Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

META wieħed jara l-istatistiċi f 'Malta f 'dawn l-aħħar snin, jinduna li x-xiri u bejgħ tal- karozzi użati f 'Malta huwa wieħed popolari ħafna, tant li minkejja ħafna inizjattivi mill-awtoritajiet u pressjoni mill-aġenti tal-karozzi, xorta kull sena jiġu irreġistrati iktar karozzi użati milli ġodda. Interessanti li wieħed jipprova jifhem din il- kultura. Jekk immoru lura fiż-żmien, naraw li fis-snin sittin u sebgħin, meta l-karozzi bdew jiżdiedu fil-popolarità, jekk karozza tkunx ġdida jew użata ftit li xejn kienet tagħmel differenza għal ħafna Maltin. Tant hu hekk, li kienu bosta drabi fejn xi ħadd kien jixtri karozza użata u jħallas iktar għal din il-karozza milli kien ħallas l-ewwel sid meta ħariġha ġdida. Dan kien isir għaliex iż-żmien ta' stennija sakemm finalment tasal il-karozza ordnata ġdida kien ikun ta' diversi xhur filwaqt li karozza użata tkun f 'idejk dak il-ħin. Fattur ieħor kien li l-karozza użata qiegħed tixtriha bil- provi. Taf min kien sidha, taf li kien jibża' għaliha u kellek l-opportunità li tippruvaha għal darba darbtejn. Il- mentalità li karozza teqdiem, jinbidel il-mudell u ma tibqax vijabbli li tissewwa, ftit kienu jinkwetaw lil ħafna Maltin. L-idea kienet li tixtri karozza, tieħu ħsiebha u din isservik għal għomrok. X'inhuma ftit snin ta' użu, meta mqabbla ma' minn tal-inqas erbgħin sena oħra ta' servizz. Il- manutenzjoni tal-karozzi kienet ħafna irħas u l-ħsarat ħafna inqas ikkumplikati dawk iż-żminijiet ukoll. Meta bdew jiġu impurtati vetturi użati mir-Renju Unit, speċjalment vetturi kummerċjali, ħafna nies lanqas biss kienu jippruvaw jistaqsu kemm jiswew dawn il-vetturi li kieku kellhom jixtruhom ġodda, u kienet ħaġa awtomatika li tixtri vettura użata. Il-vetturi, irrelevanti jekk kinux ġodda jew użati, xorta kellu jsirilhom xi tip ta' modifika biex tkun addattata għal ċertu xogħol, sew jekk kien xi trakk tal-ġebel, tal-gass, tal-ħaxix jew tal-pitrolju. Illum il-ġurnata, għalkemm inbidlu ħafna l-affarijiet, xorta ħafna nies jippreferu jixtru vetturi użati. X'vantaġġi hemm li wieħed jixtri karozza ġdida jew użata? Meta tixtri karozza ġdida, għandek il-vantaġġ li tista' tagħmel ċertu għażliet speċifiċi. Il-karozza hija magħmula kif xtaqtha int. Mill-banda l-oħra, minnħabba ċ-ċokon tal-pajjiż, ħafna drabi l-għażliet ikunu limitati u ċertu verżjonijiet speċjali ma jkunux disponibbli għal Malta. Ħafna drabi, meta wieħed isiefer u jikri karozza, isib li anke l-karozzi tal-kiri f 'pajjiżi oħra Ewropej ikollhom ħafna iktar aċċessorji mill-karozzi ordnati minn Malta anke jekk sidha jkun ħallas biz-zalza għal dawn l-'extras'. Meta naraw reklami fuq stazzjonijiet Ewropej, nindunaw ukoll li nħallsu ħafna iktar għal ħafna inqas. Vantaġġ li żgur jeżisti meta tixtri karozza ġdida hu li l-karozza mhux biss tidher ġdida, iżda kull parti minnha hija fil-fatt ġdida u jekk tibża' għall-karozza suppost għandu jkollok xi ftit snin mingħajr l-ebda tip ta' inkwiet jew ħsejjes. Forsi dan jistema' ftit ovvju, però mhux dejjem nikkunsidrawhom. Karozza użata ġieli tkun tidher estetikament ġdida però xorta hemm numru ta' partijiet li jkunu ħadmu xi ftit jew wisq bħal partijiet mis-'suspension', roti, 'clutch' u diversi partijiet fil-magna. Meta tibdel xi parti mill-karozza, tħoss element ta' sodisfazzjon li dik il-parti issa hija ġdida, però malajr tiftakar li dik il-parti ġdida qiegħda taħdem fost ħafna partijiet oħra li għandhom xi ftit snin ta' xogħol fuqhom u taf li bħalma marret dik il-parti li biddilt, il-partijiet l-oħra se jibdew jitilqu ftit ftit ukoll. Vantaġġ ieħor ta' karozza ġdida hu li meta tibda tieħu ħsieb karozza sa mill-ewwel ġurnata, tista' tipprevjeni ċertu ħsarat iktar 'il quddiem. Meta nixtru karozza użata, jista' jkun li jinqalgħu ħsarat li jkunu tort tat-traskuraġni tas-sid