Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 | illum SPORTSillum 27 Malta taspira li tikseb riżultat pożittiv kontra l-Iskozja minn Cristian Antony Muscat LOGĦBIET bejn Malta u oppożizzjoni Brittanika dejjem qajmu ċertu interess u entużjażjmu fost is-segwaċi tal-futbol lokali. Dan għall-fatt li huma bosta l-Maltin li jappoġġjaw lil xi wieħed mit-timijiet Brittaniċi, bl-aktar fosthom ikunu l-Ingilterra, iżda hemm oħrajn li jsegwu b'mod partikolari xi tim Brittaniku ieħor, fosthom l-Iskozja. Illejla fid-8.45pm, Malta se tkun qed tospita propju lit-tim nazzjonali Skoċċiż fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali fl-ewwel logħba tal- Maltin valida minn Grupp F tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal- 2016 li se ssir fir-Russja. Tajjeb ngħidu li din se tkun l-ewwel logħba li se tkun qed tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, wara li sar xogħol intensiv fuq il-pitch tal-istess stadium. Rimarkabbli huwa l-fatt li dan ix-xogħol beda propju l-għada li t-tim nazzjonali Skoċċiż kien impenjat kontra dak Taljan f 'logħba ta' ħbiebrija li ntlagħbet nhar id-29 ta' Mejju li għadda u li ntrebħet mit-Taljani bl-iskor minimu ta' 1-0. Għalkemm it-tim nazzjonali Skoċċiż m'għandux l-istess ammont ta' segwaċi f 'pajjiżna daqs kemm għandu dak Taljan jew Ingliż, żgur li l-fatt li numru ta' plejers li jimmilitaw f 'dan it-tim fosthom il-captain Darren Fletcher, jilagħbu ma' diversi timijiet fil-Kampjonat Barclays Premier, għandu jservi ta' attrazzjoni kbira għall-pubbliku sportiv Malti. Barra minn hekk, il-fatt li preżentament it-tim nazzjonali Skoċċiż ma tantx qed jimpressjona, jagħti ċans lill-Maltin li jkollhom wirja tajba u saħansitra jaspiraw li jiksbu riżultat pożittiv. Min-naħa l-oħra, żgur li l-kowċ tat-tim nazzjonli Malti, Pietro Ghedin se jkun konxju mill-fatt li l-Iskoċċiżi se jkollhom it-tragward ewlieni li jiksbu t-tliet punti minn din il-logħba, biex b'hekk ikollhom bidu tajjeb f 'dan il-grupp, li jista' jixprunahom biex ikomplu jaspiraw li jiksbu l-kwalifikazzjoni minn dan il-Grupp. Intant, il-partitarji kollha tat-tim nazzjonali Malti huma mħeġġa jattendu bi ħġarhom fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, biex jagħtu s-sapport massimu tagħhom lill-plejers Maltin għal dan il-konfront. Intant, f 'kummenti li għadda waqt konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew, is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Bjorn Vassallo, qal li qed jinħass entużjażmu kbir għal- logħba kontra l-Iskozja, fejn inbiegħu xejn inqas minn 5,000 biljett lill-partitarji Skoċċiżi waqt li b'kollox ġew mibjugħa 12,000 biljett. Huwa kompla li qabel il-logħba tal-lejla, se tkun imwaqqfa Fan Zone fl-MFCC għall-partitarji taż-żewġ naħat biex huma jiltaqgħu flimkien qabel il-logħba fi spirtu ta' fair play u ċelebrazzjoni. Dan waqt li saru arranġamenti ma' Transport Malta biex ikun provdut trasport minn San Ġiljan, Buġibba u l-Belt Valletta lejn l-Istadium Nazzjonali. Bjorn Vassallo inkoraġġixxa lill-partitarji Maltin biex isegwu lit-tim nazzjonali Malti matul din il-kampanja kollha ta' kwalifikazzjoni u mhux f 'logħbiet kbar biss fosthom kontra l-Ingilterra u din tal- lejla kontra l-Iskozja. F'dak li jirrigwardja l-konfront kontra l-Iskozja, Bjorn Vassallo, qal li l-MFA għandha fiduċja kbira fil- plejers kollha li se jkunu qed jilbsu l-flokk tat-tim nazzjonali Malti għal din il- logħba u jinsab kunfidenti li mhux se jkunu qed joħorġu b'idejhom vojta minn din il- logħba, waqt li huwa stqarr li l-aktar ħaġa importanti għall-Maltin hija dik li jirbħu r-rispett tal-avversarji tagħhom. Il-Plejers Maltin eliġibbli għal kontra l-Iskozja: Goalkeepers Andrew Hogg (Hibernians FC), Henry Bonello (Valletta FC) Difensuri Andrei Agius (Hibernians FC), Jonathan Caruana (Valletta FC), Zach Muscat (Arezzo FC) Steve Borg (Valletta FC), Ryan Camilleri (Valletta FC), Clifford Gatt Baldacchino (Gżira Utd FC), Joseph Zerafa (Birkirkara FC), Clayton Failla (Hibernians FC) Midfielders Paul Fenech (Balzan FC), Roderick Briffa (Valletta FC), Gareth Sciberras (Birkirkara FC), Bjorn Kristensen (Hibernians FC), Luke Gambin (Barnet FC), Ryan Scicluna (Birkirkara FC) Attakkanti Andrè Schembri (Boavista FC), Alfred Effiong (Balzan FC), Michael Mifsud (Valletta FC), Jean Paul Farrugia (Sliema Wanderers FC) Riżultati passati bejn Malta u l-Iskozja: 22 ta' Marzu 1988: Malta 1 Skozja 1 (Logħba ta' ħbiberija) 29 ta' Mejju 1990: Malta 1 Skozja 2 (Logħba ta' ħbiberija) 17 ta' Frar 1993: Skozja 3 Malta 0 (Logħba ta' Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja) 17 ta' Novembru 1993: Malta 0 Skozja 2 (Logħba ta' Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja) 1 ta' Jannar 1997: Malta 2 Skozja 3 (Logħba ta' ħbiberija) It-tim nazzjonali Malti It-tim nazzjonali Skoċċiż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016