Illum previous editions

ILLUM 4 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/722940

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016 | illum Intervista 13 soċjalist baqa', imma Muscat differenti' minuti bogħod. Irid ikun hemm iktar 'outreach' fil-komunità," issostni Mintoff, waqt li tgħid kif jeżisti ħafna faqar moħbi u ħafna problemi li jibqgħu mistura. "Trid tkun taf fejn tal-inqas tista' ssib l-għajnuna. Hemm ħafna problemi llum, u għada jkun hemm iktar, u iktar ma jikbru l-problemi taħghom, iktar se jkollna problemi fil-komunità." Mintoff tkompli tinsisti li, "jrid ikun hawn iktar solidarjetà, iktar soċjaliżmu u tidħol l-idea li l-problemi ta' ħaddieħor huma l-problemi tiegħi ukoll." Dwar il-benefiċċji u dawk il- persuni li huma intitolati għalihom, Mintoff tisħaq li jeħtieġ li l-abbużi kollha, jiġu indirizzati, u mhux dawk biss li jsiru miż-żgħir. "Kemm nitkellmu dwar il-frodi u l-abbuż tal-benefiċċji, imma jien nixtieq li jagħmlu lill-kbir l-istess bħalma jagħmlu mal-abbuż taż-żgħir," żiedet issostni Mintoff. Dan id-diskors jallinea tajjeb ma' dak li kien tkellem dwaru d-direttur tal-Caritas, Leonid McKay, f 'intervista ma' din il-gazzetta fil- bidu tax-xahar li għadda fejn kien aċċenna li spiss nikkumentaw biss dwar l-abbużi fil-benefiċċji soċjali, iżda jeħtieġ li nitkellmu wkoll dwar l-abbuż li jkun ġej min-naħa l-oħra, ta' taxxi dovuti li ma jitħallsux. 'Fil-bidu, Muscat kien jitkellem fuq kemm hi importanti d-dinjità tal- bniedem...illum dan qisu nesieh' B'karta f 'idejha tikkwota frażijiet li kien jgħid il-Prim Ministru qabel l-elezzjoni, Yana Mintoff titkellem dwar il-problema li ħafna ħaddiema jaffaċċjaw fil-kundizzjonijiet tax- xogħol tagħhom, u titkellem dwar dak li sar u ntqal mill-mexxej tal- Partit Laburista llum il-ġurnata. "Fil-bidu, Joseph Muscat kien jgħid li d-dinjità tal-bniedem hija l-iktar ħaġa importanti, imma qisu dan nesieh." Kompliet tgħid li Muscat, "Għamel ħafna ġid, imma l-problema hi li hemm ħafna nies li huma bla vuċi, u dawn huma l-ħafna ħaddiema li mhumiex rappreżentati bħalissa għaliex l-interessi tal-ftit u tal- business u dawk b'interessi speċjali qed jiġu rappreżentati. U kultant, ma tistax tgħid li l-interessi speċjali ta' dawn jaqblu mal-interessi tal- ħaddiema." Mintoff, filwaqt li tirrikonoxxi kemm huma importanti n-negozji, tħoss li l-fokus tal-Gvern, m'għadux fuq il-ħaddiema u l-kundizzjonijiet tagħhom u ssemmi numru ta' problemi li l-ħaddiema jaffaċjaw fi kważi kull settur, bħall-prekarjat, l-overtime mħallas bix-xejn, fost l-oħrajn. "Għandna niġġieldu għad- drittijiet tal-ħaddiema," tinsisti Mintoff u tgħid kif il-ħaddiema jeħtieġ li jkollhom kundizzjonijiet tajbin u min iħaddem ikun lest li jitħallas inqas hu jekk ikun għaddej minn xi problemi, u mhux iħalli lill-ħaddiema tiegħu jbatu u jitħallsu inqas, għaliex kif tinsisti Mintoff, huma qed jipproduċu x-xogħol. 