Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

F'POLE position ikkaraterizzata minn xita kontinwa fuq iċ-ċirkwit ta' Silverstone fl-Ingilterra, kien l-Ingliż Cal Crutchlow li fuq mutur Honda, irnexxielu jittrijonfa. Huwa għadda b'sekonda lit-Taljan Valentino Rossi li temm fit-tieni post waqt li fit- tielet u r-raba' post spiċċaw Maverick Vinales u Dani Pedrosa rispettivament. Is- sewwieq Spanjol rebbieħ ta' erba' Kampjonati Mondjali konsekuttivi, Marc Marquez fuq Honda ddiżappunta bil- kbir, hekk kif illum se jkun qed jibda biss mill-ħames post tal-gradwatorja. Intant, dawn huma l-postijiet li fihom temmew is-sewwieqa kollha tal-Moto GP ilbieraħ flimkien mal-ħin li huma rnexxielhom jirreġistraw f 'Silverstone: illum Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 Sports 28 Hamilton jiddomina għal kollox u jirbaħ il-pole ta' Monza Poż. Sewwieq Mutur Ħin 1. Cal Crutchlow LCR Honda 2' 19.265s 2. Valentino Rossi Movistar Yamaha 2' 20.263s 3. Maverick Viñales Team Suzuki Ecstar 2' 20.514s 4. Dani Pedrosa Repsol Honda Team 2'20.742s 5. Marc Marquez Repsol Honda Team 2' 20.779s 6. Eugene Laverty Aspar MotoGP Team 2' 20.821s 7. Scott Redding Octo Pramac Y. 2' 21.074s 8. Andrea Iannone Ducati Team 2' 21.446s 9. Jorge Lorenzo Movistar Yamaha 2' 21.687s 10. Andrea Dovizioso Ducati Team 2' 22.420s 11. Aleix Espargaro Team Suzuki Ecstar 2' 25.285s 12. Jack Miller Estrella Galicia L-ebda ħin 13. Loris Baz Avintia Racing 2' 18.552s 14. Danilo Petrucci Octo Pramac Y. 2' 18.657s 15. Pol Espargaro Monster Yamaha 2' 18.871s 16. Alex Lowes Monster Yamaha 2' 18.900s 17. Stefan Bradl Aprilia Gresini 2' 19.115s 18. Hector Barbera Avintia Racing 2' 19.125s 19. Alvaro Bautista Aprilia Gresini 2' 20.299s 20. Yonny Hernandez Aspar MotoGP Team 2' 21.255s 21. Tito Rabat Estrella Galicia 2' 21.774s IS-SEWWIEQ Ingliż ta' Mercedes, Lewis Hamilton iddomina għal kollox il-pole position tal-Italja fuq iċ-ċirkwit ta' Monza u ma tantx tħabat biex rebaħ din il-pole. Dan ifisser li llum huwa se jkun qed jibda mill- ewwel post tal-GP fuq l-istess ċirkwit. Sieħbu fuq l-istess karozza iżda rivali kbir tiegħu, Nico Rosberg, illum se jkun qed jibda mit-tieni post waqt li nistgħu ngħidu li ż-żewġ sewwieqa ta' Ferrari, Sebastian Vettel u Kimi Raikkonen kellhom l-aħjar pole tal-istaġun meta llum se jkunu qed jibdew mit-tielet u r-raba' post rispettivament. Valtteri Bottas fuq Williams u Daniel Ricciardo fuq Red Bull se jkunu qed jibdew mill-ħames u s-sitt post rispettivament. Intant, is-sewwieq Olandiż, Max Verstappen ukoll fuq Red Bull, li lbieraħ temm fis-seba' post tal-gradwatorja biex illum se jkun qed jibda mill-istess post, ingħata twissija minn mill-FIA wara sewqan kontroversjali fil-Grand Prix tal-Ħadd li għadda fuq iċ-ċirkwit ta' Spa ġewwa l-Belġju. Id- direttur tal-FIA Charlie Whiting, iltaqa' mas- sewwieq Verstappen qabel il-Grand Prix tal-Italja. Skont is-sid tar-Red Bull Christian Horner, Whiting wissa lil Verstappen li kien qed jirriskja li jiġi skwalifikat. Dawn huma l-postijiet li fihom temmew ilbieraħ is-sewwieqa kollha tal-F1, flimkien mal-ħin li huma rnexxielhom jirreġistraw f 'Monza. Bħal dejjem ikunu biss l-ewwel 10 sewwieqa kklasifikati li jiġi rreġistrat il-ħin tagħhom. Sewwieq Tim Q1 Q2 Q3 Laps 1. L. Hamilton Mercedes 01:21.854 01:21.498 01:21.135 16 2. N. Rosberg Mercedes 01:22.497 01:21.809 01:21.613 15 3. S. Vettel Ferrari 01:23.077 01:22.275 01:21.972 13 4. K. Raikkonen Ferrari 01:23.217 01:22.568 01:22.065 15 5. V. Bottas Williams 01:23.264 01:22.499 01:22.388 12 6. D. Ricciardo Red Bull 01:23.158 01:22.638 01:22.389 17 7. M. Verstappen Red Bull 01:23.229 01:22.857 01:22.411 15 8. S. Perez Force India 01:23.439 01:22.922 01:22.814 15 9. N. Hulkenberg Force India 01:23.259 01:22.951 01:22.836 18 10. E. Gutiérrez Haas 01:23.386 01:22.856 01:23.184 21 11. F. Massa Williams 01:23.489 01:22.967 10 12. R. Grosjean Haas 01:23.421 01:23.092 14 13. F. Alonso McLaren 01:23.783 01:23.273 13 14. P. Wehrlein Manor 01:23.760 01:23.315 14 15. J. Button McLaren 01:23.666 01:23.399 13 16. C. Sainz Jr. Toro Rosso 01:23.661 01:23.496 12 17. D. Kvyat Toro Rosso 01:23.825 9 18. F. Nasr Sauber 01:23.956 8 19. M. Ericsson Sauber 01:24.087 7 20. J. Palmer Renault 01:24.230 9 21. K. Magnussen Renault 01:24.436 9 22. E. Ocon Manor 2 Lewis Hamilton fl-azzjoni waqt il-pole position ta' Monza fl-Italja Cal Crutchlow jirbaħ il-pole ta' Silverstone f 'xita kontinwa Cal Crutchlow fl-azzjoni waqt il-pole position ta' Silverstone fl-Ingilterra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016