Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

I mwieled f 'Dover, l-Ingilterra fit-3 ta' Settembru tal-1954, David Roland Elleray jista' jiġi meqjus bħala referi ta' suċċess ġewwa l-kamp Ingliż u anke fil-kamp internazzjonali tal-futbol, fi ħdan il-UEFA u l-FIFA. Huwa ra l-imħabba tiegħu lejn il- futbol tinbeda minn meta pajjiżu kien rebaħ it-Tazza tad-Dinja lura fl-1966, u hemmhekk kien beda jilgħab din il-logħba. Madankollu, huwa kien ra li mhux kapaċi jasal fl-ogħla livelli, u grazzi għall-għajnuna ta' ħabib ta' missieru li kien referi, huwa qabad it-triq ta' referi. Matul il-karriera tiegħu, Elleray kien involut f 'ħafna partiti importanti, fosthom il-finali tal-FA Cup, li hija meqjusa bħala l-ogħla tragward għal referi Ingliż. Ta' min isemmi li Elleray kien anke għalliem, u nfatti l-midja Ingliża kienet tħobb tħallat din il- professjoni, mal-professjoni ta' referi u tiddeskrivih bħala wieħed li huwa strett. Elleray kien jattendi d-Dover Grammar School għas-subien, fejn kien eċċellenti f 'ċertu sports, iżda madankollu, minn dejjem kien miġbud lejn ir-refeering. Beda fl-età ta' 13-il sena u fl-1986 beda jirreffja fil-Football League, wara li qatta' żmien jirreffja fil-Hellenic, Isthmian u Panel Leagues. Baqa' hemmhekk, sakemm ġie mniżżel fil-lista tar- referis għall-Premier League fl-1992, u f 'dik is-sena stess, sar referi fi ħdan il-FIFA. Anedottu interessanti dwar il- karriera ta' Elleray bħala għalliem, kienet li waqt li kien jgħallem ġewwa Harrow School, huwa kien daħħal il-logħba tal-futbol f 'din l-iskola - skola li hija popolari iżjed għal sports oħrajn bħar-rugby u l-cricket. Elleray kien irtira minn referi internazzjonali fl-1999, wara li rreffja 78 partita f '35 pajjiż differenti. Huwa rreffja ġewwa Wembley Stadium għal 13-il darba, iżda sfortunatament ma rreffjax fit-Tazza tad-Dinja tal-1998, minħabba impenji skolastiċi. Huwa rtira definittivament mir- refereeing fl-aħħar tal-istaġun 2002/2003 fejn kien irreffja l-partita bejn Newcastle United u Birmingham City fit-3 ta' Mejju tal-2003. Dakinhar, Newcastle United, kienu rebħu bl-iskor minimu ta' 1-0 u kien anke wera karta ħamra lid-difensur ta' Birmingham City, Matthew Upson. Elleray kien imfaħħar ħafna minn kowċis, plejers u anke sapporters għall-istil li bih kien jirreffja. Kien referi preċiż, deċiż u anke korrett, u fuq kollox kien anke konsistenti fil- prestazzjonijiet tiegħu. Fost it-tifħir li kellu, wara l-finali tal-FA Cup tal-1994, il-President tal-UEFA ta' dak iż-żmien, Lennart Johansson kien qal lil Elleray innifsu dan il-kliem: "L-Ewropa għandha bżonn referis bħalek. Ma jinteressanix jekk kienx penalti jew le, iżda wrejt li kont deċiż u kuraġġuż. Prosit tassew!" Fis-sena 2004, Elleray kien aċċetta l-kariga ta' president onorarju fil-Bord tal-Assoċjazzjonijiet tar- Referis fl-Ingilterra għal tliet snin u kien anke osservatur tar-referis u strutturar fi ħdan il-FIFA u l-UEFA. Fl-2014, huwa kien ġie appuntant Membru tal-Ordni tal-Imperu Britanniku (MBE) għas-servizz li ta lill-futbol Ingliż. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? L-imħabba tiegħi bdiet meta l-Ingilterra kienu rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-1966. Madankollu, ma kontx plejer u biex nibqa' fix-xena kalċistika, kont bdejt it-triq ta' referi, anke grazzi għall-ħabib ta' missieri, li kien jokkupa dan l-irwol. Kif tqis il-livell tar-referis ġewwa l-Ingilterra? Naħseb li l-livell kulma jmur qiegħed jitjieb, u dan grazzi għal ħafna fatturi, fosthom li ta' kull ġimgħa, ir-referis tagħna jirreffjaw timijiet ta' kwalità għolja li huma komposti minn plejers internazzjonali u ta' kulturi differenti, jiġifieri eventwalment dan jgħin anke fil-kompetizzjonijiet internazzjonali. Bħalissa għandna 30,000 referi madwar l-Ingilterra, jiġifieri biex tkun fost l-aqwa 15, trid tkun verament speċjali. Barra minn hekk, f 'dawn l-aħħar sitt snin, referis Ingliżi kienu qegħdin jiġu maħtura biex jirreffjaw finali ta' kompetizzjonijiet ta' ċertu stoffa, bħall-UEFA Champions League, UEFA Europa League, UEFA Euro