Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 Aħbarijiet 10 Razza ta' klieb 'kattiva' Kelb wieħed salvaġġ ma jfissirx li r-razza kollha hija hekk, l-akbar tort ikun ta' trobbija ħażina minn Ruben Anthony Xuereb IR-RAZZA ta' klieb Mastiff Arġentini jħobbu jilagħbu, jieħdu ħsieb u jipproteġu t-tfal. Jingħad li bħala razza, iħobbu jitfissdu u jbusu. Magħrufin bħala 'Dogos', dawn il-klieb għandhom bżonn taħriġ konsistenti iżda pożittiv sa minn età żgħira…u mhumiex razza adatta għal kulħadd. Fid-dawl tal-attakk sfortunat li ġarrbet mara mill-Gzira l-ġimgħa li għaddiet minn erbat iklieb tar-razza Dogo Argentino (Argentinian Mastiffs), l-ILLUM tixtieq titfa' dawl fuq il-fatt li l-imġiba vjolenti u ħażina ta' ċertu klieb partikolari, ma tfissirx li r-razza tagħhom, jew kwalunkwe razza oħra hija waħda vjolenti jew kattiva. F'dan il-każ partikolari, anke l-MSPCA jemmnu li meta kelb juri mġiba vjolenti u agressiva lejn bniedem, sfortunatement m'hemmx mod ieħor ħlief li dan jitraqqad. Minkejja dan, ma jfissirx li kull kelb ta' dik ir-razza partikolari huwa salvaġġ jew vjolenti u għaldaqstant tibda xi persekuzzjoni fuq razez partikolari. "F'sena jingidmu ħafna aktar nies minn klieb żgħar bħal chihuahua u poodles milli minn pitbulls u mastiffs, iżda minħabba d-daqs ta' dawn tal-aħħar, huma jispiċċaw fl-aħbarijiet…" Din il-gazzetta tkellmet ma' Chris Pace, behaviour advisor u tranier tal-klieb fi ħdan l-MSPCA li spjega li mġiba vjolenti fil-klieb mhix xi ħaġa marbuta mar-razza, iżda hija kompletament riżultat tat-trobbija u Fl-ewwel seba' ġimgħat tal-ħajja ta' ġeru, il-'breeder' huwa respon- sabbli mill-ewwel taħriġ li jifforma l-karattru u t-temperament tal- kelb. • Sas-seba' ġimgħa ta' ħajtu, il-ġeru jrid ikun diġà ltaqa' u jkun kunfidenti fil-kumpanija ta' rġiel, nisa, tfal, klieb oħra li mhux ħutu u annimali oħra • Il-ġeru jrid ikun dera jisma' ħsejjes bħal alarms, qniepen, sireni u murtali, sa minn età ta' ftit ġimgħat sabiex ma jibżax minnhom meta jikber • Wara li l-ġeru jkun imlaqqam, dan għandu jinħareġ barra sabiex jissoċjalizza man-nies u mal-ambjent ta' barra Il-'Puppy Plan' Mastiff Argentino kwieta u mansa tiltaqa' ma ġurnalist tal-ILLUM Każ wieħed iżolat Meta l-Ħadd 28 ta' Awwissu, mara ta' 70 sena mill-Gżira ġiet attakkata minn erba' Mastiff Arġentini, il-mara ttieħdet l-Isptar fejn ġiet iċċertifikata li kienet qed issofri minn grieħi ta' natura ħafifa. Sid il-klieb se jiġi mressaq il-Qorti b'diversi akkuzi fil-konfront tiegħu rig- ward dan il-każ. Il-klieb involuti fl-attakk ġew imraqqda dakinhar stess mill-Uffiċjali tal- Animal Welfare bil-kunsens tas-sid stess. Skont il-liġi dwar it-Trattament tal-Annimali, is-sid huwa responsabbli għaż-żamma u għall-imġiba tal-annimal tiegħu. Titnieda Motors Inc. b'firxa kbira ta' ditti ta' Merġer b'għeruqu fil-wirt, il-valuri u l-eċċellenza MOTORS Inc. hija l-kumpanija ġdida li nħolqot bl-amalgamazzjoni ta' Cars International u Pater Holding. Is-sidien ta' Cars International huma Tum Invest Group u United Group, filwaqt li Pater Holding huma s-sidien tal- UCIM, Meridian Enterprises u l-Waldorf Auto Services. L-ishma ta' din l-intrapriża konġunta ġdida issa huma maqsuma b'mod indaqs bejn Pater Holding, Tum Invest u l-United Group u se tkun tirrappreżenta firxa ta' ditti li jinkludu l-Alfa Romeo, Fiat, Fiat Professional Vehicles, Hyundai, Iveco, Jeep, Kia, Opel, Saab, DFM u Waxoyl. Il-saħħa tal-għaqda f 'Motors Inc. se jipprovdi opportunità kbira biex jintużaw bl-aħjar mod possibbli l-potenzjal tat- talent tal-impjegati speċjalizzati, l-effiċjenza fl-operat u valur akbar għall-flus. "Flimkien, aħna naqsmu wirt u rikkezza kbira ta' esperjenzi li akkumulajna tul is-snin. Dan l-isforz u r-riżorsi prezzjużi magħqudin flimkien jagħmluna b'saħħitna u jpoġġuna f 'pożizzjoni biex nagħtu lil kull xerrej tal-karozzi offerta wiesgħa li ma titqabbel ma' xejn aktar minn fost il-klassijiet kollha tal-karozzi," qal Edmund Gatt Baldacchino, Direttur tal-United Group. "L-eċċellenza tagħna hija bbażata fuq l-affidabbiltà, il-fiduċja u s-servizz personalizzat lill- konsumaturi. Aħna nemmnu li dan it-tisħiħ tal-punti qawwijin tagħna se jgawdu minnu l-konsumaturi, kif ukoll il-pożizzjoni fuq quddiem nett tal-organizzazzjoni tagħna fis-suq Malti. Se tikber ukoll iż-żieda fl-opportunitajiet ta' avvanz fil-karriera tal-impjegati speċjalizzati tagħna, li t-total tagħhom issa jammonta għal aktar minn 75 persuna mqassmin fis-setturi kollha tal-operat." Apparti l-firxa ta' ditti li tirrappreżenta, Motors Inc. se tispikka b'mod partikolari għas-servizz ta' wara l-bejgħ. "Illum il-ġurnata, in-nies ma tantx għandhom ħin, għalhekk ikunu jridu s-serħan tal-moħħ u l-kumdità, irrispettivament minn kemm ikunu jistgħu jonfqu biex jixtru karozza," qal Anthony Fenech, Direttur ta' Tum Invest Group. "Hekk kif isiru sidien, iridu ras mistrieħa li jekk il-karozza jkollha bżonn service, huma jistgħu jkomplu b'ħajjithom mingħajr xkiel u bl-inqas inkonvenjent, u fejn il-problema tagħhom tiġi indirizzata fl-iqsar ħin possibbli." "Id-distinzjoni ta' Motors Inc. tinsab fil-fatt li s-sistema kollha tieħu ħsieb lill-klijenti mill-ewwel darba li dawn imissu mal-kumpanija u d-ditti tagħha, sa meta jmorru jesperjenzaw huma stess kull karozza li jixtiequ permezz ta' test-drive, kif ukoll fl-għajnuna li jingħataw biex jieħdu deċiżjoni fl-għażla tal-karozza t-tajba skont il-ħtiġijiet, l-istil ta' ħajja, buthom, u bl-offerta ta' part-exchanges u termini ta' pagament flessibbli," qal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016