'Muscat mar 'il bogħod milli kien jgħid fuq is-soċjaliżmu' "Il-Prim Ministru mar 'il bogħod milli kien jgħid fuq is- soċjaliżmu. Aħna konna ngħidu li rbaħna l-elezzjoni minħabba dak li kien jingħad fuq il-ġustizzja soċjali, għax kulħadd kien jara li l-inugwaljanza kienet qed tiżdied, u ġġib il-problemi. L-inugwaljanza fis-sens li kulħadd ikollu l-istess opportunitajiet, u jingħata l-għajnuna sabiex ikun jista' jgħix ħajja diċenti." Mintoff tkompli tgħid li mhux aċċettabbli li jkollok nies li jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa u xorta jinsabu fil-faqar, jew ikollok sitwazzjonijiet fejn ħames persuni jkollhom joqogħdu f 'kamra waħda. Minkejja dan, Mintoff tgħid ukoll li l-problema mhix waħda li bdiet issa, imma ilha ġejja, però, issa hija serja ħafna u hemm bżonn li nagħtu każ. Tkompli tinsisti li l-iktar grupp ta' nies li jinsab fil-faqar u li ma jistax ilaħħaq sal-aħħar tax-xahar huwa l-familji ta' żewġ ġenituri u żewġt itfal. "Din it-tip ta' familja, li hija l-'familja ideali Maltija', l-iktar li marret lura, għaliex il-paga minima mhix biżżejjed biex tlaħħaq." Allura Mintoff qed tgħid li s-soluzzjoni hija li tiżdied il-paga minima? Għal dan, Yana Mintoff tgħid li dik mhix l-unika soluzzjoni imma hija parti kbira mis-soluzzjoni. "Dik hi l-ewwel ħaġa li għandna bżonn nagħmlu, u tistenna li Gvern Laburista jagħmel dan." 'Ma tistax tgħix fuq il-frak li forsi jaqa' mill-mejda' Fuq il-karta, l-istatistiċi dejjem jitfgħu lil Malta fost l-ogħla pożizzjonijiet fejn għandhom x'jaqsmu rekords turistiċi, ekonomija li sejra tajjeb, qgħad li dejjem jonqos eċċ. Allura, din il-gazzetta tistaqsi x'qed isir ħażin, jew fejn qed isir l-iżball. Mill-ewwel, Mintoff tirrispondi li dan jiġi minħabba li, "it-'trickle-down effect ma jaħdimx. Ma tistax tgħix fuq il-frak li forsi jaqa' mill-mejda. Dik id-dinjità li konna nwiegħdu li se nagħtu lin- nies. Il-problema li nara jien hi li morna 'l bogħod wisq milli nifhmu li taħt il-kapitaliżmu hemm il-klassijiet soċjali. Hemm il-klassi tal-ħaddiema u l-klassi tas-sinjuri primarjament, u kultant l-interessi tat-tnejn ma jaqblux. Kultant, trid tagħti naqra spinta lill-ħaddiema." Din il-gazzetta tistaqsi allura jekk Mintoff temminx li din l-ispinta għadha trid tasal, u hemmhekk, taqbel, u tgħid li, "l-Gvern għamel ħafna affarijiet: raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, għamel it-tapering tal-benefiċċji. Dawn vera li għenu, imma huma affarijiet żgħar." Tkompli tinsisti li b'dan ma tridx tfisser li ma jridux jiġu mħarsa l-interessi tan-negozji l-kbar, imma tgħid li jrid ikun hemm iktar bilanċ. "Aħna ħdima ħafna biex ikollna gvern Laburista, u Labour ifisser il- ħaddiem." 'Il-kwistjoni tal-housing trid tiġi indirizzata b'serjetà u b'urġenza' Waħda mill-iktar kwistjonijiet li Yana Mintoff titkellem b'passjoni fuqha u tiġġieled ħafna dwarha hija l-kwistjoni tal-kera u r-rati tagħha li f 'dawn l-aħħar snin, prattikament splodew. Tagħmel enfasi fuq kemm hija problema l-kera u l-qasam tal- housing u tgħid kif, "kuljum niltaqa' ma' nies u jgħiduli fuq il-problema li għandhom bil-housing. Mhux biss il-kera qed togħla bla rażan, imma hemm nuqqas kbir ta' investiment fl-'affordable housing'. Hemm eluf ta' postijiet abbandunati...x'ħela! Fl-istess waqt għandek ħafna anzjani, familji u single mothers jippruvaw jgħixu f 'postijiet perikolużi." Mintoff issemmi żewġ punti kruċjali li jeħtieġ li jkunu indirizzati bis-serjetà u b'sens ta' urġenza: ix- xogħol b'paga diċenti biex ma jkun hemm ħadd li bil-paga minima jkun fil-faqar u l-housing li jkun diċenti u li wieħed jiflaħ iħallsu. "Aħna li stennejna daqstant mill-Gvern Laburista dawn is-snin kollha, naslu biex nagħtu prijorità għal dawn l-affarijiet, u mhux għall-affarijiet l-oħra. Dan mhux għall-voti, imma biex kulħadd ikollu ħajja diċenti." Yana Mintoff

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 September 2016