Championships u l-FIFA World Cup u anke fil-futbol femminili, kellna referis involuti fit- tournaments rispettivi. Irreffjajt ħafna logħbiet memorabbli. Imma liema kienet l-iżjed waħda? Probabbilment, is-semifinali tal-FA Cup tal-1999 bejn Manchester United u Arsenal, fejn tant kien fiha affarijiet li probabbilment dik hija l-istampa tal-futbol Ingliż f '90 minuta. Fi żmien li fih kont tirreffja, kien jeżisti l-għajdut li ġewwa Old Trafford kont issaffar ftit iżżejjed kontra Manchester United... Probabbilment, min kien iżomm ma' Manchester United kien jarani mod u min iżomm ma' timijiet oħra kien jarani mod ieħor. X'inhuma l-ħsibijiet tiegħek fuq ir- referis addizzjonali? Hija żieda importanti fil-logħba tal- futbol hekk kif tneħħi ħafna pressjoni minn fuq l-assistenti. Infatti, flimkien mal-UEFA nnutajna kif dan l-aħħar żdiedu d-deċiżjonijiet pożittivi fuq sitwazzjonijiet ta' offside. Dan għaliex l-assistenti qegħdin jikkonċentraw iżjed. Naħseb li r-referis addizzjonali mhux qed jiġu mfaħħra daqskemm għandhom ikunu. X'tikkummenta fuq il-goal-line technology? Qed tirriżulta bħala suċċess. Għenet ħafna ovvjament għaliex il-kontroversja jekk ballun ikunx qabeż il-linja fatali jew le, spiċċat għal kollox. U fuq it-teknoloġija tal-islow-mo fil-grawnd? L-islow-mo hija xi ħaġa li qegħdin naħdmu fuqha bħalissa, għaliex nemmen li wasal iż-żmien li dan id-dibattitu naqtgħuh billi nagħmlu esperiment. Infatti, diġà fassalna lista ta' pajjiżi fejn għandna nibdew dan l-esperiment. X'inhu l-UEFA Core Programme? Il-UEFA Core Programme hija inizzjattiva li bdiet sitt snin ilu sewwa sew fl-2010, sabiex nidentifikaw referis ta' potenzjal. Barra minn hekk, ir-referis jitgħallmu iżjed mhux biss fuq il-logħba minn perspettiva ta' referis, iżda anke ta' kowċing għaliex inġibu referis u kowċis jitkellmu. Sadanittant, huwa programm li anke jgħin bħala karattru, għaliex isiru indipendenti u permezz tal- exposure għall-partiti internazzjonali li ntuhom, ikunu diġà jafu xi jkunu ħa jsibu ma' wiċċhom ġaladarba jiġu f 'dak il-livell. Nistgħu nsemmu wkoll iż-żewġ referis Maltin li kienu pparteċipaw f 'dan il-programm, Fyodor Zammit u Trustin Farrugia Cann. Nemmen li Zammit tjieb iżjed f 'dak li għandu x'jaqsam ma' konċentrazzjoni waqt il-partiti, filwaqt li Farrugia Cann naħseb li rnexxielu jżomm ġisem fit sabiex ikun addattat għall-partiti ta' ċertu portata. Kif tiddeskrivi r-relazzjoni tiegħek ma' Malta? Hija relazzjoni tajba ħafna fejn qegħdin naħdmu ħafna fuq l-iżvilupp tar-referis. Riċentament, qegħdin naraw referis Maltin jirreffjaw barra u dan għandu jkun ta' ġieħ, kemm għar- referis f 'Malta, iżda anke għal-livell ta' futbol, għaliex il-futbol mhuwiex biss plejers, iżda huwa anke referis. Nixtieq insemmi b'mod partikolari lil Adrian Casha li għamel xogħol imprezzabbli għall-ġid tar-refereeing f 'Malta, u li issa qed jitkompla minn Kevin Azzopardi bħala Kap tad-Dipartiment tar-Referis fi ħdan l-MFA, fejn tajjeb ngħidu li huwa wieħed mill-iżgħar Diretturi tar- Referis fl-Ewropa u ninsab persważ li huwa se jkun qed iħalli l-marka tiegħu fl-isfera tar-refereeing f 'Malta. Inżid ngħid li t-tim amminstrattiv ġdid Malti tar-referis għandu pjanijiet konkreti u viżjoni ċara. Tajjeb ngħidu wkoll li Kevin Azzopardi huwa l-ewwel gradwat tal-UEFA CORE Programme, li kien ħa sehem fih propju fl-ewwel edizzjoni sitt snin ilu, illum | Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 Cristian Antony Muscat David Elleray - Il-moħħ ewlieni wara l-95 bidla li saru riċentament fir- regolamenti tal-futbol dinji, waqt li jista' jiġi meqjus bħala referi ta' suċċess ġewwa l-kamp Ingliż u anke fil-kamp internazzjonali tal-futbol, fi ħdan il-UEFA u l-FIFA. Huwa wkoll iċ-chairman fi ħdan ir-referis tal-Premier League fl-Ingilterra Il-moħħ ewlieni wara l-95 bidla Sports 34 "Dan huwa mument ferm importanti għall-futbol mondjali. Il-logħba tal-futbol tirrikjedi mhux biss referis tal-ogħla livell, iżda wkoll referis konsistenti. Din mhux se tkun ħaġa faċli għar-referis "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016