Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 | illum bidla fir-regolamenti tal-futbol dinji Sports 35 li ngħata r-responsabbiltà ta' Direttur tar-Refereeing madwar l-Ewropa. Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nifraħ lill-MFA fosthom lill- istess Kap tad-Dipartiment tar- Referis fi ħdanha, Kevin Azzopardi, tal-organizzazzjoni mill-aqwa ta' seminar ta' tlett ijiem li ġie organizzat fil-ġimgħat li għaddew f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan. Kemm taħseb li referi jkun waħdu waqt il-partita? Referi jkun waħdu waqt partita, dak huwa fatt. Qisu qiegħed f 'xi sport individwali, bħalma huwa t-tennis jew l-atletika. Infatti, wieħed biex ikun referi jrid ikun b'karattru b'saħħtu u anke mentalment preċiż f 'dak kollu li jagħmel. Filmat partikolari juri lilek tirreffja b'mikrofonu u jinstemgħu xi plejers jitkellmu ħażin. X'tikkummenta fuq dik il-logħba partikolari? Nemmen li dak kien ġurnaliżmu fjakk, għaliex minflok kien ibbilanċja bejn filmati ta' deċiżjonijiet tajbin u ħżiena, iffoka biss fuq dawk ħżiena. X'tikkummenta fuq l-iżvilupp tal- ktieb tiegħek li jiġbor fih il-'Laws of the Game' u li jinkludi l-aħħar żvilupp, emendi u bidliet fir-regoli tal-logħba tal-futbol? Ħdimna fuqu u nistgħu ngħidu li issa għamilnieh ktieb aċċessibli għal kulħadd sabiex kulħadd jifhmu mal- ewwel u jkun aġġornat mar-regola tal-logħba. Dan huwa mument ferm importanti għall-futbol mondjali. Il-logħba tal-futbol tirrikjedi mhux biss referis tal-ogħla livell, iżda wkoll referis konsistenti. Din mhux se tkun ħaġa faċli għar-referis, l-aktar minħabba l-fatt li kien hemm 95 bidla fir-regolamenti tal-logħba, iżda bl-għajnuna tal-klabbs kollha nvoluti li huma mistennija li jispjegaw dawn il-bidliet lill-plejers li jimmilitaw fi ħdanhom, m'għandux ikun hemm problemi kbar f 'dan ir-rigward. Iddeskrivi l-irwol tiegħek bħala chairman fi ħdan ir-referis tal- Premier League fl-Ingilterra. L-FA Ingliża għandha l-irwol li tappunta r-referis għall-impenji internazzjonali, mentri aħna ninkarigaw ruħna mill-appuntamenti tal-Premier League sal-Football League. Ta' min isemmi wkoll, li l-ammont ta' referis jew assistenti referis professjonali qiegħed jikber, avolja rridu naħdmu iżjed f 'dan il- qasam. X'tikkummenta dwar ir-referis Ingliżi Martin Atkinson u Mark Clattenburg? Huma żewġt iħbieb kbar tiegħi waqt li huma fost l-aqwa referis fid- dinja. Riċentament, irnexxielhom jirreffjaw finali ta' kompetizzjonijiet fi ħdan il-UEFA u l-FIFA u nemmen li dan kollu huwa anke grazzi għall-kompetittività li għandhom bejniethom. Huma żewġ referis bi stili differenti iżda jafu li dejjem għandhom ċans jirreffjaw xi ħaġa importanti u awtomatikament, jgħollu l-livell tagħhom. Ħafna jsostnu li inti kont taħdem kontra u anke favur Mark Clattenburg. Żewg perspettivi differenti. Liema hija l-verità? Jien naħdem biss għall-akbar ġid tar-referis fl-Ingilterra ovvjament, jiġifieri favuri jew żvantaġġi ma nagħmel lil ħadd u ma' ħadd! X'tikkumenta fuq l-eks referi Ingliż, Howard Webb? Naħseb li Howard Webb kien pedina importanti għalina għall-fatt li ispira ħafna żgħażagħ sabiex jibdew din it-triq ta' referis. Ironikament, ġabha xi ħaġa 'sexy' li tkun referi u ta' dan, nirringrazzjawh ħafna. Riċentament, smajt esponenti tal- futbol mondjali fosthom persuni ta' ċertu portata jgħidu li biex tkun referi, trid tkun miġnun. Int kif tirribatti dan? Ħafna jaħsbu hekk, għaliex referi mhuwiex irwol faċli. Però mbagħad, jekk tħares ftit madwarek, tara kemm hawn xogħlijiet li huma iżjed difficli, bħalma huma pulizija u għalliema per eżempju. Għaddi messaġġ finali liż-żgħażagħ li jixtiequ jibdew din it-triq ta' referi. Il-messaġġ tiegħi huwa li r-refereeing jgħinek ħafna, speċjalment bħala karattru. Ftit ilu kont fin-Norveġja, fejn ħdimna fuq il-UEFA Core Programme u smajt ħafna kummenti pożittivi fuq kemm iż-żgħażagħ qegħdin jitjiebu anke fl-aspett ta' karattru permezz tar- refereeing. Twieled f 'Dover, l-Ingilterra fit-3 ta' Settembru tal-1954 Huwa l-moħħ ewlieni wara l-95 bidla fir- regolamenti tal-futbol dinji Huwa ċ-chairman fi ħdan ir-referis tal-Premier League fl-Ingilterra Jista' jiġi meqjus bħala referi ta' suċċess ġewwa l-kamp Ingliż u anke fil-kamp internazzjonali tal-futbol, fi ħdan il-UEFA u l-FIFA Fl-2004, aċċetta l-kariga ta' President Onorarju fil-Bord tal-Assoċjazzjonijiet tar-Referis fl- Ingilterra għal tliet snin u kien anke osservatur tar-referis u strutturar fi ħdan il-FIFA u l-UEFA Fl-2014, ġie appuntant Membru tal-Ordni tal-Imperu Britanniku (MBE) għas-servizz li ta lill-futbol Ingliż David Elleray "Riċentament, qegħdin naraw referis Maltin jirreffjaw barra u dan għandu jkun ta' ġieħ kemm għar-referis f 'Malta, iżda anke għal-livell ta' futbol, għaliex il- futbol mhuwiex biss plejers, iżda huwa anke referis"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016