Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

minn John Busuttil XAHREJN ilu tela' s-siparju fuq il-proġett 'spettaklu' tal-Perla Għawdxija, iċ-Ċittadella. Kien proġett li ntlaqa' tajjeb minn kulħadd, miż-żewġ partit fejn bdieh wieħed u komplieh l-ieħor, mill-Għawdxin kollha, anke dawk ta' Santa Marija li raw lil patruna tagħhom ħierġa mill-bieb ġdid taċ-Ċittadella, mill- Maltin kollha li żaruha u anke mit-turisti. Insomma proġett li min ħadem fuqu ħaqqu prosit kbira, mill- kbir saż-żgħir, minn dak li ħolom bih għal dak li ħadem biex tlesta. Sadanittant, grupp Għawdxi fil-kultura ħa ħsieb li matul it-tliet xhur tas-sajf jinħolqu avvenimenti li jkomplu jsebbħu dan il-proġett. Issa wasal biex jinżel is-siparju fuq l-inawgurazzjoni taċ- Ċittadella li għal min ma jafx, darba kienet Għawdex innifsu u l-uniċi Għawdxin kienu jgħixu fiha. Illum hi l-unika belt kapitali mdawra bis-swar li hi abbandunata, jiġifieri li ma jgħix ħadd fiha. Yoga għall-inżul ix-xemx Nhar is-Sibt 10 ta' Settembru bejn is-6.30 u s-7.30 p.m. Sessjoni ta' Yoga mill- għalliema famuża tal-Yoga Cinzia di Cioccio. Sessjoni miftuħa għall-pubbliku kollu bla ħlas. Kull min ikun irid jipparteċipa, kulma għandu bżonn hu tapit tal-yoga u xejn iżjed. Qabel is-sessjoni li se ssir fiċ-ċentru kulturali taċ-Ċittadella se jkun hemm seminar qasir u wirja ta' yoga għall-għalliema kollha tal-Yoga. Dawk kollha li jridu jipparteċipaw għas- seminar u għas-sessjoni tal- Yoga kulma jrid jagħmel li jibbukkja postu billi jċempel 79797144. Kunċert live minn DCapitals fil-foss Il-Ħadd 11 ta' Settembru bejn mit-8 sal-11 ta' bil-lejl Grupp ta' 19-il mużiċist Għawdxi u Għawdxija li jiffurmaw din il-band li ddoqq diversi stili ta' mużika llum saru ferm popolari mhux biss f 'Għawdex iżda kull fejn idoqqu, fejn id-daqq ferrieħi tagħhom jintogħġob minn kulħadd. Dan il-grupp li jdoqq mużika pop, rock, jazz u illum | Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 Għawdex 14 UMANI: Il-Ħajja ta' Kuljum Nisġa ta' żfin u mużika tribali Is-suċċess f 'Għawdex m'għandux jitkejjel minn kemm minn John Busuttil LI din is-sena qasmu l-fliegu rekord ta' nies hu fatt. Li dan ir-'rekord' ta' nies ħolqu 'rekord' fl-ekonomija Għawdxija hu fatt ukoll. Li r-rekord fl-ekonomija wassal għal aktar flus fil-bwiet tal- Għawdxin hu fatt li ma jista' jmerih ħadd. Li dan is-suċċess f 'Għawdex hu mertu għas-servizz li ta bla waqfien il-Gozo Channel irid jingħad ukoll. Bħalma jrid jingħad li anke l-Ministeru għal Għawdex bill subgħajh sew biex intlaħqu l-livelli li ntlaħqu dan is-sajf. Però, wieħed irid jitfa' fil- borma tas-suċċess wkoll lis- sindki ta' diversi lokalitajiet li organizzaw avvenimenti matul is-sajf kollu biex il- Maltin u turisti li jaqsmu ma jmorrux biss Ta' Pinu, l-Arkadia, id-Dwejra, Xlendi u Marsalforn. Lokalitajiet b'avveinmenti organizzati ġibdu ħafna turisti biex igawdu magħhom ġranet u serati tipiċi Għawdxin. Sidien ta' ristoranti f 'kull naħa ta' Għawdex offrew prodott tajjeb u anke irħas minn ta' ħuthom il-Maltin. Il-farmhouses