Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

minn Ruben Anthony Xuereb ILKUNSILLIER ta' Marsaskala, Charlot Cassar ressaq mozzjoni li tissuġġerixxi li l-art fejn bħalissa tinsab l-eks lukanda Jerma, għandha tinxtara mill-Gvern f 'Ottubru li ġej, meta mistenni l-bejgħ ta' din l-art, sabiex tingħata lura lil-lokalità ta' Marsaskala u tinbidel fi spazju pubbliku miftuħ. Is-sindku ta' Marsaskala stess, flimkien ma' numru ta' negozjanti minn Marsaskala jemmnu li sabiex it-turiżmu u n-negozju jerġa' jifjorixxi f 'Marsaskala, m'hemmx għażla ħlief li terġa' tinbena lukanda. Cassar u r-residenti Skalin li tkellem magħhom hu, jaħsbuha mod ieħor. 'In-negozju jmur għall- aħjar…' L-ILLUM tkellmet ma' numru ta' sidien ta' bars u ristoranti max-xatt ta' Marsaskala u staqsiethom x'jaħsbu dwar il- proposta ta' Cassar li flok il-Jerma, jerġa' jkun hemm spazju miftuħ għall- pubbliku. "Jekk terġa' titla' lukanda, in-negozju jmur għall-aħjar żgur," stqarr ma' din il-gazzetta sid ta' bar li ilu miftuħ sa miż- żmien li l-Jerma kienet fl-aqwa tagħha fis-snin 80. "Lukanda iġġib in-nies, u n-nies jinżlu jgawdu x-xatt ta' Marsaskala u jiġġeneraw negozju għalina." L-istess sid tal-bar stqarr li l-proposta ta' Cassar mhux realistika għax aħna ngħixu f 'pajjiż iddettat mill-kummerċ u l-Gvern mhux se jonfoq l-€20 miljun li tiswa l-art tal-Jerma, sempliċiment biex itiha lill- poplu… 'Kulħadd jista' joħroġ rebbieħ…' Vince Zahra, sid ta' bar ieħor max-xatt, ukoll qal li jemmen li għanda titla' lukanda, għax din tiġġenera xogħol għal kulħadd, bħalma kienet tiġġenera l-Jerma stess meta kienet miftuħa. Zahra spjega lil din il- gazzetta li f 'din is-sitwazzjoni, kulħadd jista' joħroġ rebbieħ jekk il-Gvern ma jarax biss l-aspett ekonomiku, iżda jħares ukoll lejn il-ġid tal-lokal u tar- residenti. Huwa sostna dan billi qal li "l-post fejn kien hemm il-Jerma, ma jidhirx ikrah jekk fuqu terġa' titla' lukanda sabiħa…sakemm din tinbena b'mod li jirrispetta l-madwar." Zahra saħaq li l-ballun huwa f 'saqajn il-Gvern li jimponi fuq min jixtri l-art li jekk terġa' tinbena lukanda, ma tkunx ta' għoli esaġerat jew ta' xi għamla jew kulur li jistona mas-sbuħija tax-xatt. "Jekk vera jrid juri li jaħseb għar- residenti wkoll, min jibni l-lukanda għandu jkun marbut li jirranġa żona pubblika u ma jillimitax l-aċċess għall- baħar" temm jgħid Zahra. Xieraq li jkun hawn lukanda fin-naħa t'isfel Stefano Cesarea, Taljan li jgħix Marsaskala stess u sid ta' kafetterija, innota b'dispjaċir kemm in-naħa t'isfel ta' Malta, speċjalment post b'potenzjal bħalma hu Marsaskala, għandu nuqqas qawwi ta' żvilupp turistiku, allura jemmen li jkun xieraq li tinbena lukanda sabiex it-turisti jkollhom għażliet differenti minn San Ġiljan u San Pawl il-Baħar. Cesarea qal ukoll li jemmen li l-Gvern Malti għandu jkun għaqli u jinvesti sew biex jiġbed lit-turist lejn in-naħa t'isfel. Huwa kkummenta li bħala persuna mhux Maltija, ma jkunx qiegħed ideffes politika fin-nofs jekk jgħid li l-iżvilupp tal-AUM fiż-Żonqor mhux se ġġib ebda turiżmu u lanqas negozju, iżda se tkun biss ta' detriment għal-lokalità, minħabba li se jitlef żona sabiħa li kellha tiġi żviluppata biex tiġbed lit-turisti, minflok issir dormitorju ta' Università barranija. Għaldaqstant, sostna t-Taljan, il-Gvern għandu 'dejn' ma' Marsaskala li għandu jsarraf f 'investiment 'reali'. 