Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 | illum wara...qed jagħmel differenza? l-ippjanar kienu sseparati f 'żewġ Ministeri jfisser li 'l-Ministeru tal-Ambjent iddgħajjef u li għalhekk fir-realtà Herrera ftit li xejn għandu spazju fejn jimraħ.' (Aguis tkellmet fil- kapaċità tagħha u mhux f 'isem is-Civil Society Network) 'Herrera għandu r-rieda, imma jeħtieġ ikun iktar voċiferuż' Alan Deidun, bijologu, riċerkatur u eks kandidat tal-PN, huwa pożittiv dwar il-prospetti ta' Herrera, hekk kif ibbażati fuq dak li ġara s'issa. Mal-ILLUM Deidun jgħid li, "lili Herrera dejjem urieni li hemm element qawwi ta' rieda, anke jekk jaf li qed jiffaċċja ħafna fuq il-platt tiegħu.' Deidun jgħid li fil-fatt, il-Ministru preżenti huwa ħafna aktar attiv mill- predeċessur tiegħu, anke jekk Leo Brincat kellu ħafna għarfien f 'dan il- qasam. 'Meta tqis kollox, meta tqis il-linja ġenerali li qed tieħu l-Awtorità tal- Ippjanar, ngħaddi ġudizzju pożittiv, għax qed juri r-rieda li jbiddel.' Minkejja dan, Deidun iżid jgħid li jeħtieġ li Herrera jkun ħafna iktar voċiferuż u juri fejn ma jaqbilx. 'Jekk ma jaqbilx kif jew li jingħata permess partikolari, nemmen li għandu jitkellem u juri fehmtu, anke jekk mhux neċessarjament għandu l-poter dirett, għax l-awtorità ma taqax taħtu.' Deidun faħħar l-azzjoni ta' Herrera fuq il-każ tal- fish farms għalkemm qal li fejn jidħlu kontroversji l-Ministru qed iżomm 'il bogħod. "Għandu bżonn ikun aktar b'saħħtu f 'dawn il-kontroversji," jgħid Deidun. 'Nistennieh jieħu passi biex jirrestawra l-kredibbiltà tal-ERA' "Erba' xhur huwa żmien qasir wisq biex inkun nista' ngħaddi ġudizzju. Imma naħseb li l-ewwel u l-ikbar sfida li se jkollu huwa kif se jerġa' jirrestawra l-kredibbiltà tal-awtorita tal-ambjent li fit-twelid tagħha, diġà sofriet minn daqqa kbira fil- kredibbiltà tagħha." Hekk qal mal-ILLUM l-Idrologu Marco Cremona li sostna li jinsab diżappuntat bil-kwistjonijiet ta' 'Townsquare' u tal- Imrieħel. Imma x'qed jistenna li għandu jagħmel Herrera? 'Nistennieh jieħu azzjoni fuq proċedura li ntużat, mhux biss fuq dawn il- proġetti partikolari, imma fuq proġetti kollha ta' dan it-tip. Cremona iżda, iktar jidher li għadu rrabjat bid-deċiżjoni ta' Brincat li jitlaq milli qed jaħseb fil-prospetti li jista' joffri Herrera. 'Diżappuntanti ħafna, ħassejt jien, li Brincat li kien il-kelliem tal-PL għal ħafna żmien fuq dan il-qasam, li kien iddedika tant ħin għal dan is-suġġett u li kien qed jitkellem dwar il-ħolqien tal-ERA għal tant żmien, jitlaq mix-xena proprju meta l-istess ERA kienet se tibda topera.' Cremona temm jgħid li jeħtieġ li min jokkupa l-kariga ta' Ministru tal- Ambjent ikollu sens ta' kburija fix-xogħol li qed jagħmel. 'Irid jikkonvinċi lil Muscat li l-ambjent huwa importanti' Martin Galea DeGiovanni mill-għaqda Friends of the Earth jitfa' l-akbar piż fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat. "Iktar minn kollox," jisħaq mal- ILLUM, "jeħtieġ li Herrera jikkonvinċi lil Muscat li l-ambjent huwa importanti daqs jew iktar mill-flus. Fl-aħħar mill-aħħar, id- direzzjoni ġenerali tal- Gvern minn hemm ġejja." Imma Galea De Giovanni jaħseb li Herrera għandu personalità b'saħħitha biżżejjed biex jiffaċċja u jbiddel ħsieb Muscat u biex jkun vuċi b'saħħitha biżżejjed tal-ambjent? "Iva naħseb li kapaċi jkun b'saħħtu, jekk irid." Galea De Giovanni jgħid li mill-ewwel ftit laqgħat, jidher li Herrera jista' jħalli effett pożittiv. 'Sema' minnha fuq il-kwistjoni tal- użu tal-glyphosates użati fl-agrikoltura, u nnutajna passi fid-direzzjoni t-tajba wkoll. Imma, b'mod ġenerali kollox għadu l-istess fuq il-kwistjoni tal- art u l-iżvilupp." 'Qed inħoss l-istandards imorru lura' Lino Brigulglio, Ekonomista, li nhar il-Ħadd li għadda fuq il-gazzetta The Sunday Times sfida lid- Deputati Parlamentari tal- 10 Distrett biex jesprimu ruħhom fuq il-permess ta' Townsquare, qal li qed jinnota li l-istandards ambjentali sejrin lura. Minkejja dan, huwa ma xtaqx jgħaddi kummenti diretti dwar José Herrera għax qal li ma xtaqx jiffoka b'xi mod fuq individwu. Bħal m'għamel fuq Facebook, mal-ILLUM, Briguglio ssuġerixxa li l-PN għandu jaqta' linja u ma jaċċettax ċertu żvilupp meta ma jkunux rispettati l-proċessi kollha, jew esprimew lilhom infushom l-entitajiet kollha tal-Gvern. José Herrera...vuċi b'saħħitha jew bla vuċi? Alan Deidun Marco Cremona Martin Galea De Giovanni Lino Briguglio

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016