ta' qabel. B'hekk huwa importanti li meta nixtru karozza użata, kemm jista' jkun nistaqsu għal evidenza tal-manutenzjoni li tkun saret fuqha, bħal irċevuti u 'service history'. Mill-banda l-oħra, żvantaġġ li tixtri karozza ġdida hu li ġeneralment inti tkun marbut li tixtri vettura mingħand bejjiegħ partikolari skont id-ditta li se tixtri. Uħud mill-aġenti tal-karozzi huma magħrufin għas-servizz eċċellenti tagħhom, anke wara li tkun tlaqt il-flus minn idejk. Ditti ta' karozzi oħrajn huma kkundannati b'aġenti b'reputazzjoni ferm differenti. Is-servizz li joffri l-aġent ħafna drabi jkun marbut mal-garanzija li tingħata mal- karozza li suppost għandu jkun vantaġġ ieħor ta' karozzi ġodda. Però l-garanzija, ġeneralment tobbligak li ssewwi l-karozza għand l-aġent stess. Ġieli, dan ikun ifisser prezzijiet eżagerati kemm fuq ix-xogħol kif ukoll fuq il-parts, stennija twila għal xi parts u kull tip ta' skuża biex il-ġaranzija ma tapplikax għal ħsara li tkun inqalgħet. Donnu xi aġenti kultant jieħdu forma ta' sapuna f 'banju bl-ilma u kull darba li tkun mingħalik li qbadthom, jiżolqulek minn bejn subgħajk. Ħaġa li tagħmel ix-xirja ta' karozza użata iktar interessanti hija li dejjem ikun hemm xi storja individwali u unika marbuta magħha. Li tixtri karozza f 'kundizzjoni kważi perfetta u li tiffranka kemxa flus mhux ħażin tinvolvi ċertu kapaċità u fortuna waqt li x-xiri ta' karozza ġdida huwa monotonu u l-istess għal kullħadd. Meta tixtri karozza użata, anke jekk il-bejjiegħ kellu għażla ta' għaxar karozzi kważi ugwali, is-sid xorta se jiftaħar li minn dawk l-għaxra, hu għażel l-aħjar waħda, għax id-disgħa l-oħra kollha kellhom xi difett. Dejjem ser ikun hemm stejjer interessanti għal dawk is-sidien li telgħu jixtru karozza minn barra huma stess u jispjegaw kemm- il karozza raw sakemm sabu dik li xtaqu u kemm kien interessanti l-vjaġġ lejn Malta. Ser ikun hemm dawk l-istejjer fuq is-sid ta' qabel u għalkemm uħud minn dawn l-istejjer ikunu fittizji, ikun dejjem interessanti tisma' kif vettura partikolari kienet għand xi anzjana u tużaha biss darba f 'xhar, li vettura oħra qattgħet ħajjitha ġo kunvent u li għal xi raġuni jew oħra, is-sorijiet xtraw din il-vettura meta ma kellhomx bżonnha jew kif is-sid l-antik kien iraqqad il-vettura fis- salott u beda jibki meta tahom iċ-ċwievet. Is-sabiħ ta' karozza użata huwa li kull karozza hija unika, għandha storja warajha u ma teżistix oħra bħalha. Meta tixtri karozza ġdida, tibda tara oħrajn identiċi f 'kull kantuniera u b'hekk is-sidien jibdew jaraw kif se jippersonalizzawhom b'xi aċċessorji jew modifiki. L-ikbar vantaġġ li għandha karozza użata huwa li irrelevantament minn kemm għandek flus x'tonfoq, b'dak l-ammont ta' flus, ser tixtri karozza ħafna isbaħ, tiġri iktar, lussuża iktar jew ta' ditta ifjen jekk din tkun użata. Waħda mir-raġunijiet prinċipali hi li l-mument li toħroġ il-karozza mix-'showroom' u ddur l-ewwel kantuniera, il-prezz jibda nieżel drastikament u fi ftit snin, il-valur ikun naqas b'diversi eluf. Karozza ġdida tibqa' ġdida għal ftit minuti biss. Mill-banda l-oħra, infakkar li wieħed irid jikkunsidra l-prezz biex iżomm il-karozza fit-triq ukoll u mhux biss biex jixtriha. Jekk tistaqsini x'nirrakomanda bejn karozza użata jew ġdida, tkun diffiċli li ntik risposta. Jiddependi minnek. Jekk inti jdejqek ir-riskju u trid karozza li sempliċiment twasslek mingħajr inkwiet, iżżanżana inti u tibbenefika minn xi skema tal-gvern nissuġerixxi li tmur għall-ġdid. Jekk inti dilettant tal-karozzi, kapaċi tgħaraf karozza ġenwina, tħobb l-individwalità, forsi tixtieq xi mudell partikolari li llum m'għadux isir u lest li tieħu riskju, mur għal waħda użata. F'idejk. Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 | illum Vetturi 23 Ingranat Ġdid jew użat? Andrew Pisani

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016