Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 Sports 32 PSG u PSV Eindhoven mistennija jkomplu minn Cristian Antony Muscat u Gianluca Lia M'HEMMX dubju li kemm PSG kif ukoll PSV Eindhoven mistennija jkomplu fejn ħallew fl- istaġun li għadda, f 'dak li għandu x'jaqsam ma' sfida għar-rebħ tal-unuri fi Franza u fl-Olanda, rispettivament. B'net worth ta' €17-il biljun, żgur li ħadd ma jista' jħabbata ma' Nasser Ghanim Al-Khelaifi fil-Kampjonat Franċiż, Ligue 1. Al-Khelaifi huwa l-persunaġġ li ftit tas-snin ilu, ħa f 'idejh it-tim Franċiż ta' Paris Saint-Germain, bil-għan li jitfgħu fuq il-mappa kalċistika tal- Ewropa. PSG huma erba' kampjonati wara xulxin u tlieta oħra konsekuttivi 'biss' 'il bogħod mir- rekord nazzjonali tal- Olympique Lyonnais, li bejn l-istaġun 2001/2002 u l-istaġun 2007/2008, rebħu seba' kampjonati infila, li jibqgħu l-uniċi kampjonati li rebħu fl- istorja tagħhom. Dan kollu jista' jsir possibbli bil-flejjes kbar li għandu Al-Khelaifi, li mal-ħatra tiegħu lura f 'Ottubru tal-2011, kien ħatar mal-ewwel lill-eks plejer Brażiljan Leonardo, bħala diriġent sportiv. Dawn il-flejjes kbar wasslu sabiex fil-kapitali Franċiża ta' Pariġi, jaslu plejers ta' kalibru bħal Edinson Cavani, Javier Pastore, Angel Di Maria, Thiago Silva u fuq kollox, Zlatan Ibrahimovic, li iżda fil-ġimgħat li għaddew ħalla lill-Pariġini biex jingħaqad ma' Manchester United fl-Ingilterra. Dan tal-aħħar kien miċidjali staġun wara staġun, fejn saħansitra beda jikser ir- rekords tiegħu stess. Iżda t-trijonf ta' PSG fl-aħħar staġun, ma kienx ibbażat fuq ir-rekords tal-attakkant Żvediż biss, iżda anke fuq ir-rekords kollettivi li PSG kisru. Nibdew insemmu rekord wara l-ieħor u nibdew bl-akbar rebħa fl-istorja ta' PSG fil-Ligue 1, li waslet fit-13 ta' Marzu, kontra Troyes bl-iskor eżaġerat ta' 0-9, fejn propju dakinhar, PSG kienu saru matematikament champions ta' Franza. Ta' min isemmi wkoll, li PSG għamlu strixxa ta' 36 partita mingħajr telfa fil-kampjonat, li huwa wkoll rekord ġdid għat-tim immexxi minn Laurent Blanc. PSG kisbu 51 punt fl-ewwel rawnd tal-istaġun. Ovvjament, rekord ieħor. Kampjonat li pjuttost kien diġà magħluq qabel ma beda, fejn minkejja li fil-Kampjonat Franċiż Ligue 1, hemm timijiet bħal Lyon, Olympique Marseille u Monaco, ħadd mhu b'saħħtu biżżejjed finanzjarjament sabiex ikisser il-monopolju Pariġin. Tant PSG kienu dominanti, li apparti l-fatt li f 'Marzu kienu diġà rebħu l-Kampjonat, kien hemm iżjed distakk mit-tieni post għall-ewwel post, milli mit- tieni post għall-aħħar post! Għal darb'oħra, Ibrahimovic, reġa' kien strumentali għall-klabb mill-kapitali, fejn bis- saħħa tal-34 gowl, PSG kienu kważi kważi jibdew il-partiti 1-0 jew 2-0 minn fuq mal-ewwel. L-akkwist ta' Angel Di Maria għamel id-differenza wkoll, fejn bid-differenza ta' meta kien jilgħab fl-Ingilterra ma' Manchester United, ma' PSG beda jilgħab fuq il-linja xellugija, li huwa l-post naturali tiegħu. Barra minn hekk, fl- aħħar staġun, reġa' kellu kampjonat pożittiv, it- Taljan Marco Verratti. Ironikament, l-iżjed mument eċitanti tal- Kampjonat Franċiż, wasal meta d-difensur ta' PSG, Serge Aurier, kien għadda kummenti xejn feliċi fir- rigward tal-kowċ Franċiż Laurent Blanc fuq il-media soċjali, u kien spiċċa emarġinat mill-iskwadra. Madankollu, huwa kien reġa' ġie integrat fl- iskwadra għall-partiti tal- UEFA Champions League, fejn hemmhekk forsi rajna n-nuqqas ta' kariżma u ħakma ta' kowċ li għandu Laurent Blanc, fejn reġa' daħħal