Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 | illum Sports 31 'Inħossni twelidt mill-ġdid' - Lisa Bezzina JEKK hemm atleta mara li f 'dawn l-aħħar snin għamlet isem għaliha u anki għal pajjiżna fl- atletika, m'hemmx dubju li din mhija ħadd ħlief Lisa Bezzina. Wara li fil-passat riċenti, hija affrontat xi diffikultajiet relatati mal-isport, fejn ħasset li setgħet tikseb ħinijiet aħjar, l-aħħar staġun kien l-aħjar wieħed fil-karriera tagħha, fejn ħassitha li bħal donnu kienet twieldet mill-ġdid, u dan speċjalment bl-għajnuna tal-kowċ ferm ħabrieki tagħha, Ivan Rozhnov. Biex il-gazzetta ILLUM jkolha iktar dettalji rigward l-aħħar staġun formidabbli ta' Lisa Bezzina, għamilna kuntatt ma' din l-atleta nnifisha fejn tatna dawn il-kummenti: "Bla dubju ta' xejn, l-aħħar staġun kien l-aqwa wieħed fil-karriera tiegħi bħala atleta. Kien f 'Ottubru tal-2015 meta fit-tellieqa tal-5,000m fis-Siġġiewi tal-kampjonat tax-xitwa organizzat mill-MAAA ġejt it-tieni f 'ħin ta' 19.15 minuti u kif dħalt, ħassejt li kien hemm xi ħaġa li ma kinitx sejra tajjeb. Kien għalhekk li avviċinajt lill-kowċ Ivan Rozhnov u tista' tgħid li twelidt mill-ġdid. Minn hemm 'il quddiem, qatt ma ħarist lura. Wara xahar kien imiss it-tieni tellieqa tal- Kampjonat ġewwa l-Qrendi (tal-Maqluba) fuq distanza ta' 5,000m fejn apparti li rbaħt it-tellieqa, għamilt ħin ta' 18.10 minuti li kien l-aħjar ħin fuq din ir-rotta għalija. F'Jannar ta' din is-sena kien imiss it- tielet tellieqa tal-Qawra fuq distanza ta' 10,000 metru u erġajt irbaħtha f 'ħin ta' 37.53 minuti. Fl-aħħar ta' Jannar kien hemm ir-raba' tellieqa tal-Kamponat ġewwa Ta' Qali fuq 10,000 metru u rbaħtha wkoll f 'ħin ta' 37.13 minuti. Fi Frar bdejt naħseb għat-tlielaq ġewwa t-trakka b'taħriġ intensiv mal-kowċ, u dan swieli ħafna għax f 'Marzu ġejt magħżula mill-MAAA u mill-MOC biex immur training camp f 'altitudini għolja ġewwa Franza (Font Romeu) għal tliet ġimgħat flimkien mal- kowċ tiegħi, Ivan. Permezz ta' taħriġ intensiv darbtejn kuljum, doqt naqra mill- ħajja ta' atleta professjonali li sewa ta' ġid kbir għalija. Kif ġejt lura kelli l-provi ta' kwalifikazzjoni għal- Logħob tal-Kampjonati tal-Istati Żgħar Ewropej, li kienu se jiġu organizzati għall-ewwel darba f 'Malta fuq distanza ta' 3,000m, fejn apparti li rbaħt din it- tellieqa għamilt l-aħjar ħin li qatt għamilt, dak ta' 10.10 minuti. Ġurnata wara, kelli l-ħames u l-aħħar tellieqa tal-Kampjonat fuq ir-rotta ta' Marsascala b'distanza ta' 10,000m u rreġistrajt l-aħjar ħin tiegħi, dak ta' 36.18 minuti u b'hekk irbaħt il-Kampjonat tax-xitwa tal- Atletika. Wara xahar ta' taħriġ intensiv, kien imiss li nipprova nikkwalifika għall-Ismall Nations Games li se jsiru f 'San Marino f 'Ġunju tal-2017. Kien fit-23 t'April li kelli l-ewwel prova fuq distanza ta' 5,000m u kkwalifikajt mill-ewwel b'ħin ta' 17.44 minuti li huwa 20 sekonda aħjar mill-ħin stipulat mill- MAAA. Ġimgħa wara, ġrejt 1,500 metru u b'sorpriża kbira erġajt ikkwalifikajt b'ħin ta' 4.43.54 minuti meta l-ħin mitlub kien dak ta' 4.43.90 minuti. F'Mejju li għadda kelli prova iebsa oħra - dik ta' kwalifikazjoni tal- World Championship Mountain Running fuq distanza ta' 5,600m u mhux talli rbaħt din it-tellieqa, imma talli spiċċajt f 'ħin ta' 22.49 minuti li kien 'il fuq minn minuta aħjar mir- rekord preċedenti. Waslu l-Small States of Europe Games li saru fil-11 ta' Ġunju li għadda f 'pajjiżna u li fihom ħadu sehem 20 pajjiż. Jien ġrejt id-distanza ta' 3,000 m u spiċċajt fit-tielet post. Dan kien suċċess kbir kemm għalija personali kif ukoll għal Malta. Fit-18 ta' Ġunju, waslu l-Kampjonati ta' Malta u mal-ewwel tellieqa fuq 10,000 m, ikkwalifikajt b'ħin ta' 37.20 minuti għal San Marino. Ġimgħa wara, ġrejt l-1,500m u erġajt irbaħt waqt li l-għada ġrejt il-5,000m u rbaħt ukoll, għalhekk jien sirt Champion ta' Malta fuq distanzi ta' 1,500, 5,000 u 1,0000 metru. Issa kien wasal il- kampjonat