'Minkejja li din proposta sabiħa għar-residenti, mhix prattika…' L-ILLUM tkellmet ukoll ma' aġent tal-propjetà li huwa wkoll residenti Marsaskala stess. Huwa stqarr li bħala resident, fil-fond ta' qalbu, jixtieq li ż-żona tinbidel f 'park pubbliku, b'aċċess komdu u nadif għall- baħar…iżda "minkejja li din hija proposta sabiħa għar- residenti, mhix prattika…" Bħala aġent tal-propjetà, huwa saħaq li wisq probabbli skont il-kuntratt oriġinali, l-art ma tistax taħrab mir-rabta li fuqha trid bilfors tinbena lukanda oħra. "Jekk jinbena kumpless ta' lukanda u appartamenti, kull tip ta' negozju jiżdied, mhux biss dak tal-bejgħ ta' propjetà" 'It-turiżmu mhux b'lukanda biss iġġibu' F'kuntatt li din-gazzetta għamlet ma' Charlot Cassar stess, huwa spjega li filwaqt li jista' jifhem li sidien ta' negozji se jħarsu l-ewwel lejn il-kummerċ, bħala kunsillier huwa jħares aktar lejn ir-rieda ta' madwar 12,000 resident li hemm fil-lokalità, li skont hu, il-maġġoranza tagħhom jippreferu li jerġgħu jaraw il-kosta ta' Marsaskala ħielsa minn kull tip ta' bini u mibdula fi spazju pubbliku li jitgawda minn kulħadd. Cassar spjega kif m'hemmx bżonn tinbena lukanda biex tattira t-turiżmu lejn Marsaskala. Huwa saħaq li bħalissa, il-Gvern għandu opportunità unika u ta' darba biex jixtri l-art hu u jroddha lura lill-poplu u flok iħares biss lejn l-aspett finanzjarju, minflok jinvesti fil-poplu u fil-lokalità. Cassar jemmen li "jekk tinbena lukanda jew appartamenti, il-poplu ta' Marsaskala mhu se jgawdi xejn, anzi se jiżdiedulu l-problemi diġà kbar, tat-traffiku u l-parkeġġ u inkonvenjenti kbar tul iż-żmien tal-kostruzzjoni. "Marsaskala għandha bżonn żvilupp sostenibbli li jħares l-ambjent u l-interessi tar- residenti filwaqt li jiġbed turiżmu ġdid ta' benefiċċju għal-lokal," stqarr Cassar. "Iktar minn hekk," temm jgħid Cassar, "il-poplu jerġa' jibda jgawdi b'xejn il-ġmiel naturali li toffri din iż-żona, ġmiel li ilu mċaħħad minnu għal snin twal." Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 | illum SEJĦA GĦALL-OFFERTI Bħala parti mill-proġett JUST/2014/RGEN/AG/GEND/7785 – 'Equality Beyond Gender Roles' – il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) qed tniedi sejħa għal sottomissjonijiet għall-provvediment ta': REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: DT-NCPE/07/2016 TITLU TAL-OFFERTA: Provvediment ta' Postijiet u Ikel li parzjalment ġejjin minn sorsi organiċi għall- Proġett JUST/2014/RGEN/AG/GEND/7785 – Equality Beyond Gender Roles Mistoqsijiet għandhom jintbagħtu fuq is-sistema elettronika e-PPS sa mhux aktar tard mill-Ħamis 15 ta' Settembru 2016 sa 12:00pm. Hawn ir-referenza tal-pubblikazzjoni u t-titlu tal-offerta għandhom jiġu speċifikati. Laqgħa ta' kjarifika se ssir it-Tlieta 6 ta' Settembru 2016 fil-10:00am fl-uffiċċju tal-NCPE. Is- sottomissjonijiet jintlaqgħu direttament fuq is-sistema elettronika e-PPS https://www.etenders.gov.mt/epps/home.do sa mhux aktar tard mill-Ħamis 22 ta' Settembru 2016 fil- 11:00am. NCPE, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda, HMR 9010 Tel: 2590 3850 Fax: 2590 3851 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (2014-2020) Proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja Rata ta' ko-finanzjament: 80% fondi ewropej; 20% fondi nazzjonali In-negozjanti ta' Marsaskala favur żvilupp fuq is-sit tal-Jerma… Iżda r-residenti jippreferu l-art terġa' ssir spazju pubbliku miftuħ skont il-Kunsillier Nazzjonalista Charlot Cassar Il-Kunsillier Nazzjonalista Charlot Cassar issuġġerixxa biex l-art fejn hemm il-Jerma ssir spazju pubbliku miftuħ Ix-xatt ta' Marsakala

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016