Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 Aħbarijiet 6 'Din hija kwistjoni ta' prijoritajiet ħżiena f 'Għawdex' Tkompli minn paġna 1 L-ILLUM għamlet kuntatt mal-Provinċjal tal- Franġiskani Konventwali Fr. George Zammit, li min-naħa tiegħu ma xtaqx li jelabora dwar l-ammont ta' flus li l-ordni se tkun qed tieħu mill-esproprijazzjoni. Mistoqsi jekk hux veru li l-ammont se jersaq lejn il-miljun ewro, Zammit qal biss "assolutament li le. Żgur li le. Se nieħdu ħafna, ħafna inqas minn hekk." Fil-fatt kien il-Ministeru t'Għawdex li kkonferma li l-esproprijazzjoni se tfisser li l-Gvern se jagħti 'ftit aktar minn €700,000' , bis-sorsi li tkellmu mal-ILLUM jgħidu li fil-fatt l-ammont ta' flus li l-Franġiskani se jieħdu se jkun eqreb tat-tliet kwarti ta' miljun, jew €750,000. L-ILLUM staqsiet kif il-Ministeru t'Għawdex jiġġustifika spiża tant kbira fuq taraġ biss. Kelliema għall-istess Ministeru qalet li dan it-taraġ se jkollu jsir 'biex jitneħħa l-periklu eżistenti bl-aċċess dejjaq li hemm biex wieħed jidħol fi Pjazza San Franġisk minn Triq Putirjal.' Il-kelliema tkompli tgħid li kien għalhekk li l-Gvern kellu jixtri biċċa art ta' 574 metru kwadru mingħand l-ordni Franġiskana. L-ILLUM staqsiet lill- Ministeru kif wasal għal dan l-ammont, bil- kelliema tgħid li l-esproprijazzjoni ta' kwazi €750,000 'kien iffissat bħala ġust mid-Dipartiment tal-Evalwazzjoni tal-Art, minħabba li huwa prime site kummerċjali f 'żona ta' żvilupp.' Intant l-ILLUM għamlet kuntatt ukoll mal-Kelliem Nazzjonalista għal Għawdex Chris Said u talbitu reazzjoni għal din l-esproprijazzjoni u l-ispiża għal din il-parti tal-proġett. Hu qal li din hija kollha "kwistjoni ta' prioritajiet ħżiena. Ifhem, taraġ mill-bus terminus għal pjazza huwa idea tajba, imma din hija l-priorità għal Għawdex bħalissa? Jekk dak li qed tgħid l-ILLUM huwa minnu u li dan it-taraġ se jiswa' €1 miljun, naħseb li Għawdex għandu prioritajiet ħafna iktar importanti fejn jonfoq dawn il-flus. L-aktar f 'infrastruttura ta' diversi toroq arterjali li għandhom fi stat ħażin ħafna." Apparti t-taraġ il-proġett se jinkludi t-tisbieħ taż-żona fejn hemm it-terminus, kif ukoll ta' Pjazza San Franġisk. Il-ġimgħa l-oħra fil-paġni ta' Għawdex ta' din il-gazzetta kienu żvelati l-ewwel disinni ta' dan il-proġett, bil-kelliema tal-Ministeru tiddiskrivih bħala parti 'mill- kunċett ta' eko-Għawdex, bi spazji miftuħin' u li se 'jagħti arja iktar nadifa' lill-gżira Għawdxija. It-taraġ pjanat se jiswa xejn inqas minn miljun ewro...terz l-ispiża tal-proġett kollu Is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali jirrispondi dwar l-emendi għall-'Bye-Laws' B'REFERENZA għall- artiklu 'Itlob permess ... jekk trid!', ippubblikat fil-ħarġa tal-ILLUM tal-21 ta' Awwissu, fejn ingħad li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ppreżenta proposta ta' emendi għall-Bye-Laws li kienu ġew ippubblikati mill-istess kunsill fl-2009, is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali xtaq jagħmel biċ-ċar li huma jipproċessaw it-talbiet li jsiru billi janalizzaw jekk dawn ikunux fil-qafas ta' politiki tal-ġurnata u wkoll li dawn ma jmorrux kontra leġiżlazzjoni oħra nazzjonali. Dan, skont is-segretarjat, huwa proċess li jwassal sabiex jiġu approvati jew le proposti ta'bye-laws ġodda jew emendi għal bye-laws diġà pubblikati. "Irid jingħad li meta tiġi approvata bye-law, l-infurzar tal-istess bye-law irid isir mill-kunsill lokali