tas-sajf li kienu organizzati fuq distanza ta' 5,000m ġewwa l-Imtarfa u fl-ewwel tellieqa waqqaft rekord ġdid f 'ħin ta' 17.44 minuti, u fit-tieni u t-tielet tellieqa ksibt ħinijiet ta' 17.54 minuti u 17.56 minuti rispettivamnent u b'hekk irbaħt ukoll il-Kampjonat tas-sajf tal-Atletika. Għalkemm l-istaġun tal- atletika kien spiċċa, jien ma stajtx nieqaf għax kelli l-aktar prova iebsa mete ġrejt it-telgħa ta' San Martin għal darbtejn fuq distanza ta' 1,800m f 'ħin rekord ta' 8.10 minuti u 8.11 minuti rispettivamnet, bl-ewwel ħin ikun erba' secondi aħjar u l-ieħor tliet sekondi aħjar mir-rekords tiegħi preċedenti, temmet tgħid Lisa Bezzina. Ritratt: Wally Galea Lisa Bezzina flimkien mal-kowċ tagħha Ivan Rozhnov Kollox lest għall-bidu tal-Kampjonati tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Diviżjoni minn Cristian Antony Muscat KOLLOX jinsab lest għall- bidu tal-Kampjonati tal- Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Diviżjoni. Fl-ewwel ġurnata tal- Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, Senglea Athletic li fl-aħħar staġun fallew il- promozzjoni għall-Premier, wara li tilfu l-play-off kontra St Andrews, se jkunu qed jaffaċċjaw lil Qormi li ġew relegati mill-Kampjonat Premier fi tmiem l-istaġun li għadda. F'logħbiet oħra, iż- żewġ timijiet li ġew promossi mit-Tieni Diviżjoni, Sirens u Għargħur jiltaqħu kontra xulxin, Zebbug Rangers jilagħbu kontra Vittoriosa Stars, Marsa jaffrontaw lil Mqabba, Fgura United jilagħbu kontra Rabat Ajax, Lija Athletic jaffaċċjaw lil Melita, waqt li Pietà Hotspurs jiltaqgħu kontra Naxxar Lions. B'hekk, 14-il tim se jkunu qed jieħdu sehem f 'dan il-Kampjonat li se jkun qed jintlagħab fuq żewġ rounds. Matul l-istaġun li ġej, l-ewwel tliet timijiet ikklassifikati fl-istess kampjonat jiġu promossi għall-Kampjonat Premier, waqt li t-tim li temm fir-raba' post jilgħab play-off kontra t-tim li jikklassifika fil-11-il post tal-Kampjonat BOV Premier. Iż-żewġ timijiet li jtemmu l-Kampjonat fl-aħħar żewġ postijiet jiġu relegati. Dan il-Kampjonat jibda nhar il- Ġimgħa li ġej u jintemm nhar it-30 t'April 2017. Fil-Kampjonat BOV tat- Tieni Diviżjoni, ukoll se jkunu qed jieħdu sehem 14-il tim, liema kampjonat ukoll se jkun qed jintlagħab fuq żewġ rawnds. Matul l-istaġun li ġej, l-ewwel erba' timijiet ikklassifikati jiġu promossi għall-Ewwel Diviżjoni, waqt li l-aħħar żewġ timijiet jiġu relegati għat-Tielet Diviżjoni. Intant, fl-ewwel ġurnata ta' dan il-Kampjonat, Għaxaq jiltaqgħu kontra n-neo- promossi, Marsaxlokk, St Georges jilagħbu kontra Mellieħa, Birzebbugia SP jaffaċċjaw lil Mġarr United, Zejtun Corinthians jilagħbu kontra Zabbar St Patrick, Qrendi jilagħbu kontra Siġġiewi, Gudja United jilagħbu kontra San Ġwann, waqt li Attard jilagħbu kontra Swieqi United. Dan il-Kampjonat jibda fis-16 ta' Settembru li ġej u jintemm nhar it-23 t'April tal-2017. Intant, il-Kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni, se jkun qed jintlagħab fuq żewġ rawnds, u fih se jkunu qed jieħdu sehem 13 -il tim. L-ewwel tliet timijiet jiġu promossi għall-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni waqt li l-aħħar żewġ timijiet ikklassifikati jkollhom jiktbu b'mod uffiċjali lill-MFA biex jerġgħu jiġu aċċettati biex jieħdu sehem f 'dan il- Kampjonat. Intant, fl-ewwel ġurnata ta' dan iI-Kampjonat, Santa Lucia jilagħbu kontra Kirkop United, Xgħajra Tornadoes jiltaqgħu kontra Marsaskala, Santa Venera Lightnings jilagħbu kontra Mtarfa, Msida St Joseph jilagħbu kontra Ta' Xbiex SC, Zurrieq jiltaqgħu kontra Mdina Knights, Dingli Swallows jilagħbu kontra Kalkara, waqt li f 'din l-ewwel ġurnata, Luqa St Andrews, ma jkunux impenjati. Dan il-kampjonat jibda fit-18 ta' Settembru li ġej u jintemm nhar it-22 t'April tal-2017. Ritratt: MFA Is-Centenary Stadium f 'Ta' Qali fejn jintlagħab ħafna mil-logħob ta' dawn id-Diviżjonijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016