Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 | illum Sports 33 jkomplu fejn ħallew -istaġun li għadda tista' tqishom bħala offiżi. Intant, matul l-aħħar suq ta' trasferimenti, PSG, akkwistaw lil Jese mingħand Real Madrid, Thomas Meunier mingħand Club Brugge, Hatem Ben Arfa mingħand Nice, Grzegorz Krychowiak mingħand Sevilla u Giovanni Lo Celso mingħand Rosario Central. Min-naħa l-oħra, huma tilfu s-servizzi ta' Zlatan Ibrahimovic li ngħaqad ma' Manchester United, Gregory van Wiel li ngħaqad ma' Fenerbahce, Yakou Meite li ngħaqad ma' Reading u David Luis li rritorna mat-tim ta' Chelsea. Barra minn hekk, wara li fl-istaġun li għadda Lucas Digne ġie misluf lil Roma, PSG reġgħu għażlu li jsellfu lil dan il-plejer, din id-darba lill-ġganti Spanjoli ta' Barcelona. Min-naħa l-oħra, meta waslu fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat bl-istess punti, kulħadd stenna li ħa jibqa' kollox kif inhu, iżda l-istorja ta' PSV Eindhoven u Ajax ma spiċċatx kif kulħadd basar fl-Olanda. Il- protagonisti ta' din l-istorja ma kienu l-ebda minnhom it-tnejn, iżda t-tim meqjus bħala wieħed żgir ta' De Graafschap. Fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat, iż- żewġ timijiet waslu bl-istess total ta' punti, 81 punt. F'dik is-sitwazzjoni, Ajax kienu joħorġu rebbieħa tal-kampjonat minħabba d-differenza ta' gowls li kienet superjuri għal dik ta' PSV. Kollox beda kif mistenni, biż-żewġ ġganti tal-futbol Olandiż jiftħu l-iskor u jiddominaw il-logħbiet rispettivi tagħhom, iżda hekk kif daqqew il-55 minuta, seħħ l-inaspettabbli. Iż-żagħżugħ Olandiż ta' 22 sena, Bryan Smeets, ikkalkula l-mument perfett sabiex jiskorja l-ewwel gowl tiegħu fil- kampjonat, meta ġab id- draw għat-tim tiegħu. Ftit minuti wara, PSV issiġillaw ir-rebħa bit- tielet gowl u minn hemm, il-mumenti drammatiċi ma waqfux hekk kif Ajax kellhom iċ-ċans issa biex jerġgħu jmorru minn fuq, iżda qatt ma rnexxielhom jikkapitalizzaw. Dan kien it- tieni kampjonat konsekuttiv għat-tim minn Eindhoven u l-aħħar wieħed bl- isponsor Philips, li drajna nassoċjawhom mal-istess klabb mill-Olanda. Jidher li l-waqfa xitwija li għamlu f 'Malta, lura f 'Jannar li għadda, switilhom tajjeb, għaliex minn dakinhar 'l hawn, huma rebħu kull logħba ħlief għal draw ta' 1-1 kontra Hereenven u t-telfa xejn mistennija kontra Ajax ġewwa darhom, bl-iskor ta' 0-2, fejn kien hemmhekk li Ajax qabżu fil-quċċata tal-klassifika. Mingħajr dubju, l-attakk tagħhom lagħab parti fundamentali f 'dan is-suċċess, fejn ġew skurjati total ta' 88 gowl maqsumin bejn sitt plejers. L-attakkanti Maxime Lestienne u Florian Jozefsoon skorjaw gowl kull wieħed, Luciano Narsingh sab ix-xibka tmien darbiet, Gaston Pereiro skorja 11-il darba mentri l-captain u l-bandiera tat-tim, Luuk De Jong, skorja total ta' 26 gowl. Ta' min jinnota wkoll, li fl-attakk ifforma parti wkoll iż-żagħżugħ, Steven Bergwijn, li niftakruh jirbaħ il-premju tal-aqwa plejer fil-Kampjonati Ewropej ta' taħt is-17-il sena li saru fl-2014 ġewwa gżiritna stess. Fattur importanti għat-tim immexxi mill- kowċ Phillip Cocu, kien l-akkwisti ta' Marco Van Ginkel, li f 'Jannar li għadda ingħaqad magħhom wara l-esperjenza qasira ma' Stoke City u deher li ssettilja mal-ewwel, anke għall-fatt li lagħab 13-il partita u skurja tmien gowls. Statistika ferm impressjonanti li turi kemm PSV huwa tim li jattakka ħafna, anke għall-fatt li t-timijiet fil-Kampjonat Olandiż mhumiex ta' kalibru biżżejjed biex iwaqqfu dan id-dominju. Fit-tim ta' PSV hemm ħafna plejers ta' età żgħira u jidher li l-futur ta' PSV huwa fdat fi plejers ta' livell importanti li kapaċi jiktbu l-istorja ta-tim ta' PSV. Intant, matul l-aħħar suq ta' trasferimenti, PSV Eindhoven akkwistaw lil Daniel Schwaab mingħand VFB Stuttgart u Hidde Jurjus mingħand De Graafschap, waqt li tilfu s-servizzi ta' Jeffrey Bruma li ngħaqad ma' Wolfsburg fil-Ġermanja, Hjortur Hermasnnsson li ngħaqad ma' Brondby fin-Norveġja, u Stijn Schaars li baqa' jilgħab fl-Olanda, iżda ngħaqad ma' Heerenveen. It-tim ta' PSG Galea fi l-klassifi ka ġenerali minuti. Fit-tieni tellieqa huwa spiċċa fil-ħames post f 'ħin ta' 16.50 minuti u fit-tielet tellieqa reġa' spiċċa fil-ħames post imma kabbar il-vantaġġ fuq l-eqreb rivali tiegħu f 'ħin ta' 16.46 minuti. Wara Galea spiċċaw Matthew Cutajar u Shaun Galea rispettivament. Ikkuntatjat minn din il- gazzetta wara din it-tellieqa, Galea qal li jinsab ferħan ħafna li rebaħ dan is-serje għax kienet rebħa li ma kienx qed jistenna peress li bħalissa mhux qiegħed fl- aqwa forma tiegħu. Avolja rebaħ, huwa saħaq li jrid jibqa' jżomm saqajh mal-art għax il-ħinijiet huma naqra 'l bogħod mill-aqwa ħin tiegħu fuq din id-distanza imma jinsab fiduċjuż ħafna li 'l quddiem huwa jirexxielu jilħaq l-għanijiet tiegħu. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa xtaq jirringrazzja lill-kowċ tiegħu, Ivan Rozhnov, lill-familja kollha tiegħu, lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Cycling Malta, Jaycee Malta, Team Barry Malta International Challenge Marathon, Lucida Laundry, DGtri. com, Mochika Outdoor Life, Starbene 24/7, lill- klabb tiegħu Birkirakra St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation, lill-Kumitat Olimpiku Malti u lil SportMalta tas-sapport kontinwu li jtuh. Huwa xtaq jirringrazzja wkoll b'mod speċjali lill-mara tiegħu Elizabeth tas-sapport kbir li hija ttih kontinwament. Keith Galea fuq il-podju -ewwel post l-Birkirkara St Joseph 5km Runnning Series

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016