plejer fl-iskwadra li kien għajru b'kummenti li It-tim ta' PSV Prestazzjoni mill-aqwa fuq l-Etna tagħti l-ewwel post lil Keith minn Cristian Antony Muscat NHAR il-Ħadd 28 t'Awwissu saret il- ħames tellieqa tas-Sicily Triathlon Series li seħħet fuq il-muntanja tal-Etna. Din it-tellieqa kienet tikkonsisti fi trail run ta' 4.4km mill-post ta' Belpasso, rota ta' 16.4km fejn l-atleti kellhom jitilgħu l-muntanja tal- Etna fejn ċerti partijiet kienu b'pendenzi ta' iktar minn 15%, u jispiċċaw fi trail run oħra qalb il-lava ta' 1.3km. Iċ-champion ta' Malta Keith Galea beda din it-tellieqa konxju li kellu jagħmel prestazzjoni mill- aqwa biex jibqa' jittama sal-aħħar li jirbaħ dan it- titlu. Dan wara li fit-tellieqa ta' qabel minn din is-serje li saret ġewwa Ali Terme fir-reġjun ta' Messina, Galea kien sfortunat ħafna għax kellu puncture waqt is-sezzjoni tar-rota. Dan ifisser li tilef ħafna ħin, madankollu Galea ma qatax qalbu u xorta rnexxielu jispiċċa t-tellieqa fid-disa' post imma tilef ħafna punti u fil- klassifika ġenerali, niżel fit-tieni post. Din kienet l-ewwel esperjenza ta' Galea li jaffronta muntanja bħall- Etna u b'ġirja trail imma kellu bżonn jagħmel minn kollox biex jipprova jirbaħ punti importanti. Peress li m'għandux esperjenza fit- trail, Galea beda l-ġirja bil- mod fejn qagħad fil-grupp prinċipali fejn kien hemm ir-rivali prinċipali għat- titlu. Mal-ħin, beda jieħu l-kunfidenza biex spiċċa l-ġirja fit-tielet post. Wara transizzjoni tajba, huwa rnexxielu jiggwadanja xi sekondi u beda tiela l-Etna bir-rota. Huwa beda jħossu tajjeb ħafna u pprova jżid il-vantaġġ tiegħu, imma fl-istess ħin iqassam l- enerġija tiegħu stess. Huwa nduna li beda jiftaħ il-vantaġġ tiegħu u jibqa' bl- istess pass u daħal fit-tieni tranżizzjoni fit-tielet post u kellu vantaġġ komdu. It-tielet ġirja kienet waħda diffiċli fejn kellu jiġri fuq il-lava b'pendenzi ta' 15%. Kien mument diffiċli għal Galea għax f 'ħin minnhom kien qed ibati minn ħafna bugħawwieġ imma baqa' għaddej bi tbatija kbira biex spiċċa fit-tielet post u rnexxielu jiggwadanja ħafna punti biex tela' fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali. Ikkuntattjat mill-gazzetta ILLUM, Galea qal li jinsab kuntent ħafna bil- prestazzjoni tiegħu wara li kien għaddej minn perjodu ftit diffiċli. Huwa kien determinat li jmur tajjeb ħafna f 'din it-tellieqa, għax ried bilfors jirbaħ ħafna punti biex jibqa' jittama għar-rebħa finali u wara dak li ġralu f 'Aliterme ried jerġa' lura fil-pożizzjonijiet għoljin tal-klassifika. Għall-ewwel kien perpless mit-tellieqa peress li m'għandux esperjenza fit- trail u f 'muntanji bħall- Etna, imma huwa b'saħħtu fit-tlajja u jekk iqassam l-enerġija sew, kien jaf li ħa jmur tajjeb u l-pjan tiegħu rnexxa biex issa għandu vantaġġ komdu fuq l-eqreb rivali tiegħu u issa qed iħares 'il quddiem għall- aħħar tellieqa, li hija l-finali li ħa ssir ġewwa Catania fid-9 ta' Ottubru li ġej. Intant, ftit tal-jiem qabel, Keith Galea rnexxielu jiddefendi b'suċċess it-titlu li kien rebaħ is-sena l-oħra tal-Birkirkara St Joseph 5km Runnning Series. Din hija l-ewwel darba li dan is-serje ntrebaħ mill-istess atleta darbtejn infila. Il-konsistenza kienet l-iktar ħaġa fundamentali għal Galea biex rebaħ dan is serje, li kien jikkonsisti fi tlett itlielaq kollha ta' 5km u li saru kollha fil-bypass tal-Imtarfa. Fil-fatt, fl- ewwel tellieqa Galea spiċċa fit-tieni post f 'ħin ta' 16.38

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016