejn inqas minn 113-il kilometru. Iżda, Hannah Pace, stqarret ma' din il-gazzetta li għalkemm tinsab konxja mill-fatt li din it-tellieqa se tkun waħda iebsa għaliha, hija tinsab konxja wkoll mit-taħriġ intensiv tagħha matul dawn l-aħħar ġimgħat, u għalhekk tinsab ferm ħerqana u kunfidenti li tagħmel isem tajjeb għal Malta. Hannah Pace fl-azzjoni waqt l-Ironman 70.3 ġewwa Budapest, fl- Ungerija #BeActive - Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport tal- 2016 fi ftit kliem Dwar xiex inhi? Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport hija inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea biex tippromwovi l-isport u l-attività fiżika madwar l-Ewropa. L-edizzjoni tal-2016 se tkun it-tieni waħda li se tittella'. Filwaqt li tkompli tibni fuq is-suċċess tal- ewwel edizzjoni, il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport se tkompli tiġġenera attivitajiet ġodda filwaqt li tibni fuq attivitajiet eżistenti li kienu ta' suċċess. It-tema ġenerali tal-kampanja hija '#BeActive' (Kun Attiv), u għandha tinkoraġġixxi lil kulħadd biex ikun attiv kemm matul il-Ġimgħa kif ukoll tul is- sena kollha. Għalxiex? L-isport u l-attività fiżika jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-benesseri taċ-ċittadini Ewropej. Madankollu, il-livell ta' attività fiżika bħalissa mhux qed jiżdied u saħansitra qed jonqos f 'xi pajjiżi. Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport hija tweġiba għal din l-isfida. In-nuqqas tal-attività fiżika m'għandux biss impatt negattiv fuq is-soċjetà u s-saħħa tan-nies, iżda jsarraf ukoll fi spejjeż ekonomiċi. Barra minn hekk, l-isport għandu l-potenzjal li jsaħħaħ il-messaġġi tat-tolleranza u jqawwi ċ-ċittadinanza madwar l-Ewropa. Il- promozzjoni tar-rwol tal-isport bħala mezz ta' inklużjoni soċjali se jgħin biex ikunu indirizzati l-isfidi li qed taffaċċa bħalissa s-soċjetà Ewropea. Min? Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport għandha l-għan li tħeġġeġ lin-nies jieħdu sehem fl-isport u fl- attività fiżika u li tqajjem kuxjenza dwar il-bosta benefiċċji ta' dawn it- tnejn. Il-Ġimgħa hija għal kulħadd, irrispettivament mill-età, l-isfond jew il- livell tal-fitness. Il-Ġimgħa għandha tressaq lejn xulxin individwi, awtoritajiet pubbliċi, il-moviment tal- isport, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-settur privat. Meta? Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport tal-2016 se tkem qed tibda fl-10 ta' Settembru. L-istess bħas-sena l-oħra, huwa maħsub li dan ikun avveniment tassew Ewropew, b'attivitajiet madwar l-Ewropa kollha. Il-pajjiżi li se jieħdu sehem se jkollhom il-possibbiltà li jwettqu attivitajiet u avvenimenti fil-livell nazzjonali matul ġimgħa Nazzjonali tal-isport partikolari fil-perjodu bejn l-10 ta' Settembru u t-2 ta' Ottubru 2016. Il-ftuħ uffiċjali tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport tal-2016 se jseħħ f 'Košice, is-Slovakkja, fl-10 ta' Settembru, u l-Avveniment Ewlieni fi Brussell fil-15 ta' Settembru. Kif? Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport hija inizjattiva mmexxija mill- Kummissjoni Ewropea. L-implimentazzjoni tal- Ġimgħa madwar l-Ewropa hija fil-biċċa l-kbira, deċentralizzata u ssir b'kooperazzjoni mill-qrib mal-kordinaturi nazzjonali u ma' ħafna sħab differenti li huma impenjati bis-sħiħ li jappoġġaw il-Ġimgħa. Il-Ġimgħa Ewropea tal- Isport għall-2016 se tkun strutturata madwar temi fokali: l-ambjent tal- edukazzjoni, il-post tax- xogħol, l-ispazji miftuħa, il-klabbs tal-isport u ċ-ċentri tal-fitness. Se jiġu organizzati firxa wiesgħa ta' inizjattivi u attivitajiet madwar dawn it-temi f 'livelli differenti (Ewropew, nazzjonali, lokali u reġjonali).

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016