Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 24 Kummerċjali Ix-xarba tas-sajf: Aperol b'edizzjoni ġdida mhux limitata għas-sajf L-Aperol, l-aperitiv oranġjo ikoniku, qed iwasslilna sajf bla limitu bl-ewwel tikketta ta' edizzjoni mhux limitata. Fl-istess waqt li l-Aperol Spritz, l-aktar cocktail magħruf ta' din il-marka, qed ikompli jżid fil-popolarità madwar id-dinja, l-edizzjoni l-ġdida tiegħu għas-sajf qed tiċċelebra dan l-istaġun u s-saħħa tal-Aperol Spritz li jestendi l-atmosfera tas-sajf għat-365 jum tas-sena. It-tnedija tat-tikketta ta' din l-edizzjoni mhux limitata tas-sajf tirrifletti kif l-Aperol Spritz qed issir dejjem aktar ix-xarba ta' matul is-sena kollha, u kemm ma' kull qatra mmorru lura fil-memorja għal dawk il-waqtiet sajfin, divertenti u ta' mistrieħ, mal-ħbieb. Id-dehra l-ġdida tiġbor fiha dan is-'sens sajfi' f 'immaġni li tappella ta' tazza Aperol Spritz quddiem bajja. Xarba vibranti li tqanqal l-istil tal-ħajja Taljana – mis- siegħa tal-aperitiv sal-ikla ta' filgħaxija fil-pjazza – it-togħma unika tal-Aperol qiegħda testendi ruħha malajr madwar id-dinja. L-Aperol Spritz sar l-għażla naturali u qed jidher fil-paġni ta' quddiem tal-menus tax- xorb madwar id-dinja. Claudia Attard, Brand Executive tal-Aperol qalet li: "F'livell internazzjonali, l-Aperol Spritz saret l-għażla naturali fi nżul ix-xemx sajfija, u din ix-xarba qed tkompli ssir dejjem aktar popolari, tant li qed tkun imfittxija f 'kull post tul is-sena kollha. Il-messaġġ tas-'sajf f 'tazza' (summer in a glass) tal- edizzjoni mhux limitata tas-sajf jirrappreżenta kulma nassoċjaw ma' dan l-aperitiv oranġjo jixgħel, u jfakkarna li bi ftit Aperol Spritz inkunu qed induqu s-sajf!" L-edizzjoni mhux limitata tas-sajf issa tinsab f 'Malta fi fliexken ta' 70ċl. L-Aperol hu impurtat, irreklamat u mqassam minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited, membru tal-Grupp Farsons. Għaliex l-unika karozza li trid hija KIA Il-Kia f 'Malta nedew il- kampanja 'Only KIA!' biex jenfasizzaw il-qawwa tad-disinn tad-ditta u tal- prestazzjoni tal-karozzi KIA fil-klassijiet kollha tagħha. Il-KIA issa ilha żmien twil tikber b'rata għolja, kemm f 'dak li huwa bejgħ kif ukoll fil-kwalità li toffri fl- aħħar teknoloġiji, id-disinni aġġornati u l-esperjenza ta' sewqan mill-aħjar possibbli. Fil-fatt, ir-riċerka u l-kontribut kreattiv fid-ditta tul is-snin wasslu biex il-KIA issa hija waħda mill-aktar karozzi li rebħu premjijiet fil-qasam tal-karozzi. Aktar kmieni din is-sena, il-KIA Motors ġiet klassifikata l-ewwel fil-kwalità minn J.D. Power 2016 Initial Quality Study (IQS) li sar fl-Istati Uniti. L-istudju IQS evalwa kummenti minn konsumaturi dwar 33 ditta li jinbiegħu fl-Istati Uniti. Il-KIA marret tajjeb fil-mudelli kollha tagħha, biex b'hekk żgurat punti li kienu l-ogħla fil-klassifika għall-mudelli Sportage u Soul fil-kategoriji rispettivi tagħhom, kif ukoll klassifikazzjoni fl-ewwel tliet postijiet għar-Rio u s-Sorento. Il-fatt li l-KIA ġiet l-ewwel fl-industrija kollha għall- kwalità inizjali huwa riżultat ta' attenzjoni għad-dettall u t-titjib kontinwu għal dawn l-aħħar għaxar snin, u dan jirrifletti l-vuċi tal-konsumaturi tal-KIA, li finalment huma l-konferma aħħarija. Id-disinn tal-KIA, li huwa r-responsabbiltà tal-Kap Disinjatur Ewropew Peter Schreyer, rebaħ diversi premjijiet prestiġġjużi, li wħud minnhom jinkludu l-Premju għad-Disinn iF u dak tar-Red Dot. Dan ix-xogħol iebes qiegħed jiġi rifless f 'suċċess fil-bejgħ, fejn il-KIA qed tirreġistra tkabbir minn sena għall-oħra ta' aktar minn 15% - din hija l-aħjar ċifra li qatt kellha l-KIA u biha l-KIA baqgħet fi triqitha lejn il-kisba ta' sena rekord ta' bejgħ għall-2016. Il-qawwa tal-KIA tinkiseb permezz ta' karozzi ta' kwalità f 'kull klassi, mill-aktar vetturi ekonomiċi u kompatti li jippermettu mobbiltà u