rispettiv" Is-segretarjat kompla jgħid li mingħajr ma wieħed jidħol fil-mertu tal-proposta ta' emendi għall-bye-laws tal- Kunsill Lokali tal-Mellieħa li jirregolaw il-permessi għall-BBQs, għall-korretezza jrid jingħad li fil-bidu ta' Awwissu, id-Dipartiment kiteb lill-kunsill, fejn talbu jagħti kjarifiki. Malli dawn jaslu għand id-Dipartiment, il-proposta tal-bye-laws tkun proċessata, sostna s-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali. Is-Segretarjat innota wkoll li meta tliet snin ilu r-responsabbiltà tal-kunsilli lokali għaddiet taħt is- Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali, instabet sitwazzjoni fejn kien hemm pendenti numru kbir ta' bye- laws. Permezz ta' ristrutturar li f 'dawn l-aħħar xhur qed isir fid-Dipartiment għall- Gvern Lokali, inbeda proċess ta' proċedura li qed tiġi applikata għall-ipproċessar tal-proposti tal-bye-laws. Fi ftit ġranet oħra ser tinħareġ ukoll ċirkolari li tagħti gwida ċara dwar il-proċess inkluż checklist ġdida li tindika d-dokumentazzjoni meħtieġa. Dan il-proċess ta' vettjar, b'sens ta' ġustizzja, qed isir billi jiġu proċessati l-ewwel l-aktar proposti antiki. Is-Segretarjat Parlamentari qiegħed f 'dan ir-rigward jikkonsidra policies ġodda li permezz tagħhom il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jingħataw aktar opportunitajiet sabiex permezz tal-bye-laws filwaqt li jkunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom aħjar, dawn ikunu wkoll jistgħu jagħmlu skemi li permezz tagħhom idaħħlu aktar fondi. Tali skemi jridu jkunu inizzjattivi li huma ta' benefiċċji għaċ-ċittadini, u li permezz tagħhom titjieb il-kwalità tal-ħajja, biex b'hekk il-Kunsilli jkunu qegħdin effettivament jagħtu sehmhom sabiex ikollna komunitajiet aktar b'saħħithom. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT L-ekonomija Maltija se tikber bi kważi 4% L-AĠENZIJA Moody's affermat mill-ġdid ir- rating A3 ta' pajjiżna, u kkonfermat li l-aspettativi tagħha għal Malta baqgħu stabbli. Fir-rapport tagħha, Moody's tinnota li l-ekonomija ta' pajjiżna hija b'saħħitha, speċjalment fid-dawl ta' livell għoli ta' kompetittività. Barra minn hekk, l-esperti ta' Moody's irrimarkaw kif ir-riformi strutturali li saru riċentement tejbu ħafna l-potenzjal ekonomiku ta' pajjiżna. Wara li fl-2015 l-ekonomija Maltija qabżet sewwa l-aspettativi, l-aġenzija Moody's xorta qed tistenna li fis-sentejn li ġejjin ser ikun hemm tkabbir robust ta' madwar 3.7%. Dan it-tkabbir, ferm ogħla mill-medja Ewropea, ser ikun qed jirrefletti żieda oħra fid-domanda domestika, xprunata minn titjib fil- qasam tax-xogħol. Skont Moody's, it-titjib fil-qasam tax-xogħol huwa frott ta' progress li sar permezz ta' riformi strutturali li wasslu għal żieda qawwija fil- parteċipazzjoni tan-nisa. Barra minn hekk, l-esperti ta' Moody's faħħru l-progress li sar biex tonqos id-dipendenza fuq iż-żejt fil-ġenerazzjoni tal-enerġija f 'pajjiżna. Il-Moody's tgħid li, grazzi għat-tnaqqis fid- deficit fiskali u t-tkabbir ekonomiku qawwi, sal-2017 l-piż tad-dejn nazzjonali ser jonqos taħt is-60% tal-ġid nazzjonali. Dan ikun ifisser li f 'leġislatura waħda, tkun ġiet imnaqqsa ż-żieda kollha fil-piż tad-dejn nazzjonali li seħħet fit- tliet leġiżlaturi preċedenti meħudha flimkien. L-esperti faħħru wkoll l-introduzzjoni tal-Fiscal Responsibility Act li tejbet ħafna l-governanza fiskali ta' pajjiżna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016