bis-swimming pools komplew ikunu n-nasba Għawdxija biex jaħtfu lill-Maltin, flimkien mal-karattru tipiku Għawdxi li bit-tajjeb u l-ħażin tiegħu dejjem ġibed is-simpatija tal- Malti u t-turist. Anke dawk li jorganizzaw id-diving għandhom mertu kbir bħal dawk li jikru l-quadbikes u l-karozzi u anke r-roti għax dawn jiġbdu lit-turist. Bħalma għandhom parti mill-mertu l-lukandiera anke jekk hemm min imissu jbiddel ftit l-għamara u s-servizz, u jgħollih skont l-istilel tal-lukanda. Kulħadd għandu mertu għal dan is-suċċess, anke l-istess Għawdxi li kellu jitqanna bi storbju mhux tas- soltu u anke b'aktar ħmieġ li jġibu magħhom l-eluf żejda fil-popolazzjoni. Fejn l-Għawdxi jrid anke jitqanna bil-ħmieġ tal-klieb billi ħafna Maltin jidhru li jinsew il-boroż tal-plastik Malta waqt li jkunu jdawru lill-kelb tagħhom li wkoll hu turist f 'Għawdex. Iżda l-Għawdxi jaf li aktar nies, ifisser aktar flus u aktar xogħol għall-Għawdxin. Issa ġejja x-xitwa u suppost Għawdex ibatti min-nies li jaqsmu u naturalment bil-katina ekonomika tinqata'. Li tfaħħar u ssemmi s-suċċess hu faċli, għax tgħoġob lil kulħadd u kulħadd jarak sabiħ. Iżda nemmen li wieħed irid jara oltre s-sajf u t-turiżmu li jġib miegħu. Għax it-turiżmu jibqa' fatt li hu staġjonali, anke jekk din ix-xitwa kienet 'sajfija' u bi ftit jew xejn maltemp. Tinsewx li m'hemm l-ebda garanzija li se jerġa' jkollna xitwa kwieta. Tagħmel kemm tagħmel pubbliċità, issebbaħ kemm issebbaħ il-gżira, torganizza kemm torganizza attivitajiet, il-maltemp, riħ u baħar qawwi jkissirlek kollox u jħallik lampa stampa. Jekk il-ħaddiema tal-Gozo Channel jiddeċiedu li jieqfu b'xi strajk, Għawdex jieqaf u l-ekonomija tisfaxxa. Jekk jieqaf għal kollox vapur wieħed, żgur li ma nibqgħux nitkellmu dwar suċċessi iżda dwar falliment. Waqt li mhux ta' min jinsa li t-turiżmu Għawdxi kien mgħejun ukoll mill- atti terroristiċi li ħakmu l-Ewropa u kien hemm min għażel Għawdex milli jsiefer band'oħra. Is-suċċess f 'Għawdex m'għandux jibqa' biss jitkejjel fuq kemm jaqsmu nies lejn Għawdex. Irridu nħarsu lejn Għawdex bla dipendenza assoluta fuq turiżmu. Għawdex fil- maltemp, Għawdex bla vapur (bil-ħsara), Għawdex bla internet, Għawdex bla xogħol u anke bla ħaddiema għax jitilqu kollha lejn Malta. Min jaħseb u joħlom li mina hi soluzzjoni, żgur li mhux Għawdxi għax jaf li anke jekk issir din żgur li titlesta aktar minn għaxar snin oħra. Għawdex irid jibda jaħseb illum għall- futur tiegħu meta ma jkunx jiddependi biss mit-turiżmu. Irid jaħseb illum qabel għada dwar il-fast ferry b'diversi waqfiet f 'Malta. Trid tispiċċa l-burokrazija jew skuża li kollox jinsab f 'fażi ta' studju. Għawdex irid jaħseb biex tinħoloq 'hub', illum qabel għada għall-igaming, għal aġenziji finanzjarji għax il-futur taż-żgħażagħ hemm jinsab. U dan jista' jsir billi jkun hemm server ieħor li għandu jkun prijorità aktar minn fibre optic cable ieħor (anke jekk anke dan għadu • Jinżel is-siparju fuq l-inawgurazzjoni taċ-Ċittadella Partijiet miż-żifna Umani

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016