Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Tkompli minn paġna 1 INFORMAZZJONI li għandha f 'idejha din il- gazzetta turi kif flimkien ma' Von Egeraat, il-favorit biex jirbaħ il-kompetizzjoni tal-aqwa diżinn, kien hemm ukoll kumpaniji bħal MAD Architects miċ- Ċina. Din il-kumpanija kienet imwaqqfa minn Ya Mansong fl-2004 u tispeċjalizza fid-disinn futuristiku. Ressqu disinni kumpaniji oħrajn bħal Arthouse, il-kumpanija tal-arkitetti bbażata f 'Bologna, MCA, Wilmotte minn Franza, il- kumpanija Taljana imwaqqfa fis-sena 2000 minn Pablo Brescia, OBR u l-kumpanija bbażata f 'Istanbul, Tabanlioglu, ta' Murat Tabalioglu. L-ILLUM hija infurmata li l-approvazzjoni tal-proġett Townsquare f 'Tas-Sliema inkoraġixxa mhux ħażin l-aptit ta' bosta, fosthom ukoll ta' Husni Bey biex il- proġett jerġa' jaqbad ritmu mgħaġġel. Huwa mistenni li Husni Bey jiżvela d-diżinn preferut iktar tard din is-sena, bid- diskussjoni dwar bini għoli tiħrax. L-ewwel ġebla tal-proġett tqiegħdet kważi sena u nofs ilu, f 'April 2015. Dakinhar fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Husni Bey kien qal li l-proġett li mistenni jiswa €120 miljun għandu jkun lest fi tliet snin. Dakinhar, Husni Bey kien qal hekk dwar bini għoli: "Proġetti ta' bini għoli ħafna drabi jbeżżgħu lin-nies. Imma rridu nirrealizzaw li huma bżonn u li kull pajjiż għandu żona ddisinjata apposta għal dan it-tip ta' żvilupp." Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 Von Egeraat se jirriloka n-negozju lejn Malta ... għandu rabtiet mal-proġetti tal-Imrieħel u Villa Rosa Uħud mid-disinni quddiem Husni Bey...uħud mill-binjiet ilaħħqu l-50 sular Il-PM Muscat ma' Husni Bey qabel it-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-proġett f 'April 2015 Notte Bianca tinżel lejn il-Kottonera wkoll NOTTE Bianca, il-festival ta' arti u kultura, mistenni jimla l-Belt Valletta bl- attività tul il-lejl tas-Sibt l-1 ta' Ottubru. Din is-sena, il-festival se jerġa' jagħti l-ħajja lit-toroq u postijiet fil-kapitali permezz ta' programm pjanat bir-reqqa u mżewwaq b'varjetà ta' esperjenzi u divertiment. "Kienet il-missjoni tagħna li nagħmlu n-Notte Bianca esperjenza kulturali li verament tinkludi lil kulħadd minn kull aspett," spjega Sean Buhagiar, id- Direttur Artistiku ta' dan il-festival. "Huwa għalhekk li l-edizzjoni ta' din is-sena hija ikbar u fuq medda usa. Għandna 'l fuq minn 1,000 artist, organizzatur u kreattiv jikkkontribwixxu għal dan il- lejl li ma jintesiex. Il-festival qed ikompli jikber lil hinn mill-ħitan tal-Belt Valletta, billi se jsiru avvenimenti wkoll fil-port u t-tlett ibliet, madwar il-ferries u żoni tat-trasport pubbliku, sabiex tibda tgħix l-esperjenza tan-Notte Bianca malli tibda l-vjaġġ tiegħek ġol-belt. Qegħdin nippjanaw ukoll rappurtaġġ live fuq il-media soċjali, sabiex dawk li ma jistgħux ikunu fiżikament preżenti fil-Belt, xorta waħda jkunu jistgħu igawdu l-festeġġjamenti kollha. Notte Bianca dejjem kien festival għan-nies, u nisperaw li din is-sena nkomplu ntejbu din it-tradizzjoni." Wara s-suċċess kbir tas-sena l-oħra, Karaoke ta' Vera se jirritorna u se joffri lill-parteċipanti opportunità unika li jkantaw għanja tal-għażla tagħhom akkumpanjati minn grupp live. ŻiffaŻfin ukoll se jirritorna b'attenzjoni fuq iż-żfin kontemporanju. Stenna li tara hip-hop, parkour, u anka flash mobs taż-żfin fit-toroq tal-Belt Valletta. Minħabba li l-2016 rat il-mewt ta' żewġ leġġendi mużikali, dawk li jħobbu l-mużika se jkunu jistgħu jgawdu wkoll tislima bil- kitarra lil David Bowie u Prince f ' Saħħa Bowie, Saħħa Prince. Atmosfera, programm ta' avvenimenti oħra mnebbħa mill-qalb tħabbat tal- Belt, se jkunu wkoll qed jikkontribwixxu biex dan il-lejl ikun suċċess. Knejjes, palazzi statali u mużewijiet se jkunu qed iżommu l-bibien tagħhom miftuħa għall-viżitaturi sas-sigħat bikrin ta' filgħodu. F'ħafna minnhom, se jittellgħu ukoll xogħlijiet u wirjiet. It-toroq u l-pjazez se jkunu mibdula f 'postijiet għal xogħlijiet teatrali u kunċerti fil-miftuħ, filwaqt li ħafna kafetteriji u ristoranti se jestendu l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom u se jkollhom ukoll imwejjed fuq il-bankini. Għall-ewwel darba din is- sena, dawk li se jidħlu l-Belt bid-dgħajsa minn xi waħda mit-tlett ibliet, se jkollhom ukoll attivitajiet fil-qrib b'mużika klassika f 'Bormla, rock fl-Isla u għana u makjetti fil-Birgu. Il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Mużew Marittimu kif ukoll il-Forti Sant' Anġlu se jkunu wkoll miftuħin għall-pubbliku. Ritratti: Adrian Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016