parkeġġ faċli, sal-aktar mudelli lussużi tal-iSportage, l-Optima u l-SUVs fil-verżjonijiet petrol u diesel, kif ukoll vetturi ibridi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u vetturi elettroniċi. Max-xiri ta' KIA, il-klijenti jiġu rassigurati li jkunu qed jagħmlu għażla tajba minn għadd ta' fatturi; il-premjijiet li rebħet id-ditta, id-disinn, l-affidabbiltà tal-kwalità u s-servizz ta' wara l-bejgħ b'sens ta' familja, fejn il-klijenti jiġu assigurati li jistgħu jserrħu rashom permezz tal-garanzija ta' 7 snin. Biex tikseb parir personali jew biex tagħmel test-drive ta' kwalunkwe karozza KIA ċempel fuq 2269 2120 jew żur is-sit www.kia.com/mt jew il-paġna Facebook Kia Motors Malta. 40 membru tal-BOV Club jirbħu mal-paġna ta' Facebook Grupp ta' membri tal-BOV Club kienu fost l-ewwel grupp ta' 40 student li rebħu kompetizzjoni li l-Bank of Valletta nieda fuq il-Paġna ta' Facebook tiegħu matul il-ġimgħat li għaddew. Il-kompetizzjoni bl-istampi kienet tikkonsisti f'erba' stampi relatati ma' isem jew post li l-parteċipanti kellhom jaqtgħu mill-ittri mogħtija. Kompetizzjoni ġdida tiġi mnedija kull ġimagħtejn, bl-ewwel għaxar tweġibiet korretti li jaslu mingħand membri tal-BOV Club jirbħu r-rigal għal dik il-ġimgħa partikolari. Meta tkellem mal-istudenti matul preżentazzjoni qasira, Charles Azzopardi, Kap tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta spjega, "Aħna nħossu li din il-fażi, meta wieħed ikun se jgħaddi għall-edukazzjoni post- sekondarja, hija stadju importanti fil-ħajja tal-istudent. Ħafna studenti jkunu qed jiftħu kont f'isimhom għall-ewwel darba f'ħajjithom. Għalina, dan huwa ż-żmien li fih nibdew insiru nafu lil dawn l-adulti żgħar, u nibnu relazzjoni ta' ħidma sinifikanti magħhom, li aħna nemmnu, tkompli titrawwem matul is-snin." Fir-rigward tal-kompetizzjoni, Azzopardi spjega li, "Ir-rwol tal-Bank of Valletta huwa ikbar minn dak li jkun fornitur tas- servizzi finanzjarji. Aħna nieħdu r-Responsabbiltà Korporattiva tagħna bis-serjetà, u nippruvaw ninfiltrawha fil-kultura tal- organizzazzjoni. Permezz ta' din il-kompetizzjoni, aħna nfittxu li nitfgħu dawl fuq aspetti oħra tal- involviment tagħna fil-komunità, li mhumiex speċifikament relatati mas-servizzi bankarji, imma huma parti integrali minn dak li aħna u mir-rwol tagħna fil- komunità." Il-Kompetizzjoni ta' Facebook tal-BOV Club se tibqa' għaddejja sa nofs Ottubru. Sadanittant it-tim tal-BOV Club qed iżur diversi skejjel madwar Malta u Għawdex, biex jgħin lill-istudenti fil-proċess tal-applikazzjoni, u jagħtihom ħarsa ġenerali tad- diversi benefiċċji li huma intitolati għalihom, filwaqt li jwieġeb kwalunkwe mistoqsija li jkollhom. L-istudenti jistgħu jagħżlu li japplikaw jew li jġeddu s-sħubija tagħhom billi jżuru kwalunkwe fergħa tal-BOV jew jagħmlu appuntament permezz tas-sit tal-bank. Emirates tippremja lill-FCM Travel Solutions Malta Emirates ippremjat lill-FCM Travel Solutions Malta bħala l-aqwa Corporate Sales Agent għar-riżultati li nkisbu matul is-sena 2015/2016. Imwaqqfa fl-1991, FCM Travel Solutions hi waħda mill-kumpaniji ewlenin fl-immaniġġjar tal- ivvjaġġar f'Malta b'uffiċini f'Birkirkara, il-Mosta, Valletta u ir-Rabat Għawdex. Il-kumpanija toffri livell uniku ta' servizz personalizzat u professjonali, u b'attenzjoni għad-dettall 24 siegħa kuljum. FCM Travel Solutions toffri wkoll firxa wiesa' ta' servizzi tal-ivvjaġġar bi valur miżjud. Emirates, konettriċi globali ta' nies u destinazzjonijiet, inawgurat is-servizzi tagħha lejn Malta fl-1998. Il-linja tal- ajru ittir lejn 'il fuq minn 150 destinazzjoni f'sitt kontinenti, u topera titjira skedata kuljum bejn Malta u Dubaj bl'ajruplan Boeing 777-300. Il-Maniġer tal-Emirates għal Malta Paul Fleri Soler jippreżenta l-premju Corporate Sales Award

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016