Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 Aħbarijiet 8 José Herrera: Erba' xhur wara...qed Erba' xhur mill-ħatra tiegħu bħala Ministru tal-Ambjent, Herrera qed jagħmel di erenza? Se jkun il-vuċi li l-ambjent għandu bżonn l-Kabinett? L-ILLUM tistaqsi... minn Albert Gauci Cunningham JEKK ħafna jaqblu li f 'diversi oqsma l-Gvern preżenti qed jikseb suċċessi kbar jew moderati, żgur li qed jinbena kunsens li fejn jidħol l-ambjent, speċjalment fil-qasam tal- iżvilupp, l-ippjanar u l-użu tal-art, ftit li xejn jidher li Gvern Laburista qed jikseb wisq ammirazzjoni. Mill- kwistjoni tal-Università Amerikana mibnija fuq art barra ż-żona tal-iżvilupp (ODZ) għall-formazzjoni tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), sal- permessi għal torrijiet f 'diversi żoni fil-pajjiż u numru kbir ta' permessi oħrajn ta' bini. Dawn kollha qajmu l-għagħa u r-rabja ta' mijiet ta' nies li l-ambjent u l-wirt naturali ta' pajjiżna huwa għal qalbhom. Fil-fatt s'issa, dan il-Gvern għadu ftit li xejn iffaċċja reżistenza mis-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali, forsi għax għajr għal kwistjonijiet iżolati, ftit li xejn kien hemm il-bżonn li tinħoloq reżistenza. B'mod ġenerali, il-pajjiż għaddej minn kwiet u paċi industrijali. Fil-każ tal-ambjent iżda, r-reżistenza kienet waħda pjuttost qawwija u kontinwa, anke jekk ippumpjata politikament mill-Opożżizzjoni Nazzjonalista. Kienet iddirezzjonata, l-ewwel u l-aktar, lejn il-Prim Ministru Joseph Muscat, iżda wkoll diretta lejn l-eks Ministru Leo Brincat, li minkejja l-għarfien li għandu f 'dan il-qasam, speċjalment fit-tibdil tal- klima, politikament deher pjuttost dgħajjef. Fil-verità Brincat kien iktar jixraqlu t-titlu ta' tekonokratiku milli politiku, għax politikament ħalla l-ambjent mingħajr vuċi. F'nofs tempesta metaforika ta' kitba, kritika, protesti u saħansitra riżenja tad- Deputata Marlene Farrugia, parzjalment minħabba l-kritika voċifera tagħha fuq kwistjonijiet ambjentali, jidħol fix-xena José Herrera. Politiku li qatt ma kien b'xi mod assoċjat mal-ambjent u li ftit li xejn, jekk qatt, kien tkellem dwar is- suġġett. Fil-famuż 'reshuffle' fl-eqqel tal-kriżi 'Panama', kulħadd stenna lil Godfrey Farrugia, ħafna iktar voċiferu fil-qasam, biex jieħu taħt idejh il-Ministeru tal-Ambjent. Il-fatt li ma ġarax hekk, għamel il-ħatra ta' Herrera waħda aktar stramba f 'għajnejn bosta. Illum, Herrera ilu fil- kariga erba' xhur. Uħud jgħidu li huwa żmien qasir wisq filwaqt li oħrajn jaħsbu li huwa żmien biżżejjed biex ikollna l-ewwel indikazzjoni ta' kemm jista' jagħmel differenza. Minkejja li m'ilux wisq Ministru, l-erba' xhur tiegħu fil-kariga ma kinux neqsin mill- kontroversja, l-aktar dik tal-bini għoli u l-permess li ngħata f 'Tas Sliema u l-Imrieħel, il-kritika lejn Awtorità tal-Ambjent "bla snien", il-ħmieġ mill-'fish farms' fl-ibħra u anke n-nuqqas ta' strateġija ċara fejn jirrigwarda l-ambjent. Dwar il-'fish farms' kien hemm ċaqliq pożittiv lejn teħid ta' azzjoni, dwar il- bini għoli iżda, mingħand Herrera ftit li xejn għadna smajna. L-ILLUM tkellmet ma' numru ta' individwi li għandhom fiċ-ċentru ta' ħidmiethom jew diskorshom l-ambjent. L-ILLUM talbithom biex jgħaddu l-ewwel ġudizzju politiku tagħhom fuq Herrera. Staqsiethom jekk, fl-ewwel xhur tiegħu, Herrera hux qed jibda jagħmel differenza pożittiva f 'dan is-settur u jekk jaħsbux li waħdu jista' jerġa' jirrestawra ftit mill- immaġini mġarrfa ta' dan il-Gvern fil-qasam tal- ambjent. 'Herrera ftit għandu saħħa biex jagħmel differenza' Monique Aguis, membru tas-Civil Society Network u wiċċ li issa sar familjari ma' dawk li niżlu fit-toroq biex jipprotestaw u jsemmgħu leħinhom kontra l-qerda tal-ambjent, tgħid mal- ILLUM li effetivament, il-bidla Ministerjali ftit li xejn għamlet differenza. 'U lanqas nara li se tagħmel xi differenza kbira, għax ħafna mill- kwistjonijiet li jolqtu l-ambjent direttament lanqas biss qegħdin taħt id- direzzjoni ta' Herrera.' Aguis sostniet li ħafna mill-problemi li qed jaffetwaw l-ambjent illum huma marbutin mal- Awtorità tal-Ippjanar 'u mal-fatt li l-Awtorità tal- Ambjent u Riżorsi hija bil- wisq inqas b'saħħitha.' Għall-mistoqsija tal- ILLUM, Aguis taqbel li l-fatt li l-ambjent u Monique Aguis Mill-permessi għat-torrijiet, akkużi ta' Awtorità tal-Ambjent 'mingħajr snien' u ftit li xejn miżuri għal iktar afforestazzjoni. José Herrera se jagħmel differenza?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016